Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 7 ta' Settembru 2015 - StrasburguVerżjoni finali

12. Interpretazzjonijiet tar-Regoli ta' Proċedura

Il-President informa lill-Parlament, skont l-Artikolu 226(3) tar-Regoli ta' Proċedura dwar l-interpretazzjoni li ġejja tal-Artikolu 130(3) tar-Regoli ta' Proċedura, mogħtija mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali li ġie kkonsultat dwar l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni:

"L-espressjoni "bħala eċċezzjoni" għandha tiġi interpretata li tfisser li l-mistoqsija addizzjonali tikkonċerna kwistjoni ta' urġenza u li t-tressiq ta' dik il-mistoqsija ma jkunx jista' jistenna sax-xahar ta' wara. Barra minn hekk, in-numru ta' mistoqsijiet imressqa skont it-tieni subparagrafu ta' paragrafu 3 għandu jkun iżgħar min-norma ta' ħames mistoqsijiet fix-xahar."

Jekk ma tkunx ikkontestata minn xi grupp politiku jew minn almenu 40 Membru, b'konformità mal-Artikolu 226(3), tar-Regoli ta' Proċedura, sal-approvazzjoni ta' dawn il-minuti, din l-interpretazzjoni titqies bħala adottata. F'każ kuntrarju, tkun sottoposta għall-votazzjoni tal-Parlament.

Il-President informa lill-Parlament, skont l-Artikolu 226(3) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar l-interpretazzjoni li ġejja tal-Artikolu 191, tar-Regoli ta' Proċedura, mogħtija mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, li ġie kkonsultat dwar l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni:

"Jekk tiġi ppreżentata talba biex seduta tiġi sospiża jew biex tingħalaq, il-proċedura għall-votazzjoni fuq talba bħal din għandha tkun mibdija bla dewmien. Il-mod normali ta' kif jitħabbru l-votazzjonijiet fil-plenarja għandu jintuża u, skont il-prattika attwali, għandu jingħata biżżejjed żmien biex il-Membri jaslu fl-Awla.

B'analoġija mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu152(2), jekk tali talba tiġi miċħuda, talba simili ma tkunx tista' titressaq mill-ġdid matul l-istess jum. Skont l-interpretazzjoni tal-Artikolu22(1), il-President għandu d-dritt li jtemm l-użu eċċessiv ta' talbiet ippreżentati taħt dan l-Artikolu.""

Jekk ma tkunx ikkontestata minn grupp politiku jew minn almenu 40 Membru, b'konformita mal-Artikolu 226(3) tar-Regoli ta' Proċedura, sal-approvazzjoni ta' dawn il-minuti, din l-interpretazzjoni titqies adottata. Fil-każ kuntrarju, tkun sottoposta għall-votazzjoni tal-Parlament.

Avviż legali