Indiċi 
Minuti
PDF 254kWORD 203k
It-Tnejn, 6 ta' Lulju 2015 - Strasburgu
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Dikjarazzjoni tal-Presidenza (Kommemorazzjoni ta' Srebrenica)
 3.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 4.Kompożizzjoni tal-Parlament
 5.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 6.Rettifiki (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)
 7.Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
 8.Dokumenti mressqa
 9.Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
 10.Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
 11.Ordni tal-ħidma
 12.Nibnu Unjoni tas-Swieq Kapitali (dibattitu)
 13.Effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari (dibattitu)
 14.Rieżami tal-implimentazzjoni tal-"Pakkett Ħalib" (dibattitu)
 15.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 16.L-impatt estern tal-politika kummerċjali u tal-investiment tal-UE fuq l-inizjattivi pubbliċi-privati (preżentazzjoni qasira)
 17.Is-settur tal-frott u l-ħaxix wara r-riforma tal-2007 (preżentazzjoni qasira)
 18.Il-ħolqien ta' sistema multimodali integrata għall-ħruġ ta' biljetti fl-Ewropa (preżentazzjoni qasira)
 19.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 20.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Martin SCHULZ
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.05.


2. Dikjarazzjoni tal-Presidenza (Kommemorazzjoni ta' Srebrenica)

Il-President għamel dikjarazzjoni fl-okkażjoni tal-kommemorazzjoni tal-20 anniversarju tal-massakru ta' Srebrenica.

Il-Parlament osserva minuta silenzju.


3. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.

Intervent ta': Ivan Jakovčić biex jitlob li fl-aġenda tal-Ħamis tiddaħħal riżoluzzjoni dwar Srebrenica (il-President talbu jippreżenta t-talba waqt l-adozzjoni tal-"Ordni tal-ħidma").

Interventi ta': Rebecca Harms, Gabriele Zimmer u Gianni Pittella dwar il-pożizzjoni tal-President fir-rigward tar-referendum li sar fil-5 ta' Lulju 2015 fil-Greċja.


4. Kompożizzjoni tal-Parlament

Jörg Leichtfried avża bil-miktub bir-riżenja tiegħu minn Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 24 ta' Ġunju 2015.

Bi qbil mal-Artikolu 4(1) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata li l-post huwa vakanti minn din id-data u informa lill-awtorità nazzjonali kkonċernata dwar dan.


5. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva t-talba ta' ħatra li ġejja mill-grupp PPE:

Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE: Davor Ivo Stier

Din il-ħatra se titqies ratifikata jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.


6. Rettifiki (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-Kumitat TRAN bagħat din ir-rettifika ta' test adottat mill-Parlament Ewropew:

Rettifika P6_TA(2008)0030(COR01) għad-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU L 52, 27.2.2008, p. 3) (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fil-31 ta' Jannar 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni għad-direttiva msemmija (P6_TA(2008)0030 (ĠU C 68 E, 21.3.2009, p. 44) (13593/6/2007 – C6-0410/2007 – 2006/0196(COD))

Bi qbil mal-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din ir-rettifika titqies approvata sakemm fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwarha.

Ir-rettifika hija disponibbli fuq is-sit Europarl għal kemm iddum din is-sessjoni parzjali.

°
° ° °

Ir-rettifika P8_TA-PROV(2015)0100(COR01) tħabbret fil-plenarja tal-24 ta' Ġunju 2015 (punt 8 tal-Minuti ta' 24.6.2015).

Billi ma kien hemm l-ebda talba biex titressaq għall-votazzjoni minn grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru (Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura), din ir-rettifika tqieset approvata.


7. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, wara l-aħħar sessjoni ffirma l-att segwenti adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 - il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (00034/2015/LEX - C8-0165/2015 - 2015/0009(COD))

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 8 ta' Lulju 2015 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera (kodifikazzjoni) (00023/2015/LEX - C8-0168/2015 - 2014/0158(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jiffissa r-rata ta’ aġġustament prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1306/2013 għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2015 (00027/2015/LEX - C8-0155/2015 - 2015/0070(COD)).


8. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd (riformulazzjoni) (COM(2015)0294 - C8-0160/2015 - 2015/0133(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli:

PECH

opinjoni:

JURI (Artikolu 104 tar-regoli ta' Proċedura)

- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3 għall-baġit ġenerali għall-2015: Id-dħul tal-bilanċ favorevoli tas-sena finanzjarja 2014 - Pożizzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Ġunju 2015 (09765/2015 - C8-0161/2015 - 2015/2077(BUD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 għall-baġit ġenerali għall-2015 li jakkumpanja l-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għar-Rumanija, il-Bulgarija u l-Italja (09767/2015 - C8-0162/2015 - 2015/2078(BUD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 għall-baġit ġenerali għall-2015: Reazzjoni għal pressjonijiet migratorji - Pożizzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Ġunju 2015 (09768/2015 - C8-0163/2015 - 2015/2121(BUD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

opinjoni:

ITRE, LIBE

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/1995 tad-29 ta' Mejju 1995 li jistabbilixxi format uniformi għall-viża (COM(2015)0303 - C8-0164/2015 - 2015/0134(COD))

irriferut

responsabbli:

LIBE

opinjoni:

AFET, JURI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' ħlas ta' imgħaxijiet (08266/2015 - C8-0169/2015 - 2015/0076(NLE))

irriferut

responsabbli:

ECON

opinjoni:

JURI, LIBE, IMCO

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija (13395/2014 - C8-0170/2015 - 2008/0027(NLE))

irriferut

responsabbli:

AFET

opinjoni:

INTA

- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1 għall-baġit ġenerali għall-2015 li jakkumpanja l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 (09876/2015 - C8-0172/2015 - 2015/2011(BUD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

opinjoni:

CULT, ENVI, EMPL, ITRE, ECON, TRAN, REGI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Renju tal-Belġju u lir-Repubblika tal-Polonja, rispettivament, biex jirratifikaw, u lir-Repubblika tal-Awstrija biex taderixxi mal-Konvenzjoni ta' Budapest dwar il-Kuntratt tat-Trasport ta' Merkanzija permezz ta' Passaġġi tal-Ilma Interni (CMNI) (08223/2015 - C8-0173/2015 - 2014/0345(NLE))

irriferut

responsabbli:

JURI

opinjoni:

TRAN

2) mill-kumitati parlamentari

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi (CEPOL), li jħassar u jissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (COM(2014)0465 - C8-0110/2014 - 2014/0217(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Kinga Gál (A8-0048/2015)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 604/2013 rigward id-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ta' minuri mhux akkumpanjati mal-ebda membru tal-familja, aħwa jew qraba legalment preżenti fi Stat Membru (COM(2014)0382 - C8-0040/2014 - 2014/0202(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Cecilia Wikström (A8-0168/2015)

- Rapport dwar is-settur tal-frott u l-ħaxix wara r-riforma tal-2007 (2014/2147(INI)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Nuno Melo (A8-0170/2015)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta' xogħol mhux iddikjarat (COM(2014)0221 - C7-0144/2014 - 2014/0124(COD)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Georgi Pirinski (A8-0172/2015)

- Rapport dwar "Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi: il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni" (2014/2245(INI)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Tamás Deutsch (A8-0173/2015)

- * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta' kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel u għalf wara aċċidenti nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika (COM(2013)0943 - C7-0045/2014 - 2013/0451(NLE)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Esther Herranz García (A8-0176/2015)

- Rapport dwar l-approċċ il-ġdid tal-UE għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija – evalwazzjoni tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED) mindu ġie stabbilit (2014/2231(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Andrzej Grzyb (A8-0177/2015)

- Rapport dwar "Id-drittijiet tal-bniedem u t-teknoloġija: l-impatt ta' sistemi ta' intrużjoni u sorveljanza fuq id-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi"' (2014/2232(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Marietje Schaake (A8-0178/2015)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja (05872/2015 - C8-0074/2015 - 2014/0293(NLE)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Jerzy Buzek (A8-0179/2015)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Faeroe li jassoċja lill-Gżejjer Faeroe ma' Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (05660/2015 - C8-0057/2015 - 2014/0228(NLE)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Jerzy Buzek (A8-0180/2015)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li jassoċja lill-Konfederazzjoni Svizzera mal-Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-attivitajiet tal-ITER imwettqa mill-Fużjoni għall-Enerġija (05662/2015 - C8-0056/2015 - 2014/0304(NLE)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Jerzy Buzek (A8-0181/2015)

- Rapport dwar l-impatt estern tal-politika kummerċjali u tal-investiment tal-UE fuq l-inizjattivi pubbliċi-privati f'pajjiżi barra l-UE (2014/2233(INI)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Jan Zahradil (A8-0182/2015)

- Rapport dwar il-ħolqien ta' sistema multimodali integrata għall-ħruġ ta' biljetti fl-Ewropa (2014/2244(INI)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Dieter-Lebrecht Koch (A8-0183/2015)

