Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 18 ta' Mejju 2015 - StrasburguVerżjoni finali

6. Kompożizzjoni tal-Parlament

Wara l-mewt ta' Hans Jansen, il-Parlament ħabbar, bi qbil mal-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-vakanza tas-siġġu mis-6 ta' Mejju 2015.

°
° ° °

L-awtoritajiet kompetenti Finlandiżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Pirkko Ruohonen-Lerner minflok Sampo Terho bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 27 ta' April 2015.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħha jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Pirkko Ruohonen-Lerner tieħu postha fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u tgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel tkun għamlet id-dikjarazzjoni li ma għandha ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Avviż legali