Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 7 ta' Settembru 2015 - StrasburguVerżjoni finali

18. Trażmissjoni ta' testi ta' ftehimiet mill-Kunsill

Il-Kunsill għadda kopji ċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:

- Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa u r-Repubblika Libaniża fuq in-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija;

- Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Vanuatu dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir;

- Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Trinidad u Tobago dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir;

- Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat Indipendenti ta' Samoa dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir;

- Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Saint Vincent u l-Grenadini dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir;

- Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija, min-naħa l-oħra, dwar ftehim qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija dwar il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija fil-programmi tal-Unjoni;

- Proċess verbali ta' rettifika għall-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

Avviż legali