Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 7 ta' Ottubru 2015 - StrasburguVerżjoni finali

9. Seduta solenni - Spanja
CRE

Minn 12.00 sa 12.35 saret seduta solenni tal-Parlament fl-okkażjoni taż-żjara tal-Maestà Tiegħu r-Re Felipe VI ta' Spanja.

(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit)

PRESIDENZA: Antonio TAJANI
Viċi President

Interventi ta':

—   István Ujhelyi fl-okkażjoni tal-mewt tal-ex President tal-Ungerija Arpad Göncz, biex itih qima (il-President issieħeb fi kliemu);

—   Gerben-Jan Gerbrandy, li talab il-pubblikazzjoni tal-minuti kollha u d-dokumenti ta' ħidma tal-laqgħa tal-Kumitat tekniku għall-vetturi (CTVM) li saret ilbieraħ fi Brussell;

—   Iratxe García Pérez dwar il-vjolenza kontra n-nisa;

—   Morten Messerschmidt, li talab kjarifiki dwar l-inammissibbiltà tal-emenda mressqa mill-Grupp ECR dwar l-abbozz ta' kalendarju tal-perjodi ta' sessjoni tal-Parlament – 2017 (punt 9 tal-Minuti ta' 5.10.2015) (il-President iċċara li s-servizz legali tal-Parlament ikkonferma din l-inammissibbiltà, li l-motivazzjoni tagħha se tiġi kkomunikata bil-miktub lill-Grupp ECR).

Avviż legali