Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 14 ta' Ottubru 2015 - Brussell

10. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati li ġejjin intbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/35 dwar il-kalkolu ta’ rekwiżiti kapitali regolatorji għal diversi kategoriji ta’ assi miżmuma mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (C(2015)06588 - 2015/2899(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-6 ta' Ottubru 2015

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (C(2015)06823 - 2015/2911(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-13 ta' Ottubru 2015

Irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA

- Regolament Delegat tal-KummissjonI li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Majjistral (C(2015)06833 - 2015/2908(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-12 ta' Ottubru 2015

Irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd bit-tkarkir tal-qiegħ fl-ilmijiet tal-Lbiċ (C(2015)06835 - 2015/2909(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-12 ta' Ottubru 2015

Irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jirrevedi l-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku u s-sħana bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2012/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/877/UE (C(2015)06863 - 2015/2910(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-12 ta' Ottubru 2015

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ITRE

Avviż legali - Politika tal-privatezza