- Rapport dwar l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa bħala sfidi għall-governanza, il-protezzjoni soċjali u l-iżvilupp fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (2015/2058(INI)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Elly Schlein (A8-0184/2015)

- Rapport dwar il-prospettivi għas-settur tal-ħalib tal-UE – rieżami tal-implimentazzjoni tal-pakkett dwar il-prodotti magħmula mill-Ħalib (2014/2146(INI)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: James Nicholson (A8-0187/2015)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (05548/2014 - C8-0127/2014 - 2013/0386(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Ivo Vajgl (A8-0188/2015)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (06682/2014 - C8-0098/2014 - 2014/0039(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: David McAllister (A8-0189/2015)

- Rapport dwar l-isfidi fir-rigward tas-sigurtà fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta' Fuq u l-prospettivi ta' stabbiltà politika (2014/2229(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Vincent Peillon (A8-0193/2015)

- Rapport dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (2015/2002(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Eduard Kukan (A8-0194/2015)

- *** Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tad-dikjarazzjoni dwar l-għoti ta' opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela fiż-żona ekonomika esklussiva 'l barra mill-kosta tal-Gujana Franċiża (05420/2015 - C8-0043/2015 - 2015/0001(NLE)) - Kumitat PECH - Rapporteur: João Ferreira (A8-0195/2015)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Madagaskar u l-Komunità Ewropea (15225/2014 - C8-0002/2015 - 2014/0319(NLE)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Ricardo Serrão Santos (A8-0196/2015)

- Rapport dwar proċeduri u prattiki rigward is-seduti ta' smigħ tal-Kummissarji, tagħlimiet li għandhom jinsiltu mill-proċess tal-2014 (2015/2040(INI)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Richard Corbett (A8-0197/2015)

- * Rapport dwar in-nomina ta' Bettina Michelle Jakobsen bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (08487/2015 - C8-0122/2015 - 2015/0803(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Igor Šoltes (A8-0198/2015)

- Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde (2015/2100(INI)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Peter van Dalen (A8-0200/2015)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-UE u r-Repubblika tal-Kap Verde (15848/2014 - C8-0003/2015 - 2014/0329(NLE)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Peter van Dalen (A8-0201/2015)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta' bastimenti (Kodifikazzjoni) (COM(2014)0605 - C8-0171/2014 - 2014/0280(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Jiří Maštálka (A8-0202/2015)

- ***I Rapport dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Unjoni fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skond ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (Kodifikazzjoni). (COM(2015)0049 - C8-0041/2015 - 2014/0174(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Jiří Maštálka (A8-0203/2015)

- Abbozz ta' rapport dwar l-Inizjattiva għal Impjiegi Ekoloġiċi: Jiġi sfruttat il-potenzjal tal-ekonomija ekoloġika għall-ħolqien tal-impjiegi (2014/2238(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Jean Lambert (A8-0204/2015)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (COM(2015)0098 - C8-0075/2015 - 2015/0051(NLE)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Laura Agea (A8-0205/2015)

- Rapport dwar Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT): Is-Sitwazzjoni Attwali u l-Perspettivi (2014/2150(INI)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Sylvia-Yvonne Kaufmann (A8-0208/2015)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (2014/2256(INI)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Julia Reda (A8-0209/2015)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni EGF/2015/001 FI/Broadcom, ippreżentata mill-Finlandja) (COM(2015)0232 - C8-0135/2015 - 2015/2125(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0210/2015)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, b'konformità mal-punt 11 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (għargħar fir-Rumanija, fil-Bulgarija u fl-Italja) (COM(2015)0162 - C8-0094/2015 - 2015/2079(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Siegfried Mureşan (A8-0211/2015)

- Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, b'reazzjoni għal pressjonijiet migratorji (09768/2015 - C8-0163/2015 - 2015/2121(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Eider Gardiazabal Rubial (A8-0212/2015)

- Rapport dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari (2014/2208(INI)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Sirpa Pietikäinen (A8-0215/2015)

- Rapport dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-abbozz ta' baġit 2016 (2015/2074(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: José Manuel Fernandes (A8-0217/2015)

- Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 - li jdaħħal is-surplus tas-sena finanzjarja 2014 (09765/2015 - C8-0161/2015 - 2015/2077(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Eider Gardiazabal Rubial (A8-0219/2015)

- Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għar-Rumanija, il-Bulgarija u l-Italja (09767/2015 - C8-0162/2015 - 2015/2078(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Eider Gardiazabal Rubial (A8-0220/2015)

- Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III – Il-Kummissjoni, li jakkumpanja l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 (09876/2015 - C8-0172/2015 - 2015/2011(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Eider Gardiazabal Rubial (A8-0221/2015)


9. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)

Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):

- (O-000075/2015) imressqa minn Roberto Gualtieri u Burkhard Balz, f'isem il-Kumitat ECON, lill-Kummissjoni: Risposta inizjali lill-Green Paper tal-Kummissjoni "Nibnu Unjoni tas-Swieq Kapitali" (2015/2634(RSP)) (B8-0564/2015);

- (O-000064/2015) imressqa minn Claude Moraes, f'isem il-Kumitat LIBE, lill-Kunsill: Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (2015/2697(RSP)) (B8-0566/2015);

- (O-000065/2015) imressqa minn Claude Moraes, f'isem il-Kumitat LIBE, lill-Kummissjoni: Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (2015/2697(RSP)) (B8-0567/2015).


10. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati li ġejjin intbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni, ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera u l-prova ta' raffinar ta' prodotti taz-zokkor bil-kodiċi NM 1701 skont ftehimiet preferenzjali, għas-snin ta' kummerċjalizzazzjoni 2015/2016 u 2016/2017 u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 891/2009 (C(2015)04157 - 2015/2753(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 23 ta' Ġunju 2015

Irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd għall-protezzjoni ta' żoni bi strutturi ta' skollijiet f'ilmijiet taħt is-sovranità tad-Danimarka fil-Baħar Baltiku u l-Kattegat (C(2015)04247 - 2015/2755(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 25 ta' Ġunju 2015

Irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni dwar is-sistemi applikabbli għall-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' prodotti tal-inġinerija għall-ilma mormi, skont ir-Regolament (UE) Nru305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2015)04359 - 2015/2763(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 1 ta' Lulju 2015

Irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni dwar is-sistemi applikabbli tal-valutazzjoni u tal-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodotti ġeosintetiċi u tal-prodotti relatati skont ir-Regolament (UE) Nru305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2015)04380 - 2015/2764(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 1 ta' Lulju 2015

Irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti għall-bini skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2015)04394 - 2015/2762(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 1 ta' Lulju 2015

Irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) Nru 625/2014 li jissupplimenta r-Regolament(UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-istituzzjonijiet investituri, sponsors, mutwanti oriġinali u oriġinaturi marbuta ma' skoperturi għar-riskju tal-kreditu trasferit (C(2015)04422 - 2015/2769(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment ta' 2 ta' Lulju 2015

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON


11. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Lulju 2015 (PE 563.528/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

It-Tlieta

- Il-President ippropona, l-ewwel nett, li d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-"Tħejjija tal-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2016" (punt 85 tal-PDOJ) tiddaħħal bħala l-ewwel punt ta' waranofsinhar, minflok il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (25 u 26 ta' Ġunju 2015) u s-sitwazzjoni attwali fil-Greċja, u t-tieni nett, li d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni dwar il-"Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (25-26 ta' Ġunju 2015) u tas-Summit taż-Żona tal-Euro (is-7 ta' Lulju 2015) u s-sitwazzjoni attwali fil-Greċja" (punt 75 tal-PDOJ) jiddaħħlu bħala t-tieni punt tal-Erbgħa.

Il-Parlament approva din il-proposta.

Interventi ta': Guy Verhofstadt, li talab li jieħdu sehem f'dan id-dibattitu l-Prim Ministru Grieg, Alexis Tsipras, u l-President tal-Ewrogrupp, Jeroen Dijsselbloem, u, dwar din it-talba, Rebecca Harms u Peter van Dalen (il-President wieġeb li se jibgħat l-istedina).

Talba ta' Emmanouil Glezos u 51 Membru biex tiddaħħal fl-aġenda tat-Tlieta waranofsinhar dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-dejn tal-Ġermanja wara t-Tieni Gwerra Dinjija.

Interventi ta': Emmanouil Glezos, li ġġustifika t-talba, Gabriele Zimmer, favur it-talba, u Cristian Dan Preda kontriha.

Il-Parlament irrifjuta t-talba.

L-Erbgħa

- It-tieni punt ta' filgħodu se jkun id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni dwar il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (25-26 ta' Ġunju 2015) u s-Summit taż-Żona tal-Euro (7 ta' Lulju 2015) u s-sitwazzjoni attwali fil-Greċja. Dan il-punt se jissostitwixxi d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-Tħejjija tal-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2016, li ġie antiċipat għal nhar t-Tlieta waranofsinhar.

Konsegwentement, il-votazzjonijiet se jibdew fis-13.00.

