Indiċi 
Minuti
PDF 243kWORD 176k
It-Tnejn, 9 ta' Marzu 2015 - StrasburguVerżjoni finali
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 3.Kompożizzjoni tal-Parlament
 4.Verifika tal-kredenzjali
 5.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 6.Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)
 7.Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
 8.Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
 9.Petizzjonijiet
 10.Deċiżjonijiet dwar ċerti dokumenti
 11.Dokumenti mressqa
 12.Ordni tal-ħidma
 13.Progress dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2013 (dibattitu)
 14.Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE (dibattitu)
 15.Kriterji għall-identifikazzjoni ta' sustanzi kimiċi li jfixklu s-sistema endokrinali (dibattitu)
 16.L-impatt tar-restrizzjonijiet Russi fuq trasportaturi tat-trasport internazzjonali bit-triq (dibattitu)
 17.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 18.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 19.Għeluq tas-seduta
 20.Għeluq tas-sessjoni annwali
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Martin SCHULZ
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.00.


2. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.

°
° ° °

Il-President għarraf li huma disponibbli fl-entratura tal-emiċiklu fuljetti dwar is-sigurtà.


3. Kompożizzjoni tal-Parlament

Pablo Echenique avża bil-miktub bir-riżenja tiegħu minn Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 15 ta' Marzu 2015.

Bi qbil mal-Artikolu 4(1) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata li l-post huwa vakanti minn din id-data u informa lill-awtorità nazzjonali kkonċernata dwar dan.

°
° ° °

L-awtoritajiet kompetenti Spanjoli kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Miguel Urbán Crespo minflok Teresa Rodriguez-Rubio bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 5 ta' Marzu 2015.

Skont l-Artikolu 13 tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett, u l-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni ta' Miguel Urbán Crespo b'effett tal-5 ta' Marzu 2015.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Miguel Urbán Crespo jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.


4. Verifika tal-kredenzjali

Fuq proposta tal-Kumitat JURI, il-Parlament iddeċieda li jiddikjara validi l-mandati ta' Daniel Dalton b'effett mit-8 ta' Jannar 2015, Stelios Kouloglou b'effett mis-27 ta' Jannar 2015, Anneleen Van Bossuyt b'effett mit-8 ta' Jannar 2015 u Hilde Vautmans b'effett mill-1 ta' Jannar 2015.


5. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva t-talbiet ta' ħatra li ġejjin mill-gruppi S&D u ECR:

Kumitat ENVI: Damiano Zoffoli minflok Enrico Gasbarra

Kumitat JURI: Enrico Gasbarra minflok Alessandra Moretti

Kumitat AFCO: Claudia Tapardel minflok Sorin Moisă

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Penisola Koreana: Arne Lietz

Kumitat speċjali dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili: Ashley Fox minflok Kay Swinburne.

Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.


6. Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-Kumitat IMCO bagħat din ir-rettifika ta' test adottat mill-Parlament Ewropew:

Rettifika P7_TA(2011)0218(COR02) għar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-ismijiet ta' fibri tat-tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta' prodotti tat-tessuti u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttivi 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 272, 18.10.2011, p. 1) (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fil-11 ta' Mejju 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni għar-Regolament msemmi hawn fuq P7_TA(2011)0218 (ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 252)) (13807/4/2010 – C7-0017/2011 – 2009/0006(COD))

Bi qbil mal-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din ir-rettifika titqies approvata sakemm fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwarha.

Ir-rettifika hija disponibbli fuq is-sit Europarl.


7. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 11 ta' Marzu 2015 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) fit-territorju tagħhom (00001/2015/LEX - C8-0071/2015 - 2010/0208(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (00103/2014/LEX - C8-0070/2015 - 2014/0218(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-esportazzjoni (test kodifikat) (00102/2014/LEX - C8-0069/2015 - 2014/0167(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (kodifikazzjoni) (00101/2014/LEX - C8-0068/2015 - 2014/0166(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri li l-Unjoni tista’ tieħu relattivament għall-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra d-dumping jew kontra s-sussidji ma' miżuri ta’ salvagwardja (kodifikazzjoni) (00100/2014/LEX - C8-0067/2015 - 2014/0164(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda (kodifikazzjoni) (00098/2014/LEX - C8-0066/2015 - 2014/0160(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Unjoni wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji (kodifikazzjoni) (00099/2014/LEX - C8-0065/2015 - 2014/0163(COD)).


8. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)

Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):

- (O-000005/2015) imressqa minn Michael Cramer, f'isem il-Kumitat TRAN, lill-Kummissjoni: L-impatt tar-restrizzjonijiet Russi fuq trasportaturi tat-trasport internazzjonali bit-triq (2015/2541(RSP)) (B8-0105/2015);

- (O-000017/2015) imressqa minn Nicola Caputo, Pavel Poc, Jo Leinen, Michèle Rivasi, Bart Staes, Soledad Cabezón Ruiz, Renata Briano, Elena Gentile, Pina Picierno, Renato Soru, Giulia Moi, Dario Tamburrano, Eleonora Evi, Marco Affronte, Rosa D'Amato, Barbara Kappel, Eric Andrieu, Nicolas Bay, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Fabio Massimo Castaldo, Laura Agea, Laura Ferrara, Isabella Adinolfi, Tiziana Beghin, Marco Zullo, Marco Valli, Ignazio Corrao, Fredrick Federley, Jana Žitňanská, Jean-Luc Schaffhauser, Patricija Šulin, Daciana Octavia Sârbu, Tibor Szanyi, Ricardo Serrão Santos, Christel Schaldemose, Marc Tarabella, Maria Arena, Nessa Childers, Biljana Borzan, José Blanco López, Iratxe García Pérez, Matt Carthy, Kostas Chrysogonos, Lynn Boylan, Anja Hazekamp, Paloma López Bermejo, Enrico Gasbarra, Alessia Maria Mosca, Mercedes Bresso, Anneli Jäätteenmäki, Martin Häusling, Karin Kadenbach, Sylvie Goddyn, Mireille D'Ornano, Ivan Jakovčić, Pascal Durand, Diane James, Molly Scott Cato, Margrete Auken, Rolandas Paksas, Valentinas Mazuronis, Benedek Jávor, Yannick Jadot u Claudiu Ciprian Tănăsescu, lill-Kummissjoni: Kriterji għall-identifikazzjoni ta' sustanzi kimiċi li jfixklu s-sistema endokrinali (2015/2605(RSP)) (B8-0107/2015).


9. Petizzjonijiet

Il-petizzjonijiet li ġejjin, li kienu tniżżlu fir-reġistru fid-dati li jidhru hawn taħt, ġew mgħoddija lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 215(6) tar-Regoli ta' Proċedura:

Data: 5 ta' Marzu 2015

(isem kunfidenzjali) (nru 2703/2014); (isem kunfidenzjali) (nru 2704/2014); (isem kunfidenzjali) (nru 2705/2014); Brian Semmens (nru 0093/2015); Pia Berrend (nru 0094/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0095/2015); Remo Pulcini (nru 0096/2015); Claudiu Coldea (nru 0097/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0098/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0099/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0100/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0101/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0102/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0103/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0104/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0105/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0106/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0107/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0108/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0109/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0110/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0111/2015); Roberto Barcaroli (nru 0112/2015); András Horváth (nru 0113/2015); Ingo Handorf (nru 0114/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0115/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0116/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0117/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0118/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0119/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0120/2015); Félix María López De Dicastillo Albizúa (nru 0121/2015); Alberto Dal Forno (nru 0122/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0123/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0124/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0125/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0126/2015); Rommy Gabriel Aurel (nru 0127/2015); Cristian Oneț (nru 0128/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0129/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0130/2015); Remo Pulcini (nru 0131/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0132/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0133/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0134/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0135/2015); Vivien Saunders (nru 0136/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0137/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0138/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0139/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0140/2015); María Julia Giménez Gómez (nru 0141/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0142/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0143/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0144/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0145/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0146/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0147/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0148/2015); Elisabetta Mavilla (nru 0149/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0150/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0151/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0152/2015); Ángel Manuel Hernández Guardia (nru 0153/2015); Oronzo Danese (nru 0154/2015); Andreas Ernst (nru 0155/2015); Felipe Romero Cambrón (nru 0156/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0157/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0158/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0159/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0160/2015); (isem kunfidenzjali) (nru 0161/2015).

Il-President avża li fid-data 5 ta' Marzu 2015 ressaq quddiem il-kumitat responsabbli, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 215(13) tar-Regoli ta' Proċedura, petizzjoni li rċieva l-Parlament Ewropew, mibgħuta minn persuna fiżika li mhijiex ċittadina tal-Unjoni Ewropea u li ma tgħixx fi Stat Membru.


