Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 11 ta' Frar 2015 - StrasburguVerżjoni finali

7. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar id-dokument ta’ referenza dwar l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza għas-settur tal-kummerċ bl-imnut skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (D034884/04 - 2015/2540(RPS) - skadenza: 30.4.2015)
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-ittestjar tat-titjir (D035051/02 - 2015/2548(RPS) - skadenza: 4.5.2015)
Irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għall-aċidu 2-naftilossaċetiku, l-aċetoklor, il-kloropikrin, id-diflufenikan, il-flurprimidol, il-flutolanil u l-ispinosad f’ċerti prodotti jew fuqhom (D035770/02 - 2015/2537(RPS) - skadenza: 27.3.2015)
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tad-diossidu tas-silikon (E 551) fil-kopolimeru ta' trapjant ta' alkoħol poliviniliku-polietilenglikol (E 1209) (D036750/02 - 2015/2539(RPS) - skadenza: 30/3/2015)
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

Avviż legali