Proċedura : 2019/2888(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000031/2019

Testi mressqa :

O-000031/2019 (B9-0054/2019)

Dibattiti :

PV 24/10/2019 - 14
CRE 24/10/2019 - 14

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 48kWORD 19k
2 ta' Ottubru 2019
O-000031/2019

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000031/2019

lill-Kummissjoni

Artikolu 136 tar-Regoli ta’ Proċedura

Paul Tang, Jonás Fernández

f'isem il-Grupp S&D

Sven Giegold


  Suġġett: Il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv Farkas bħala Kap Eżekuttiv tal-AFME

 Tweġiba fil-plenarja 

Adam Farkas, li ilu d-direttur eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) mill-2011, se jingħaqad mal-Assoċjazzjoni tas-Swieq Finanzjarji fl-Ewropa (AFME) – wieħed mill-gruppi tal-lobbjar ewlenin tas-settur finanzjarju – bħala l-Kap Eżekuttiv tagħha minn Frar 2020.

Skont l-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, wara li jirriżenjaw, l-uffiċjali tal-UE huma pprojbiti milli jagħmlu lobbjar mal-persunal tal-istituzzjoni preċedenti tagħhom għal perjodu ta' 12-il xahar. Barra minn hekk, jekk il-kariga l-ġdida potenzjali ta' uffiċjal "tkun marbuta max-xogħol imwettaq mill-uffiċjal matul l-aħħar tliet snin tas-servizz, u tista' twassal għall-kunflitt mal-interessi leġittimi tal-istituzzjoni, l-awtorità tal-ħatra tista' ... ma tħallihx jidħol għaliha, jew tagħti l-approvazzjoni tagħha, suġġetta għal kull kondizzjoni li tqis xierqa".

Ir-rekwiżiti tal-EBA b'rabta mal-kariga futura tas-Sur Farkas mhumiex ambizzjużi, u huma vagi u kważi impossibbli li jiġu vverifikati fil-prattika. Dawn jonqsu wkoll milli jindirizzaw il-perċezzjoni li l-gruppi ta' interess jistgħu jippremjaw lir-regolaturi għal klemenza eċċessiva billi jipprovdulhom impjiegi remunerati tajjeb. Għalhekk dan l-eżempju ta' bibien iduru jikkostitwixxi theddida għall-integrità tal-istituzzjonijiet tagħna, u jdgħajjef serjament il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet Ewropej.

Il-Kummissjoni temmen li d-dħul tas-Sur Farkas f'din il-kariga l-ġdida huwa konformi mal-istandards etiċi għoljin tagħha? Il-Kummissjoni taħseb li s-Sur Farkas għandu jżomm il-kariga tiegħu sal-aħħar ta' Jannar, minkejja li l-lealtà tiegħu tinsab fundamentalment kompromessa? Il-Kummissjoni se tagħmel pressjoni fuq l-EBA biex tibblokka lis-Sur Farkas milli jieħu din il-kariga l-ġdida? Il-Kummissjoni x'se tagħmel biex timplimenta l-istandards etiċi tagħha fl-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tagħha, u ma tħalliex li jkun hemm każijiet ulterjuri ta' bibien iduru li jimminaw il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet tagħna?

Imressqa: 2.10.2019

Mgħoddija: 4.10.2019

L-iskadenza għat-tweġiba: 11.10.2019

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Ottubru 2019Avviż legali