10. Deċiżjonijiet dwar ċerti dokumenti

Modifiki tal-konsultazzjonijiet mal-Kumitati (Artikoli 53, 54 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura)

Kumitati assoċjati (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

Kumitati konġunti (Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (COM(2015)0010 - C8-0007/2015 - 2015/0009(COD))
Kumitati: ECON (kumitat konġunt u assoċjat), BUDG (kumitat konġunt u assoċjat)
(opinjoni: ITRE (kumitat assoċjat), TRAN (kumitat assoċjat), AFCO, CULT, AGRI, ENVI, EMPL, CONT, IMCO, REGI)
(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 11.2.2015).


11. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra (05431/2015 - C8-0061/2015 - 2013/0441(NLE))

irriferut

responsabbli:

AFET

opinjoni:

DEVE, ENVI, INTA

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra (05432/2015 - C8-0062/2015 - 2013/0440(NLE))

irriferut

responsabbli:

AFET

opinjoni:

DEVE, ENVI, INTA

2) mill-kumitati parlamentari

2.1) rapporti

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (riformulazzjoni) (COM(2014)0323 - C8-0014/2014 - 2014/0168(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Jarosław Wałęsa (A8-0014/2015)

- Rapport dwar il-progress fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2013 (2014/2217(INI)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Marc Tarabella (A8-0015/2015)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokoll jew arranġamenti oħra, jew minn regoli tal-importazzjoni speċifiċi tal-Unjoni (riformulazzjoni) (COM(2014)0345 - C8-0023/2014 - 2014/0177(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Jarosław Wałęsa (A8-0016/2015)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bożnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (test kodifikat) (COM(2014)0443 - C8-0087/2014 - 2014/0206(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Andrzej Duda (A8-0017/2015)

- Rapport dwar il-governanza tas-Suq Uniku fil-qafas tas-Semestru Ewropew 2015 (2014/2212(INI)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Ildikó Gáll-Pelcz (A8-0018/2015)

- Rapport dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE (2014/2158(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Morten Messerschmidt (A8-0019/2015)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-salvagwardji proċedurali għat-tfal issuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali (COM(2013)0822 - C7-0428/2013 - 2013/0408(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Caterina Chinnici (A8-0020/2015)

- ***I Rapport supplimentari dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (COM(2013)0462 - C7-0209/2013 - 2013/0214(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Alain Lamassoure (A8-0021/2015)

- ***I Rapport supplimentari dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażati fuq kard (COM(2013)0550 - C7-0241/2013 - 2013/0265(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Pablo Zalba Bidegain (A8-0022/2015)

- Rapport dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2013 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (2014/2216(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Pier Antonio Panzeri (A8-0023/2015)

- Rapport dwar ir-Rapport Annwali 2013 dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-UE – Il-ġlieda kontra l-frodi (2014/2155(INI)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Georgi Pirinski (A8-0024/2015)

- Rapport dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni (2015/2008(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: José Manuel Fernandes (A8-0027/2015)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni EGF/2014/014 DE/Aleo Solar ippreżentata mill-Ġermanja) (COM(2014)0726 - C8-0012/2015 - 2015/2018(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Iris Hoffmann (A8-0030/2015)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni EGF/2013/007 BE/Hainaut Steel (Duferco-NLMK), ippreżentata mill-Belġju) (COM(2014)0725 - C8-0013/2015 - 2015/2019(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Andrej Plenković (A8-0031/2015)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni EGF/2014/011/BE/Caterpillar, ippreżentata mill-Belġju) [COM(2014)0735 - C8-0015/2015 - 2015/2021(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Anneli Jäätteenmäki (A8-0033/2015)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni EGF/2013/011 BE/Saint-Gobain Sekurit, ippreżentata mill-Belġju) (COM(2015)0009 - C8-0011/2015 - 2015/2017(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Liadh Ní Riada (A8-0034/2015)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni EGF/2014/012 BE/ArcelorMittal mill-Belġju) (COM(2014)0734 - C8-0014/2015 - 2015/2020(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Victor Negrescu (A8-0035/2015)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni EGF/2013/009 PL/Zachem, ippreżentata mill-Polonja) (COM(2015)0013 - C8-0010/2015 - 2015/2016(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Jan Olbrycht (A8-0036/2015)

- Rapport dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015 (2014/2221(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Dariusz Rosati (A8-0037/2015)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-aċċettazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim emendat għall-istabbiliment tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (14993/2014 - C8-0027/2015 - 2014/0274(NLE)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Gabriel Mato (A8-0038/2015)

- Rapport dwar ir-Rapport Annwali tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew (2014/2219(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Elmar Brok (A8-0039/2015)

- Rapport dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015 (2014/2222(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Sergio Gutiérrez Prieto (A8-0043/2015)

2.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari

- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (11296/3/2014 - C8-0294/2014 - 2013/0105(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Jörg Leichtfried (A8-0032/2015).


12. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Marzu I 2015 (PE 550.479/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):

°
° ° °

Intervent ta': Emmanouil Glezos, dwar is-sitwazzjoni fil-Greċja, Claudia Tapardel, biex titlob li jittieħdu sanzjonijiet fil-konfront ta' Gianluca Buonanno, minħabba l-affermazzjonijiet tiegħu, li hi tiddefinixxi bħala razzisti, u Gerard Batten (il-President wieġeb lil Claudia Tapardel li huwa mhuwiex kompetenti biex jissanzjona l-affermazzjonijiet li saru barra mill-Parlament, iżda li se jgħarraf il-provvedimenti li se jittieħdu fil-konfront ta' Gianluca Buonanno b'segwitu għall-aġir tiegħu fil-Parlament).

°
° ° °


It-Tnejn u it-Tlieta

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

L-Erbgħa

Talba tal-Grupp PPE biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Iż-żieda tal-anti-Semitiżmu, tal-Iżlamofobija u tal-estremiżmu vjolenti fl-UE" (2015/2595(RSP)) (Point 74 du PDOJ) bil-preżentazzjoni ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni, imniżżla fil-ħin tal-votazzjonijiet tas-sessjoni parzjali ta' April II.

Interventi ta': Roberta Metsola f'isem il-Grupp PPE, biex tiġġustifika t-talba, Monika Hohlmeier, biex tissekondaha, u Birgit Sippel, kontra t-talba.

B'VE (152 favur, 152 kontra, 12-il astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Il-Ħamis

Talba tal-Grupp PPE biex tiddaħħal, bħala t-tieni punt tal-aġenda tal-Ħamis, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni – mingħajr preżentazzjoni ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet – dwar l-affluss possibbli tal-massa ta' migranti fil-fruntieri tal-UE minħabba l-avvanzi reċenti ta' militanti tal-Istat Iżlamiku fil-Libja.

Interventi ta': Monika Hohlmeier f'isem il-Grupp PPE, biex tiġġustifika t-talba, Roberta Metsola, biex tissekondaha, Enrique Guerrero Salom, biex jipproponi li d-dikjarazzjoni tirreferi b'mod aktar ġenerali għas-sitwazzjoni fil-Libja u ma tirrigwardax esklużivament il-fluss ta' migranti, Monika Hohlmeier u Enrique Guerrero Salom, biex jippreċiżaw il-proposti tagħhom, u l-President li ppropona t-titolu segwenti: "Sitwazzjoni instabbli fil-Libja u konsegwenzi relatati".

Il-Parlament approva din l-aħħar proposta.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.


13. Progress dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2013 (dibattitu)

Rapport dwar il-progress dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2013 [2014/2217(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Marc Tarabella (A8-0015/2015)

Marc Tarabella ppreżenta r-rapport.

PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS
Viċi President

Intervent ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Mariya Gabriel f'isem il-Grupp PPE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Kazimierz Michał Ujazdowski, Anna Hedh f'isem il-Grupp S&D, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bernd Lucke, Beatrix von Storch f'isem il-Grupp ECR, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Ivan Jakovčić, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp ALDE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Janice Atkinson, Ángela Vallina f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ernest Urtasun f'isem il-Grupp Verts/ALE, Louise Bours f'isem il-Grupp EFDD, li tirrifjuta li twieġeb mistoqsija "karta blu" ta' Liisa Jaakonsaari, Georg Mayer Membru mhux affiljat, Constance Le Grip, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' István Ujhelyi, Iliana Iotova, Jadwiga Wiśniewska, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Miapetra Kumpula-Natri, u Beatriz Becerra Basterrechea.