Il-Ħamis

- Interventi ta': Marietje Schaake biex titlob li r-rapport dwar id-drittijiet tal-bniedem u t-teknoloġija f'pajjiżi terzi (A8-0178/2015) jiġi pospost għas-sessjoni parzjali ta' Settembru I, u Josef Weidenholzer, favur din it-talba.

Il-Parlament approva t-talba.

- Talba biex jiżdied dibattitu dwar il-kommemorazzjoni ta' Srebrenica, u fi tmiemu se jitressqu mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, bħala l-ewwel punt ta' filgħodu.

Interventi ta': Ivan Jakovčić, li ġġustifika t-talba, Knut Fleckenstein favur din it-talba u Geoffrey Van Orden anki hu favuriha.

L-iskadenzi għat-tressiq ġew iffissati b'dan il-mod:

- mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: it-Tlieta 7 ta' Lulju 2015, fl-10.00;

- emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni; mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunta: l-Erbgħa 8 ta' Lulju 2015, f'12.00;

- emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunta: l-Erbgħa 8 ta' Lulju 2015, fis-13.00.

Il-Parlament approva t-talba.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Intervent ta': Franz Obermayr.


12. Nibnu Unjoni tas-Swieq Kapitali (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000075/2015) imressqa minn Roberto Gualtieri u Burkhard Balz, f'isem il-Kumitat ECON, lill-Kummissjoni: Risposta inizjali lill-Green Paper tal-Kummissjoni "Nibnu Unjoni tas-Swieq Kapitali" (2015/2634(RSP)) (B8-0564/2015)

Roberto Gualtieri daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU
Viċi President

Burkhard Balz daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

Jonathan Hill (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija.

Interventi ta': Pablo Zalba Bidegain f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' David Coburn, Pervenche Berès f'isem il-Grupp S&D, Philippe De Backer f'isem il-Grupp ALDE, Fabio De Masi f'isem il-Grupp GUE/NGL, Sven Giegold f'isem il-Grupp Verts/ALE, Steven Woolfe f'isem il-Grupp EFDD, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Doru-Claudian Frunzulică, Gerolf Annemans f'isem il-Grupp ENF, Markus Ferber, Neena Gill, li rrifjutat li twieġeb mistoqsija "karta blu" ta' David Coburn, Sander Loones, Paloma López Bermejo, Molly Scott Cato, Marco Zanni, Barbara Kappel, Danuta Maria Hübner, Jonás Fernández, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Steven Woolfe, Stanisław Ożóg, Marco Valli, Gunnar Hökmark, Olle Ludvigsson, Antonio Tajani, Doru-Claudian Frunzulică, li rrifjuta li jwieġeb mistoqsija "karta blu" ta' David Coburn, u Siegfried Mureşan.

PRESIDENZA: Ryszard CZARNECKI
Viċi President

Intervent ta': Paul Tang.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Patricija Šulin, Nicola Caputo, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Miguel Viegas, Igor Šoltes, David Coburn u Seán Kelly.

Intervent ta': Jonathan Hill.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura:

Roberto Gualtieri u Burkhard Balz, f'isem il-Kumitat ECON, dwar il-Bini ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali 2015/2634(RSP) (B8-0655/2015).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 12.3 tal-Minuti ta' 9.7.2015.


13. Effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari (dibattitu)

Rapport dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari [2014/2208(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Sirpa Pietikäinen (A8-0215/2015)

Sirpa Pietikäinen ippreżentat ir-rapport.

Interventi ta': Frans Timmermans (l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni) u Jyrki Katainen (Viċi President tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Tiziana Beghin (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), Benedek Jávor (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Karl-Heinz Florenz f'isem il-Grupp PPE, Massimo Paolucci f'isem il-Grupp S&D, Mark Demesmaeker f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Gerben-Jan Gerbrandy f'isem il-Grupp ALDE, Kateřina Konečná f'isem il-Grupp GUE/NGL, Claude Turmes f'isem il-Grupp Verts/ALE, Piernicola Pedicini f'isem il-Grupp EFDD, Mireille D'Ornano f'isem il-Grupp ENF, Lampros Fountoulis Membru mhux affiljat, Pilar Ayuso, Matthias Groote, Julie Girling, Nils Torvalds, Merja Kyllönen, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Doru-Claudian Frunzulică, Reinhard Bütikofer, Julia Reid, Jean-François Jalkh, Andrzej Grzyb, Daciana Octavia Sârbu, Jadwiga Wiśniewska, Anneli Jäätteenmäki, Eleonora Evi, Birgit Collin-Langen, Guillaume Balas, Marcus Pretzell, Angélique Delahaye, Simona Bonafè, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Piernicola Pedicini, Pirkko Ruohonen-Lerner, Giovanni La Via, Paul Brannen, Annie Schreijer-Pierik, Karin Kadenbach, Carlos Zorrinho u Csaba Molnár.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Franc Bogovič, Viorica Dăncilă, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Josu Juaristi Abaunz, Igor Šoltes, Rosa D'Amato u Barbara Kappel.

