Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 12 ta' Marzu 2015 - Strasburgu

10. Pożizzjonijiet tal-Kunsill fl-ewwel qari

Il-President ħabbar, skont l-Artikolu 64(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li rċieva mingħand il-Kunsill il-pożizzjonijiet li ġejjin, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottahom, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:

- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (05130/3/2015 - C8-0063/2015 – 2013/0165(COD)COM(2015)0126)

irriferut responsabbli: IMCO, LIBE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari b'ħarsa lejn l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE rigward it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief (05094/1/2015 - C8-0064/2015 – 2013/0371(COD) – 06605/2015 – 06375/2015 – COM(2015)0124)

irriferut responsabbli: ENVI

- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (17086/1/2014 - C8-0072/2015 – 2013/0224(COD) – 06572/2015 – COM(2015)0128)

irriferut responsabbli: ENVI

- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-Istatistika Ewropea (05161/2/2015 - C8-0073/2015 – 2012/0084(COD)06582/2015 – COM(2015)0125)

irriferut responsabbli: ECON

Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu jiddekorri għalhekk minn għada, 13 ta' Marzu 2015.

Avviż legali - Politika tal-privatezza