PRESIDENZA: David-Maria SASSOLI
Viċi President

Interventi ta': Jadwiga Wiśniewska, biex tagħmel mistoqsija "karta blu" lil Beatriz Becerra Basterrechea, li wieġbet, Malin Björk, Terry Reintke, Mireille D'Ornano, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Sophia in 't Veld, Barbara Matera, Mary Honeyball, Jana Žitňanská, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Jadwiga Wiśniewska, Pier Antonio Panzeri, dwar il-proċedura "karta blu", Sophia in 't Veld, Inês Cristina Zuber, Ulrike Lunacek, Sylvie Goddyn u Angelika Niebler.

PRESIDENZA: Ryszard CZARNECKI
Viċi President

Interventi ta': Kazimierz Michał Ujazdowski, biex jagħmel mistoqsija "karta blu" lil Angelika Niebler, li wieġbet, Evelyn Regner, Branislav Škripek, António Marinho e Pinto, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Jonathan Arnott, Kostadinka Kuneva, Aymeric Chauprade, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Grapini, Carlos Coelho, Liliana Rodrigues, Rikke Karlsson, Anneli Jäätteenmäki, Pablo Echenique, József Nagy, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Dubravka Šuica, Viorica Dăncilă, Helga Stevens, Michaela Šojdrová, Maria Arena, Rosa Estaràs Ferragut, Jutta Steinruck, Marijana Petir, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Ivan Jakovčić, Julie Ward, Inés Ayala Sender, Clare Moody, Elly Schlein, Biljana Borzan, Edouard Martin, Jens Nilsson, Theresa Griffin, Sergio Gaetano Cofferati, Pier Antonio Panzeri u Monika Flašíková Beňová.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Alessandra Mussolini, José Blanco López, Notis Marias, Bill Etheridge, Diane Dodds, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Doru-Claudian Frunzulică, Ruža Tomašić, Nicola Caputo, Kazimierz Michał Ujazdowski u Ivan Jakovčić.

Interventi ta': Ángela Vallina, biex tippreċiża l-intervent li għamlet f'isem il-Grupp tagħha, Věra Jourová u Marc Tarabella.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 10.10 tal- Minuti ta' 10.3.2015.


14. Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE (dibattitu)

Rapport dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE [2014/2158(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Morten Messerschmidt (A8-0019/2015)

Morten Messerschmidt ippreżenta r-rapport.

Intervent ta': Margrethe Vestager (Membru tal-Kummissjoni).

Intervent ta': Kaja Kallas (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO).

PRESIDENZA: Ulrike LUNACEK
Viċi President

Interventi ta': Werner Langen f'isem il-Grupp PPE, Tibor Szanyi f'isem il-Grupp S&D, Marek Józef Gróbarczyk f'isem il-Grupp ECR, Ramon Tremosa i Balcells f'isem il-Grupp ALDE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Doru-Claudian Frunzulică, Paloma López Bermejo f'isem il-Grupp GUE/NGL, Michel Reimon f'isem il-Grupp Verts/ALE, Steven Woolfe f'isem il-Grupp EFDD, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Ivan Jakovčić, Barbara Kappel Membru mhux affiljata, Esther de Lange, Anneliese Dodds, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Janice Atkinson, Morten Helveg Petersen, Marco Valli, Markus Ferber, Alessia Maria Mosca, Theodor Dumitru Stolojan, Jeppe Kofod, Georgios Kyrtsos, Doru-Claudian Frunzulică, David Casa, Danuta Jazłowiecka u Bernard Monot.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Romana Tomc, Maria Grapini, Angel Dzhambazki, Ivan Jakovčić u João Ferreira.

Interventi ta': Margrethe Vestager u Morten Messerschmidt.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 10.11 tal- Minuti ta' 10.3.2015.