Interventi ta': Jyrki Katainen u Sirpa Pietikäinen.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 12.1 tal-Minuti ta' 9.7.2015.


14. Rieżami tal-implimentazzjoni tal-"Pakkett Ħalib" (dibattitu)

Rapport dwar il-prospettivi għas-settur tal-ħalib tal-UE – rieżami tal-implimentazzjoni tal-Pakkett dwar il-Prodotti magħmula mill-Ħalib [2014/2146(INI)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: James Nicholson (A8-0187/2015)

James Nicholson ippreżenta r-rapport.

Intervent ta': Phil Hogan (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Petri Sarvamaa (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CONT) u Gabriel Mato f'isem il-Grupp PPE.

PRESIDENZA: Rainer WIELAND
Viċi President

Interventi ta': Ricardo Serrão Santos f'isem il-Grupp S&D, Richard Ashworth f'isem il-Grupp ECR, Ulrike Müller f'isem il-Grupp ALDE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Matt Carthy f'isem il-Grupp GUE/NGL, Maria Heubuch f'isem il-Grupp Verts/ALE, John Stuart Agnew f'isem il-Grupp EFDD, Philippe Loiseau f'isem il-Grupp ENF, Diane Dodds Membru mhux affiljata, Albert Deß, Clara Eugenia Aguilera García, Beata Gosiewska, Jan Huitema, Maria Lidia Senra Rodríguez, Martin Häusling, Edouard Ferrand, Czesław Adam Siekierski, Eric Andrieu, Jørn Dohrmann, Ivan Jakovčić, Miguel Viegas, Alyn Smith, Elisabeth Köstinger, Jean-Paul Denanot u Zbigniew Kuźmiuk.

PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME
Viċi President

Interventi ta': Hannu Takkula, Luke Ming Flanagan, Marijana Petir, Maria Noichl, Daniel Dalton, Stefan Eck, Annie Schreijer-Pierik, Nicola Caputo, Sofia Ribeiro, Laurenţiu Rebega, Michel Dantin u Daniel Buda.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová, Doru-Claudian Frunzulică, Notis Marias, Bronis Ropė, Stanislav Polčák, Ruža Tomašić, Franc Bogovič u Mairead McGuinness.

Interventi ta': Phil Hogan u James Nicholson.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 5.12 tal-Minuti ta' 7.7.2015.


15. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:

Mairead McGuinness, Jude Kirton-Darling, Marcus Pretzell, Ilhan Kyuchyuk, Miguel Viegas, Igor Šoltes, Margot Parker, Dominique Bilde, Janusz Korwin-Mikke, Jiří Pospíšil, Clara Eugenia Aguilera García, Jozo Radoš, Josu Juaristi Abaunz, Karima Delli, Kristina Winberg, Franz Obermayr, Andor Deli, Alessia Maria Mosca, Dariusz Rosati, Laurenţiu Rebega, Cristian-Silviu Buşoi, Paul Brannen, Tunne Kelam, Tibor Szanyi, Franc Bogovič, Claudia Țapardel, Claude Rolin u Alojz Peterle.


16. L-impatt estern tal-politika kummerċjali u tal-investiment tal-UE fuq l-inizjattivi pubbliċi-privati (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar l-impatt estern tal-politika kummerċjali u tal-investiment tal-UE fuq l-inizjattivi pubbliċi-privati f'pajjiżi barra l-UE [2014/2233(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Jan Zahradil (A8-0182/2015)

Jan Zahradil għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Doru-Claudian Frunzulică, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Miguel Viegas, Jonathan Arnott, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández u Ruža Tomašić.

Intervent ta': Phil Hogan (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 5.13 tal-Minuti ta' 7.7.2015.


17. Is-settur tal-frott u l-ħaxix wara r-riforma tal-2007 (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar is-settur tal-frott u l-ħaxix wara r-riforma tal-2007 [2014/2147(INI)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Nuno Melo (A8-0170/2015)

Nuno Melo għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Marijana Petir, Doru-Claudian Frunzulică, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Miguel Viegas, Jordi Sebastià u Jonathan Arnott.

Intervent ta': Phil Hogan (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 5.14 tal-Minuti ta' 7.7.2015.


