Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 18 ta' Mejju 2015 - StrasburguVerżjoni finali

13. Trażmissjoni ta' testi ta' ftehimiet mill-Kunsill

Il-Kunsill għadda kopji ċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:

- Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni, bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea,

- Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u l-Islanda, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tal-Islanda fit-twettiq konġunt tal-impenji tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Islanda għat-tieni perijodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-tibdil fil-klima,

- Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Georgia, min-naħa l-oħra,

- Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra,

- Proċess verbali ta' rettifika tal-ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

Avviż legali