15. Kriterji għall-identifikazzjoni ta' sustanzi kimiċi li jfixklu s-sistema endokrinali (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000017/2015) imressqa minn Nicola Caputo, Pavel Poc, Jo Leinen, Michèle Rivasi, Bart Staes, Soledad Cabezón Ruiz, Renata Briano, Elena Gentile, Pina Picierno, Renato Soru, Giulia Moi, Dario Tamburrano, Eleonora Evi, Marco Affronte, Rosa D'Amato, Barbara Kappel, Eric Andrieu, Nicolas Bay, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Fabio Massimo Castaldo, Laura Agea, Laura Ferrara, Isabella Adinolfi, Tiziana Beghin, Marco Zullo, Marco Valli, Ignazio Corrao, Fredrick Federley, Jana Žitňanská, Jean-Luc Schaffhauser, Patricija Šulin, Daciana Octavia Sârbu, Tibor Szanyi, Ricardo Serrão Santos, Christel Schaldemose, Marc Tarabella, Maria Arena, Nessa Childers, Biljana Borzan, José Blanco López, Iratxe García Pérez, Matt Carthy, Kostas Chrysogonos, Lynn Boylan, Anja Hazekamp, Paloma López Bermejo, Enrico Gasbarra, Alessia Maria Mosca, Mercedes Bresso, Anneli Jäätteenmäki, Martin Häusling, Karin Kadenbach, Sylvie Goddyn, Mireille D'Ornano, Ivan Jakovčić, Pascal Durand, Diane James, Molly Scott Cato, Margrete Auken, Rolandas Paksas, Valentinas Mazuronis, Benedek Jávor, Yannick Jadot u Claudiu Ciprian Tănăsescu, lill-Kummissjoni: Kriterji għall-identifikazzjoni ta' sustanzi kimiċi li jfixklu s-sistema endokrinali (B8-0107/2015) (2015/2605(RSP))

Nicola Caputo daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija.

Interventi ta': Jens Gieseke f'isem il-Grupp PPE, Gilles Pargneaux f'isem il-Grupp S&D, Julie Girling f'isem il-Grupp ECR, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Margrete Auken, Lynn Boylan f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Bart Staes f'isem il-Grupp Verts/ALE.

PRESIDENZA: Ryszard CZARNECKI
Viċi President

Interventi ta': Piernicola Pedicini f'isem il-Grupp EFDD, Sylvie Goddyn Membru mhux affiljata, Daniel Buda, Pavel Poc, Bolesław G. Piecha, Anja Hazekamp, Margrete Auken, Eleonora Evi, Biljana Borzan, Tibor Szanyi u Christel Schaldemose.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Czesław Adam Siekierski, Karin Kadenbach, Anthea McIntyre, Ivan Jakovčić, João Ferreira u Michèle Rivasi.

Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis.

Id-dibattitu ngħalaq.


16. L-impatt tar-restrizzjonijiet Russi fuq trasportaturi tat-trasport internazzjonali bit-triq (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000005/2015) imressqa minn Michael Cramer, f'isem il-Kumitat TRAN, lill-Kummissjoni: L-impatt tar-restrizzjonijiet Russi fuq trasportaturi tat-trasport internazzjonali bit-triq (B8-0105/2015) (2015/2541(RSP))

Michael Cramer daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

Violeta Bulc (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet il-mistoqsija.

Interventi ta': Elżbieta Katarzyna Łukacijewska f'isem il-Grupp PPE, Claudia Tapardel f'isem il-Grupp S&D, Tomasz Piotr Poręba f'isem il-Grupp ECR, Gesine Meissner f'isem il-Grupp ALDE, Kostas Chrysogonos f'isem il-Grupp GUE/NGL, Peter Lundgren f'isem il-Grupp EFDD, Marie-Christine Arnautu Membru mhux affiljata, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Michael Cramer, Wim van de Camp, Miltiadis Kyrkos, Roberts Zīle, Antanas Guoga, Jill Seymour, Ivan Jakovčić, biex jagħmel mistoqsija "karta blu" lil Jill Seymour, li ma tweġibx, Massimiliano Salini, Isabella De Monte, Kosma Złotowski, Janusz Zemke, Zbigniew Kuźmiuk, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tomáš Zdechovský, Inés Ayala Sender u Georgi Pirinski.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Seán Kelly, Zigmantas Balčytis, Notis Marias, Ivan Jakovčić, João Ferreira, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Michael Cramer, Bronis Ropė, Krzysztof Hetman u Janusz Wojciechowski.

Interventi ta': Violeta Bulc u Franz Obermayr, dan tal-aħħar dwar l-iżvolġiment tad-dibattitu.

Id-dibattitu ngħalaq.


17. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:

David McAllister, Alessia Maria Mosca, Beatrix von Storch, Ivan Jakovčić, Lidia Senra Rodríguez, Ernest Maragall, Rosa D'Amato, Franz Obermayr, Tomáš Zdechovský, Costas Mavrides, Janusz Wojciechowski, Lynn Boylan, Giulia Moi, Lefteris Christoforou, Maria Grapini, Philippe Loiseau, Carlos Iturgaiz, Olga Sehnalová, Seán Kelly, Jude Kirton-Darling, Iuliu Winkler, Inés Ayala Sender, Eduard Kukan, Damian Drăghici, Ivana Maletić u Esther Herranz García.


18. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 550.479/OJMA).


19. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 23.45.


20. Għeluq tas-sessjoni annwali

Is-sessjoni ta' 2014-2015 tal-Parlament Ewropew ingħalqet.

Bi qbil mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, il-Parlament kellu jiltaqa' l-għada t-Tlieta 10 ta' Marzu 2015 fit-08.30.

Klaus Welle

Adina-Ioana Vălean

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adaktusson, Adinolfi, Affronte, Agea, Agnew, Aguilera García, Albiol Guzmán, Albrecht, Ali, Alliot-Marie, Anderson Lucy, Anderson Martina, Andrieu, Androulakis, Annemans, Arena, Arnautu, Arnott, Arthuis, Ashworth, Assis, Atkinson, Auken, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, van Baalen, Bach, Balčytis, Balczó, Balz, Batten, Bay, Bearder, Becerra Basterrechea, Becker, Beghin, Belder, Belet, Bendtsen, Benifei, Berès, Bilbao Barandica, Bilde, Bizzotto, Björk, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Bonafè, Boni, Borghezio, Borrelli, Borzan, Boștinaru, Bours, Boutonnet, Bové, Boylan, Bresso, Briano, Briois, Brok, Buchner, Buda, Bullmann, Bütikofer, Buzek, van de Camp, Campbell Bannerman, Caputo, Carthy, Carver, Casa, Caspary, Castaldo, del Castillo Vera, Cavada, Ceballos, Cesa, Charanzová, Chauprade, Childers, Chinnici, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Cicu, Cirio, Clune, Cofferati, Collin-Langen, Comi, Comodini Cachia, Corazza Bildt, Corbett, Corrao, Costa, Cozzolino, Cramer, Cristea, Csáky, Czarnecki, van Dalen, Dalli, Dalton, D'Amato, Dance, Dăncilă, Danjean, Danti, De Backer, De Castro, Delahaye, Deli, Delvaux, Demesmaeker, De Monte, Denanot, Deprez, de Sarnez, Deß, Deva, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Dodds Anneliese, Dodds Diane, Dorfmann, D'Ornano, Drăghici, Duda, Duncan, Durand, Dzhambazki, Echenique, Eickhout, Engel, Engström, Epitideios, Erdős, Eriksson, Ertug, Estaràs Ferragut, Etheridge, Evans, Evi, Fajon, Farage, Faria, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrand, Ferrara, Ferreira Elisa, Ferreira João, Finch, Fitto, Flašíková Beňová, Fleckenstein, Florenz, Fontana, Ford, Forenza, Foster, Fountoulis, Fox, Freund, Frunzulică, Gabriel, Gahler, Gambús, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Geier, Gentile, Gerbrandy, Gericke, Geringer de Oedenberg, Gierek, Gieseke, Gill Nathan, Gill Neena, Girauta Vidal, Girling, Giuffrida, Glezos, Goddyn, Gollnisch, Gomes, González Peñas, González Pons, Gosiewska, Goulard, Grammatikakis, de Grandes Pascual, Grapini, Gräßle, Griesbeck, Griffin, Gróbarczyk, Groote, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Guoga, Guteland, Gutiérrez Prieto, Gyürk, Hadjigeorgiou, Halla-aho, Harkin, Häusling, Hautala, Hayes, Hazekamp, Hedh, Helmer, Henkel, Herranz García, Hetman, Heubuch, Hoffmann, Hohlmeier, Hökmark, Hölvényi, Honeyball, Hookem, Hortefeux, Howitt, Hübner, Hudghton, Hyusmenova, in 't Veld, Iotova, Iturgaiz, Ivan, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jakovčić, Jalkh, James, Jansen, Jáuregui Atondo, Jávor, Jazłowiecka, Ježek, Joly, Joulaud, Juaristi Abaunz, Kadenbach, Kallas, Kalniete, Kamall, Kammerevert, Kappel, Karas, Kariņš, Karlsson, Kaufmann, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Keller Ska, Kelly, Khan, Kirkhope, Kirton-Darling, Koch, Kofod, Kölmel, Konečná, Korwin-Mikke, Kósa, Köster, Köstinger, Kouloglou, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Kudrycka, Kukan, Kumpula-Natri, Kuneva, Kuźmiuk, Kyenge, Kyllönen, Kyrkos, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lamassoure, Lambert, Landsbergis, Lange, de