Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 7 ta' Lulju 2015 - Strasburgu

PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME
Viċi President

Interventi ta': Syed Kamall u Glenis Willmott fl-okkażjoni tal-10 anniversarju tal-attentati tas-7 ta' Lulju 2005 ta' Londra.

Intervent ta': Marine Le Pen dwar it-tqassim tas-siġġijiet fl-emiċiklu (il-President indikat li l-kwistjoni hija ttrattata fil-Konferenza tal-Presidenti).

Intervent ta': Jonathan Arnott, li pprotesta kontra n-nuqqas ta' applikazzjoni tal-proċedura "karta blu" fl-ambitu tad-dibattitu ta' dalgħodu dwar is-Sħubija Trans-Atlantika (il-President fakkret li l-applikazzjoni ta' tali proċedura mhijiex obbligatorja).

Intervent ta': Fabio Massimo Castaldo, biex jipprotesta kontra l-preżenza ta' ċerti simboli politiċi fil-binjiet tal-Parlament.

Intervent ta': Gerard Batten, li tkellem b'riferiment għall-attentati tas-7 ta' Lulju 2005 ta' Londra u talab li tiġi osservata minuta silenzju.

Intervent ta': Elmar Brok.

5. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.


5.1. Nomina ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri - Bettina Michelle Jakobsen (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar in-nomina ta' Bettina Michelle Jakobsen bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri [08487/2015 - C8-0122/2015 - 2015/0803(NLE)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Igor Šoltes (A8-0198/2015)

(Votazzjoni permezz ta' vot sigriet)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Igor Šoltes (rapporteur) għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu 150(4) tar-Regoli ta' Proċedura.

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P7_TA(2015)0239)

Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti (Anness 1 tal-Minuti ta' 7.7.2015).


5.2. L-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwadwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Unjoni fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skond ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (test kodifikat). [COM(2015)0049 - C8-0041/2015- 2014/0174(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Jiří Maštálka (A8-0203/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P7_TA(2015)0240)


5.3. Protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta' bastimenti ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta’ bastiment (test kodifikat) [COM(2014)0605 - C8-0171/2014- 2014/0280(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Jiří Maštálka (A8-0202/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P7_TA(2015)0241)


5.4. Opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE għal bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Venezwela 'l barra mill-kosta tal-Gujana Franċiża *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tad-dikjarazzjoni dwar l-għoti ta' opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela fiż-żona ekonomika esklussiva 'l barra mill-kosta tal-Gujana Franċiża [05420/2015 - C8-0043/2015 - 2015/0001(NLE)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: João Ferreira (A8-0195/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

João Ferreira (rapporteur) għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu 150(4) tar-Regoli ta' Proċedura.

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-approvazzjoni tad-dikjarazzjoni.

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P7_TA(2015)0242)


5.5. Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2015: is-surplus mill-2014 (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 - li jdaħħal is-surplus tas-sena finanzjarja 2014 [09765/2015 - C8-0161/2015 - 2015/2077(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Eider Gardiazabal Rubial (A8-0219/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P7_TA(2015)0243)


5.6. Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2015: mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għar-Rumanija, il-Bulgarija u l-Italja (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għar-Rumanija, il-Bulgarija u l-Italja [09767/2015 - C8-0162/2015 - 2015/2078(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Eider Gardiazabal Rubial (A8-0220/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P7_TA(2015)0244)


5.7. Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE: għargħar fir-Rumanija, il-Bulgarija u l-Italja (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, b'konformità mal-punt 11 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (għargħar fir-Rumanija, fil-Bulgarija u fl-Italja) [COM(2015)0162 - C8-0094/2015 - 2015/2079(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Siegfried Mureşan (A8-0211/2015)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa: 3/5 tal-voti mitfugħa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P7_TA(2015)0245)


5.8. Il-ħolqien ta' sistema multimodali integrata għall-ħruġ ta' biljetti fl-Ewropa (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-ħolqien ta' sistema multimodali integrata għall-ħruġ ta' biljetti fl-Ewropa [2014/2244(INI)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Dieter-Lebrecht Koch (A8-0183/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P7_TA(2015)0246)


5.9. Proroga tal-mandat tal-Kumitat speċjali dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili (votazzjoni)

Proroga tal-mandat tal-Kumitat speċjali dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili (Artikolu 197 tar-Regoli ta' Proċedura)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

Jitqies adottat mingħajr votazzjoni.


5.10. Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2015: Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS) (votazzjoni)

Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III – Il-Kummissjoni, li jakkumpanja l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 [09876/2015 - C8-0172/2015 - 2015/2011(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Eider Gardiazabal Rubial (A8-0221/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P7_TA(2015)0247)


5.11. Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2015 - reazzjoni għal pressjonijiet migratorji (votazzjoni)

Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, b'reazzjoni għal pressjonijiet migratorji [09768/2015 - C8-0163/2015 - 2015/2121(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Eider Gardiazabal Rubial (A8-0212/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P7_TA(2015)0248)


5.12. Rieżami tal-implimentazzjoni tal-"Pakkett Ħalib" (votazzjoni)

Rapport dwar il-prospettivi għas-settur tal-ħalib tal-UE – rieżami tal-implimentazzjoni tal-Pakkett dwar il-Prodotti magħmula mill-Ħalib [2014/2146(INI)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: James Nicholson (A8-0187/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P7_TA(2015)0249)

Interventi

Lidia Senra Rodríguez, qabel il-votazzjoni.


5.13. L-impatt estern tal-politika kummerċjali u tal-investiment tal-UE fuq l-inizjattivi pubbliċi-privati (votazzjoni)

Rapport dwar l-impatt estern tal-politika kummerċjali u tal-investiment tal-UE fuq l-inizjattivi pubbliċi-privati f'pajjiżi barra l-UE [2014/2233(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Jan Zahradil (A8-0182/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)

Intervent ta': Teresa Jiménez-Becerril Barrio, biex titlob li tiġi osservata minuta silenzju f'ġieħ il-vittmi tat-terroriżmu fl-Ewropa.

Il-Parlament osserva minuta silenzju.

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI ALTERNATTIVA (imressqa mill-Grupp GUE/NGL)

Rifjut

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI (imressqa mill-Kumitat INTA)

Adozzjoni (P7_TA(2015)0250)


5.14. Is-settur tal-frott u l-ħaxix wara r-riforma tal-2007 (votazzjoni)

Rapport dwar is-settur tal-frott u l-ħaxix wara r-riforma tal-2007 [2014/2147(INI)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Nuno Melo (A8-0170/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P7_TA(2015)0251)

Avviż legali - Politika tal-privatezza