Mistoqsijiet parlamentari
PDF 51kWORD 18k
14 ta' Ottubru 2019
O-000033/2019

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000033/2019

lill-Kummissjoni

Artikolu 136 tar-Regoli ta’ Proċedura

José Manuel García-Margallo y Marfil, Rosa Estaràs Ferragut, Pablo Arias Echeverría, Cláudia Monteiro de Aguiar, Markus Ferber, Dennis Radtke, Cindy Franssen, Krzysztof Hetman, Stelios Kympouropoulos, Pascal Arimont, Benoît Lutgen, Romana Tomc

f'isem il-Grupp PPE


  Suġġett: L-effetti tal-falliment tal-Grupp Thomas Cook

Il-falliment ta' Thomas Cook ħalla 600 000 persuna maqbuda fis-siti tal-vaganzi tagħhom u kellu diversi effetti sekondarji f'diversi setturi bħat-turiżmu, it-trasport bl-ajru u t-trasport bit-triq. Pjanijiet ta' kontinġenza ġew adottati minn amministrazzjonijiet nazzjonali u reġjonali biex jiġu ripatrijati l-passiġġieri affettwati. Iċ-ċifri dwar l-impatt tal-falliment għadhom inċerti, għalkemm huma probabbilment konsiderevoli.

Minħabba l-impatt ekonomiku kbir li dan il-falliment se jkollu fuq is-settur tat-turiżmu, li huwa ta' importanza kbira għal ħafna ekonomiji Ewropej (f'termini ta' impjiegi, il-PDG, il-konnettività tat-titjiriet u l-protezzjoni tal-konsumatur, eċċ.), u fuq l-immaġni u r-reputazzjoni tal-Ewropa bħala d-destinazzjoni turistika numru wieħed fid-dinja:

X'se tagħmel il-Kummissjoni biex tipprevjeni impatti kbar fuq l-ekonomiji Ewropej (speċjalment dawk marbuta mill-qrib mas-settur tat-turiżmu)?

X'tip ta' għajnuna għas-setturi u l-kumpaniji affettwati mill-falliment ta' Thomas Cook (eż. l-għajnuna mill-Istat, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE)) se tistabbilixxi l-Kummissjoni biex ittaffi l-konsegwenzi li dan il-falliment se jġib għall-impjiegi, speċjalment fir-rigward tal-SMEs?

L-Unjoni Ewropea se tikkunsidra miżuri ta' armonizzazzjoni biex tiggarantixxi d-drittijiet tal-konsumatur fil-każ ta' falliment ta' kumpanija? Il-protezzjoni tal-passiġġieri f'każ ta' falliment jenħtieġ li tiġi inkluża fir-Regolament (KE) Nru 261/2004 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri bl-ajru?

Imressqa: 14.10.2019

Mgħoddija: 16.10.2019

L-iskadenza għat-tweġiba: 23.10.2019

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Ottubru 2019Avviż legali