Lange, Langen, Lauristin, La Via, Lavrilleux, Le Grip, Legutko, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Le Pen Marine, Lewer, Liberadzki, Liese, Lietz, Lins, Lochbihler, Loiseau, Lope Fontagné, López, López Aguilar, López Bermejo, López-Istúriz White, Lösing, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lunacek, Lundgren, Łybacka, McAllister, McAvan, McClarkin, McGuinness, Mach, McIntyre, Macovei, Maletić, Malinov, Maltese, Mamikins, Maňka, Mann, Manscour, Maragall, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin David, Martin Dominique, Martin Edouard, Martusciello, Maštálka, Matera, Matias, Mato, Maurel, Mavrides, Mayer, Mazuronis, Meissner, Mélenchon, Mélin, Melior, Melo, Messerschmidt, Meszerics, Metsola, Michel, Michels, Mihaylova, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mizzi, Mlinar, Moi, Moisă, Molnár, Monot, Monteiro de Aguiar, Montel, Moody, Moraes, Morano, Morgano, Morin-Chartier, Morvai, Mosca, Müller, Mureșan, Muselier, Mussolini, Nagy, Neuser, Nica, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, van Nieuwenhuizen, Nilsson, Novakov, Nuttall, Obermayr, O'Flynn, Olbrycht, Omarjee, Ożóg, Pabriks, Paet, Pagazaurtundúa Ruiz, Paksas, Panzeri, Paolucci, Papadakis Konstantinos, Papadimoulis, Pargneaux, Pașcu, Paulsen, Pavel, Pedicini, Peillon, Peterle, Petersen, Petir, Picierno, Piecha, Pieper, Piotrowski, Piri, Pirinski, Pitera, Pittella, Plenković, Plura, Poc, Poche, Pogliese, Polčák, Ponga, Poręba, Pospíšil, Post, Preda, Preuß, Proust, Quisthoudt-Rowohl, Radoš, Rangel, Ransdorf, Rebega, Reda, Reding, Regner, Reid, Reimon, Reintke, Reul, Revault D'Allonnes Bonnefoy, Ribeiro, Ries, Riquet, Rivasi, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodrigues Maria João, Rodríguez-Piñero Fernández, Rodust, Rohde, Rolin, Ropė, Rosati, Rozière, Ruas, Rübig, Saïfi, Salini, Sander, Sant, Sârbu, Sarvamaa, Sassoli, Saudargas, Schaake, Schaffhauser, Schaldemose, Schlein, Schmidt, Scholz, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulz, Schulze, Schuster, Schwab, Sebastià, Sehnalová, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Seymour, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Simon Siôn, Sippel, Škripek, Škrlec, Smith, Smolková, Sógor, Šojdrová, Šoltes, Sommer, Sonneborn, Soru, Spinelli, Spyraki, Staes, Starbatty, Štefanec, Steinruck, Štětina, Stevens, Stier, Stihler, Stolojan, von Storch, Stuger, Šuica, Šulin, Svoboda, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Tamburrano, Tănăsescu, Tannock, Tapardel, Tarabella, Tarand, Telička, Terho, Terricabras, Theocharous, Theurer, Thun und Hohenstein, Toia, Tomaševski, Tomašić, Tomc, Toom, Tošenovský, Toti, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Trüpel, Turmes, Ujazdowski, Ujhelyi, Ulvskog, Ungureanu, Urbán Crespo, Urtasun, Urutchev, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Vălean, Valenciano, Valli, Vallina, Vana, Van Bossuyt, Van Brempt, Vandenkendelaere, Van Orden, Vaughan, Vautmans, Väyrynen, Verheyen, Viegas, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Voss, Wałęsa, Ward, Weidenholzer, von Weizsäcker, Wenta, Werner, Westphal, Wieland, Wikström, Winberg, Winkler Hermann, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Wojciechowski, Woolfe, Záborská, Zagorakis, Zahradil, Zala, Zalba Bidegain, Zanni, Zanonato, Ždanoka, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zīle, Zimmer, Žitňanská, Złotowski, Zoffoli, Zorrinho, Zuber, Zullo, Zver

Skużati:

Crowley, Dohrmann, Händel, Parker, Pietikäinen, Saryusz-Wolski, Vozemberg

Avviż legali