Mistoqsijiet parlamentari
PDF 56kWORD 19k
11 ta' Ottubru 2019
O-000032/2019

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000032/2019

lill-Kummissjoni

Artikolu 136 tar-Regoli ta’ Proċedura

Petar Vitanov, Maria Grapini, Tsvetelina Penkova, Andris Ameriks, Bronis Ropė, Elena Yoncheva, Ivo Hristov, Petras Auštrevičius, Ilhan Kyuchyuk, Atidzhe Alieva-Veli, Iskra Mihaylova, Andrey Novakov, Emil Radev, Asim Ademov, Eva Maydell, Andrey Kovatchev, Alexander Alexandrov Yordanov, Radan Kanev, Liudas Mažylis, Viktor Uspaskich, Tudor Ciuhodaru, Claudiu Manda, Rovana Plumb, Adrian-Dragoş Benea, Carmen Avram, Cristian Terheş, Andrius Kubilius, Rasa Juknevičienė, Juozas Olekas, Vilija Blinkevičiūtė, Bogusław Liberadzki, Angel Dzhambazki, Andrey Slabakov, Andor Deli, Loránt Vincze, Balázs Hidvéghi, Edina Tóth, András Gyürk, Andrea Bocskor, Kinga Gál, József Szájer, György Hölvényi, Enikő Győri, Tamás Deutsch, Ádám Kósa, Sergei Stanishev, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Radosław Sikorski, Krzysztof Hetman, Andrzej Halicki, Ewa Kopacz, Tomasz Frankowski, Danuta Maria Hübner, Marian-Jean Marinescu, Daniel Buda, Ioan-Rareş Bogdan, Cristian-Silviu Buşoi, Vasile Blaga, Adina-Ioana Vălean, Gheorghe Falcă, Eugen Tomac, Kosma Złotowski, Anna Fotyga, Andżelika Anna Możdżanowska, Ryszard Czarnecki, Tomasz Piotr Poręba, Elżbieta Rafalska, Witold Jan Waszczykowski, Anna Zalewska, Joanna Kopcińska, Zdzisław Krasnodębski, Zbigniew Kuźmiuk, Jadwiga Wiśniewska, Bogdan Rzońca, Jacek Saryusz-Wolski, Beata Mazurek, Ryszard Antoni Legutko, Roberts Zīle, Karol Karski, Adam Bielan, Beata Szydło, Krzysztof Jurgiel, Izabela-Helena Kloc


  Suġġett: Il-funzjonament tas-suq intern

Is-suq intern huwa l-bażi u l-futur tal-UE. Il-mezzi użati biex tinkiseb l-integrazzjoni sħiħa, etika u kompetittiva tiegħu huma fundamentali.

Fl-4 ta' April 2019, il-Parlament adotta tliet pożizzjonijiet fl-ewwel qari relatati mal-Pakkett dwar il-Mobilità I: dwar l-istazzjonar tax-xufiera, dwar il-ħin tas-sewqan u l-perjodi ta' mistrieħ u dwar l-adattamenti għall-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq. Dawn il-pożizzjonijiet fihom emendi sostanzjali għall-proposta tal-Kummissjoni li qatt ma ġew ivvalutati. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet jikkonċernaw ħafna kwistjonijiet, u se jinvolvu tibdil u estensjoni tar-regoli tal-UE dwar it-trasport bit-triq. Dawn il-bidliet se jkollhom impatt fuq il-ħaddiema, il-klijenti, il-kompetizzjoni, l-istruttura futura tal-industrija tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, u l-funzjonament tas-suq intern.

F'dan ir-rigward, nixtiequ nindirizzaw il-mistoqsijiet li ġejjin lill-Kummissjoni:

Il-qafas legali propost kif se jaffettwa l-funzjonament tas-suq intern? X'se jkun l-impatt tiegħu f'termini ta':

 l-ispejjeż annwali tal-fjuwil tal-vjaġġi mingħajr tagħbija li jirriżultaw mir-rekwiżit ta' ritorn lejn l-Istat Membru ta' stabbiliment tat-trasportatur;

 id-dħul mitluf u l-ispejjeż amministrattivi addizzjonali għall-kumpaniji fis-settur Ewropew tat-trasport bit-triq;

 l-investimenti minn kumpaniji fis-settur;

 il-livell ta' impjieg f'kumpaniji tat-trasport internazzjonali;

 l-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra ġġenerati mis-settur tat-trasport;

 il-prezzijiet tat-trasport u l-prezzijiet tal-prodotti għall-klijenti Ewropej?

L-Istati Membri kif se jimplimentaw miżuri ekwivalenti għad-Direttiva 96/71/KE fir-rigward ta' pajjiżi terzi?

Imressqa: 11.10.2019

Mgħoddija: 15.10.2019

L-iskadenza għat-tweġiba: 22.10.2019

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Ottubru 2019Avviż legali