18. Il-ħolqien ta' sistema multimodali integrata għall-ħruġ ta' biljetti fl-Ewropa (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar il-ħolqien ta' sistema multimodali integrata għall-ħruġ ta' biljetti fl-Ewropa [2014/2244(INI)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Dieter-Lebrecht Koch (A8-0183/2015)

Dieter-Lebrecht Koch għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Doru-Claudian Frunzulică, Notis Marias, Davor Škrlec, Jonathan Arnott u Ivan Jakovčić.

Intervent ta': Violeta Bulc (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 5.8 tal-Minuti ta' 7.7.2015.


19. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 563.528/OJMA).


20. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 23.25.

Klaus Welle

Alexander Graf Lambsdorff

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adinolfi, Affronte, Agea, Agnew, Aguilera García, Aiuto, Aker, Aliot, Alliot-Marie, Anderson Lucy, Anderson Martina, Andersson, Andrieu, Androulakis, Annemans, Arena, Arnautu, Arnott, Ashworth, Assis, Atkinson, Auken, Auštrevičius, Ayuso, van Baalen, Bach, Balas, Balčytis, Balczó, Balz, Barekov, Bashir, Batten, Bay, Bayet, Bearder, Becerra Basterrechea, Becker, Beghin, Belder, Belet, Bendtsen, Benifei, Berès, Bergeron, Bettini, Bilbao Barandica, Bilde, Bizzotto, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Bonafè, Boni, Borghezio, Borrelli, Borzan, Boştinaru, Bours, Boutonnet, Bové, Brannen, Bresso, Briois, Brok, Buchner, Buda, Bullmann, Buşoi, Bütikofer, Buzek, Cabezón Ruiz, Cadec, Calvet Chambon, van de Camp, Campbell Bannerman, Caputo, Carthy, Carver, Casa, Caspary, Castaldo, del Castillo Vera, Cavada, Cesa, Charanzová, Chauprade, Childers, Chinnici, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Cicu, Clune, Coburn, Cofferati, Collin-Langen, Collins, Comi, Comodini Cachia, Corazza Bildt, Corbett, Corrao, Costa, Cozzolino, Cramer, Cristea, Csáky, Czarnecki, Czesak, van Dalen, Dalli, Dalton, D'Amato, Dance, Dăncilă, Danjean, Danti, Dantin, (The Earl of) Dartmouth, De Backer, De Castro, Delahaye, Deli, Delli, Delvaux, De Masi, Demesmaeker, De Monte, Denanot, Deprez, de Sarnez, Deß, Deva, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Dlabajová, Dodds Anneliese, Dodds Diane, Dohrmann, Dorfmann, D'Ornano, Drăghici, Duncan, Durand, Dzhambazki, Eck, Eickhout, Engel, Epitideios, Erdős, Eriksson, Ernst, Ertug, Estaràs Ferragut, Etheridge, Evans, Evi, Fajon, Faria, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrand, Ferrara, Ferreira, Ferreira, Finch, Fitto, Fjellner, Flanagan, Flašíková Beňová, Fleckenstein, Florenz, Fontana, Ford, Forenza, Foster, Fotyga, Fountoulis, Fox, Freund, Frunzulică, Gabriel, Gahler, Gál, Gáll-Pelcz, Gambús, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Geier, Gentile, Gerbrandy, Geringer de Oedenberg, Giegold, Gierek, Gieseke, Gill Nathan, Gill Neena, Girling, Giuffrida, Glezos, Goddyn, Goerens, Gomes, González Pons, Gosiewska, Goulard, de Grandes Pascual, Grapini, Gräßle, Griesbeck, Grigule, Gróbarczyk, Groote, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Guoga, Gutiérrez Prieto, Gyürk, Hadjigeorgiou, Halla-aho, Händel, Hannan, Harkin, Häusling, Hautala, Hayes, Hazekamp, Hedh, Helmer, Henkel, Hetman, Heubuch, Hoffmann, Hohlmeier, Hökmark, Hölvényi, Honeyball, Hookem, Hortefeux, Howitt, Hübner, Hudghton, Huitema, Hyusmenova, Iglesias, in 't Veld, Iotova, Iturgaiz, Ivan, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jakovčić, Jalkh, James, Jáuregui Atondo, Jávor, Jazłowiecka, Ježek, Jiménez-Becerril Barrio, Joly, de Jong, Jongerius, Joulaud, Juaristi Abaunz, Jurek, Kadenbach, Kalinowski, Kallas, Kalniete, Kamall, Kammerevert, Kappel, Karas, Kari, Karim, Kariņš, Karlsson, Karski, Kaufmann, Kelam, Keller Jan, Keller