Proċedura : 2019/2937(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000037/2019

Testi mressqa :

O-000037/2019 (B9-0059/2019)

Dibattiti :

PV 28/11/2019 - 13
CRE 28/11/2019 - 13

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 48kWORD 10k
20 ta' Novembru 2019
O-000037/2019/rev.1
Mistoqsija għal tweġiba orali
lill-Kummissjoni
Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura
Andreas Schwab, Christian Ehler, Pilar del Castillo Vera, Angelika Niebler, Róża Thun und Hohenstein, Edina Tóth
f'isem il-Grupp PPE
 Tweġiba fil-plenarja 
 Suġġett: Numri tat-telefon tas-servizzi tal-klijenti li jibdew b'0800

Għalkemm l-introduzzjoni tar-regolamenti tal-UE dwar ir-roaming, in-numru ta' emerġenza 112 fl-UE kollha u l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi lkoll kienu passi importanti lejn suq uniku tat-telekomunikazzjonijiet xieraq, l-UE teħtieġ li tagħmel aktar minħabba li għadhom jeżistu ostakli.

Ostaklu partikolari li mhuwiex aċċettabbli fis-suq uniku tagħna huwa relatat man-numru tas-servizz mingħajr ħlas 0800. Dan in-numru jintuża, pereżempju, biex il-membri tal-familja ta' pazjenti fi sptar ikunu jistgħu jċemplu u jitolbu informazzjoni. Madankollu, bħalissa n-numru ma jaħdimx lil hinn mill-fruntiera u dan jagħmilha impossibbli għall-membri tal-familja li jċemplu fi sptar fi Stat Membru ieħor biex jitolbu informazzjoni dwar pazjent.

Billi din is-sitwazzjoni mhijiex aċċettabbli f'suq uniku integrat u funzjonali:

Il-Kummissjoni x'beħsiebha tagħmel biex tiżviluppa soluzzjoni Ewropea biex tiżgura li n-numri tas-servizz mingħajr ħlas li jibdew b'0800 ikunu jistgħu jintużaw għal telefonati transfruntiera fl-UE?

Il-Kummissjoni ser tippreżenta lill-Parlament inizjattiva biex tittratta din il-problema?

Il-Kummissjoni lesta taħdem, bil-ħsieb li jitlesta s-suq uniku, għall-istabbiliment ta' numru universali mingħajr ħlas għall-UE?

Imressqa: 20/11/2019

Skadenza: 21/02/2020

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Novembru 2019Avviż legali