Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 8 ta' Lulju 2015 - StrasburguVerżjoni finali

4. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.

°
° ° °

Interventi ta': Ivo Vajgl, dwar l-intervent tal-Forzi Armati Iżraeljani f'Gaża tat-8 ta' Lulju 2014, Ulrike Lunacek, dwar l-aġir u l-affermazzjonijiet - meqjusa minnha inaċċettabbli - ta' Janusz Korwin-Mikke lbieraħ waqt l-ispjegazzjonijiet orali tal-vot (punt 6 tal-Minuti ta' 7.7.2015) (il-President ikkonferma li se jittieħdu provvedimenti xierqa) u Tiziana Beghin, dwar l-emenda 117 tar-Rapport Bernd Lange - A8-0175/2015.


4.1. Negozjati għas-Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment (TTIP) (votazzjoni)

Rapport li jinkludi r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-negozjati għas-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP) [2014/2228(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Bernd Lange (A8-0175/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0252)

Interventi
Yannick Jadot dwar l-emenda 117 u l-ordni tal-votazzjoni tal-emendi. Il-President spjega r-raġunijiet tad-deċiżjoni tiegħu u talab il-kunsens tal-Parlament biex jissottoponi għall-votazzjoni l-emenda 117, skont l-Artikolu 174(4) tar-Regoli ta' Proċedura.

B'VE (448 favur, 247 kontra, 11-il astensjoni) il-Parlament aċċetta li jissottoponi għall-votazzjoni l-emenda 117.

Eleonora Forenza dwar it-tmexxija tal-votazzjonijiet, Reinhard Bütikofer dwar l-ordni tal-votazzjoni tal-emendi (il-President fakkar f'dan ir-rigward id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 22 u 174(3) tar-Regoli ta' Proċedura), u Tiziana Beghin, qabel il-votazzjoni finali, dwar l-emenda 40.

PRESIDENZA: Alexander Graf LAMBSDORFF
Viċi President


4.2. Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (protokoll sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tal-Kroazja) *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea [05548/2014 - C8-0127/2014 - 2013/0386(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Ivo Vajgl (A8-0188/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni (P8_TA(2015)0253)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


4.3. Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mas-Serbja (protokoll sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja) *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea [06682/2014 - C8-0098/2014- 2014/0039(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: David McAllister (A8-0189/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni (P8_TA(2015)0254)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


4.4. Kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika mal-Indja: tiġdid tal-ftehim *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja [05872/2015 - C8-0074/2015 - 2014/0293(NLE)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Jerzy Buzek (A8-0179/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni (P8_TA(2015)0255)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għat-tiġdid tal-ftehim.


4.5. Kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika ma-Gżejjer Faeroe: Orizzont 2020 *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Faeroe li jassoċja lill-Gżejjer Faeroe ma' Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) [05660/2015 - C8-0057/2015- 2014/0228(NLE)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Jerzy Buzek (A8-0180/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni (P8_TA(2015)0256)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


4.6. Involviment fit-tul tal-azzjonisti u d-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta' involviment fit-tul tal-azzjonisti u d-Direttiva 2013/34/UE rigward ċerti elementi tad-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva [COM(2014)0213 - C7-0147/2014 - 2014/0121(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Sergio Gaetano Cofferati (A8-0158/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni b'emendi (P8_TA(2015)0257)

Sergio Gaetano Cofferati (rapporteur) ippropona l-posponiment tal-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva skont l-Artikolu 61(2) tar-Regoli ta' Proċedura.

Il-Parlament approva l-proposta. Il-kwistjoni ġiet għalhekk irriferuta lill-kumitat responsabbli għal rieżami.


4.7. Riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment u t-tħaddim ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE [COM(2014)0020 - C7-0016/2014 - 2014/0011(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Ivo Belet (A8-0029/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni b'emendi (P8_TA(2015)0258)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni (P8_TA(2015)0258)

Interventi

Ivo Belet (rapporteur), qabel il-votazzjoni.


4.8. Baħħara ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-baħħara, li temenda d-Direttivi 2008/94/KE, 2009/38/KE, 2002/14/KE, 98/59/KE u 2001/23/KE [COM(2013)0798 - C7-0409/2013- 2013/0390(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Elisabeth Morin-Chartier (A8-0127/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni b'emendi (P8_TA(2015)0259)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni (P8_TA(2015)0259)


4.9. Kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika mal-Isvizzera: Orizzont 2020 u attivitajiet ITER *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li jassoċja lill-Konfederazzjoni Svizzera mal-Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-attivitajiet tal-ITER imwettqa mill-Fużjoni għall-Enerġija [05662/2015 - C8-0056/2015- 2014/0304(NLE)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Jerzy Buzek (A8-0181/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni (P8_TA(2015)0260)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


4.10. Linji gwida tal-politika tal-Istati Membri għall-impjiegi * (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi [COM(2015)0098 - C8-0075/2015 - 2015/0051(NLE)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Laura Agea (A8-0205/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni b'emendi (P8_TA(2015)0261)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni (P8_TA(2015)0261)


4.11. Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni mill-Finlandja - EGF/2015/001 FI/Broadcom) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni EGF/2015/001 FI/Broadcom, ippreżentata mill-Finlandja) [COM(2015)0232 - C8-0135/2015 - 2015/2125(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0210/2015)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa: 3/5 tal-voti mitfugħa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0262)


4.12. Baġit 2016 - Mandat għat-trilogu (votazzjoni)

Rapport dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-abbozz ta' baġit għall-2016 [2015/2074(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: José Manuel Fernandes (A8-0217/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0263)


4.13. Inzjattiva għal Impjiegi Ekoloġiċi (votazzjoni)

Rapport dwar l-Inizjattiva għal Impjiegi Ekoloġiċi: Jiġi sfruttat il-potenzjal tal-ekonomija ekoloġika għall-ħolqien tal-impjiegi [2014/2238(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Jean Lambert (A8-0204/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0264)


4.14. L-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa bħala sfidi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (votazzjoni)

Rapport dwar l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa bħala sfidi għall-governanza, il-protezzjoni soċjali u l-iżvilupp fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw [2015/2058(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Elly Schlein (A8-0184/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0265)

Avviż legali