Proċedura : 2019/2964(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000002/2020

Testi mressqa :

O-000002/2020 (B9-0002/2020)

Dibattiti :

PV 16/01/2020 - 12
CRE 16/01/2020 - 12

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 47kWORD 10k
6 ta' Jannar 2020
O-000002/2020
Mistoqsija għal tweġiba orali
lill-Kummissjoni
Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura
Lucy Nethsingha
f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 Tweġiba fil-plenarja 
 Suġġett: Oġġetti illeċiti prodotti bl-istampar 3D

L-istampar 3D huwa teknoloġija b'potenzjal ekonomiku sinifikanti għan-negozji Ewropej, b'mod partikolari għal intrapriżi innovattivi żgħar, u ħafna pajjiżi bdew jadottaw strateġiji biex jippromwovu l-iżvilupp tiegħu. Madankollu, din it-teknoloġija tagħti lok ukoll għal kwistjonijiet legali u etiċi speċifiċi. Diversi studji li saru mill-Kummissjoni kixfu l-eżistenza ta' lakuni fil-leġiżlazzjoni tal-UE rigward l-użu tal-istampar 3D. Ġrajjiet traġiċi reċenti qajmu tħassib u kkonfermaw il-ħtieġa ta' azzjoni fil-livell tal-UE. Fid-9 ta' Ottubru 2019, żewġ persuni nqatlu u tnejn oħra sfaw midruba f'Halle, il-Ġermanja, meta aggressur ipprova jidħol fis-sinagoga lokali waqt il-festa Lhudija ta' Yom Kippur. L-aggressur uża arma prodotta bl-istampar 3D, li l-pjanijiet tagħha tellagħhom fuq Twitter. Fir-rapport tiegħu, li l-Parlament wara adottah bħala riżoluzzjoni fit-3 ta' Lulju 2018 (1) , il-Kumitat għall-Affarijiet Legali (JURI) kien diġà esprima l-preokkupazzjonijiet tiegħu mhux biss dwar il-manifattura ta' armi, splussivi, drogi u prodotti perikolużi oħra fil-kuntest tal-istampar 3D, iżda wkoll dwar problemi marbuta mar-responsabbiltà ċivili u dwar il-ksur ta' drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Fid-dawl tal-urġenza tal-kwistjoni, il-Kumitat JURI jixtieq jistaqsi lill-Kummissjoni:

Kif biħsiebha tindirizza l-problemi mqajma mill-użu ta' oġġetti illeċiti prodotti bl-istampar 3D?

Biħsiebha tieħu xi azzjoni (leġiżlattiva) abbażi ta' studji u evalwazzjonijiet li qed isiru bħalissa u oħrajn li saru qabel? Jekk iva, liema miżuri tal-UE tistenna li sejrin jiġu affettwati?

X'inhi l-iskeda ta' żmien għall-azzjonijiet li l-Kummissjoni biħsiebha twettaq? X'sejra tagħmel biex tiżgura reazzjoni f'waqtha?

Xi progress sar rigward l-azzjonijiet li l-Kummissjoni impenjat ruħha li twettaq wara r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-2018?

Imressqa: 06/01/2020

Skadenza: 07/04/2020

(1) Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2018 dwar l-istampar tridimensjonali, sfida fl-oqsma tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u tar-responsabbiltà ċivili, P8_TA(2018)0274.
Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Jannar 2020Avviż legali