Ska, Kelly, Khan, Kirkhope, Kirton-Darling, Koch, Kofod, Kölmel, Konečná, Korwin-Mikke, Köster, Köstinger, Kouloglou, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Kudrycka, Kuhn, Kukan, Kuneva, Kuźmiuk, Kyenge, Kyllönen, Kyrkos, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lamassoure, Lambert, Landsbergis, Lange, de Lange, Langen, Lauristin, La Via, Lavrilleux, Lebreton, Le Grip, Legutko, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Le Pen Jean-Marie, Le Pen Marine, Lewer, Liberadzki, Liese, Lietz, Lins, Lochbihler, Loiseau, Loones, Lope Fontagné, López Bermejo, López-Istúriz White, Lösing, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lunacek, Lundgren, Łybacka, McAvan, McGuinness, Mach, McIntyre, Macovei, Maeijer, Maletić, Malinov, Maltese, Mamikins, Mănescu, Maňka, Mann, Manscour, Maragall, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin David, Martin Dominique, Martin Edouard, Marusik, Maštálka, Matera, Matias, Mato, Maurel, Mavrides, Mayer, Mazuronis, Meissner, Mélenchon, Mélin, Melior, Melo, Messerschmidt, Meszerics, Michels, Mihaylova, Millán Mon, van Miltenburg, Mineur, Mlinar, Moi, Molnár, Monot, Monteiro de Aguiar, Montel, Moraes, Morgano, Morin-Chartier, Mosca, Müller, Mureşan, Muselier, Mussolini, Nagy, Negrescu, Nekov, Neuser, Nica, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Nilsson, van Nistelrooij, Noichl, Novakov, Nuttall, Obermayr, O'Flynn, Olbrycht, Ożóg, Pabriks, Paet, Panzeri, Paolucci, Papadakis Demetris, Papadakis Konstantinos, Papadimoulis, Parker, Paşcu, Paulsen, Paunova, Pavel, Pedicini, Peillon, Peterle, Petersen, Petir, Picula, Piecha, Pieper, Pietikäinen, Piotrowski, Piri, Pirinski, Pitera, Pittella, Plenković, Plura, Poc, Pogliese, Polčák, Ponga, Poręba, Pospíšil, Post, Preda, Pretzell, Proust, Quisthoudt-Rowohl, Radev, Radoš, Rangel, Rebega, Reda, Reding, Regner, Reid, Reimon, Reintke, Reul, Ribeiro, Ries, Riquet, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodrigues Maria João, Rodríguez-Piñero Fernández, Rodust, Rohde, Rolin, Ropė, Rosati, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Saïfi, Sakorafa, Salini, Sander, Sant, Sârbu, Sargentini, Sarvamaa, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Schaake, Schaffhauser, Schaldemose, Schlein, Schmidt, Scholz, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulz, Schulze, Scott Cato, Sebastià, Sehnalová, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Seymour, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Simon Siôn, Sippel, Škripek, Škrlec, Smith, Smolková, Sógor, Šojdrová, Šoltes, Sommer, Sonneborn, Soru, Spinelli, Spyraki, Staes, Starbatty, Štefanec, Steinruck, Štětina, Stevens, Stier, Stihler, Stolojan, von Storch, Stuger, Šuica, Šulin, Svoboda, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Takkula, Tamburrano, Tănăsescu, Tang, Tannock, Țapardel, Tarand, Taylor, Telička, Terricabras, Theurer, Thomas, Thun und Hohenstein, Toia, Tőkés, Tomaševski, Tomašić, Tomc, Toom, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Trüpel, Ţurcanu, Turmes, Ujazdowski, Ujhelyi, Ulvskog, Ungureanu, Urbán Crespo, Urtasun, Urutchev, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Vălean, Valenciano, Valero, Valli, Vana, Van Brempt, Vandenkendelaere, Van Orden, Vaughan, Väyrynen, Vergiat, Viegas, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Voss, Wałęsa, Weber Renate, Weidenholzer, von Weizsäcker, Wenta, Werner, Wieland, Wikström, Willmott, Winberg, Winkler Hermann, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Wojciechowski, Woolfe, Záborská, Zagorakis, Zahradil, Zala, Zalba Bidegain, Zanni, Zanonato, Zarianopoulos, Ždanoka, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zimmer, Žitňanská, Złotowski, Zoffoli, Zorrinho, Zullo, Zver, Zwiefka

Skużati:

Crowley, Lamberts, Picierno, Theocharous, Vautmans, Verheyen

Avviż legali