Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 28 ta' Ottubru 2015 - StrasburguVerżjoni finali

PRESIDENZA: David-Maria SASSOLI
Viċi President

7. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.

°
° ° °

Interventi ta':

—   Jens Geier, fuq il-lista ta' votazzjoni tal-grupp tiegħu,

—   Danuta Maria Hübner (rapporteur) f'isem il-Grupp PPE, li titlob il-posponiment tal-votazzjoni tar-rapport A8-0286/2015 tagħha fuq ir-riforma tal-liġi elettorali tal-Unjoni Ewropea għas-sessjoni parzjali li jmiss, b'mod konformi mal-Artikolu 190(4) tar-Regoli tal-Proċedura, Jo Leinen, ko-rapporteur, biex isostni t-talba, u Gerolf Annemans, kontra.
Il-Parlament japprova t-talba.


7.1. Abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2016 – it-Taqsimiet kollha (votazzjoni)

—   Abbozzi ta' emendi għall-approprjazzjonijiet tat-Taqsima III tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena Finanzjarja 2016 għal dak li jirrigwarda l-Kummissjoni;

—   Abbozzi ta' emendi għall-approprjazzjonijiet tat-Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII, IX u X tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena Finanzjarja 2016 għal dak li jirrigwarda l-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman Ewropew, il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-data u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

Skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, biex ikunu adottati, l-abbozzi ta' emendi għandhom jiksbu l-voti tal-maġġoranza tal-Membri li jikkomponu l-Parlament Ewropew.

(L-abbozzi tal-emendi adottati jidhru fl-anness f'"Testi adottati".)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

Qabel il-votazzjoni, José Manuel Fernandes (rapporteur) ippropona l-modifiki tekniċi segwenti:

Kummenti:

—   Linja 04 02 64 "Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ": l-AM 1435 fiha kummenti addizzjonali adottati fil-kumitat BUDG dwar is-sessi, l-edukazzjoni u t-taħriġ.

Ammonti:

—   Linja 11 06 62 01 "Konsulenza u għarfien xjentifiku" (AM 478): il-pagamenti se jiġu aġġustati għal EUR 14 064 771;

—   Linji ġodda 18 04 01 01 "Ewropa għaċ-Ċittadini - Tisħiħ tal-kommemorazzjoni u t-titjib tal-kapaċità għall-parteċipazzjoni ċivika fil-livell tal-Unjoni" u 18 04 01 02 "Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej" (AM 1366): il-pagamenti se jiġu aġġustati għal EUR 18 650 000 (lura għall-ammont stabbilit fl-Abbozz ta' Baġit) fl-ewwel Linja, u għal EUR 500 000 fit-tieni Linja;

—   Linja 19 02 01"Rispons għal kriżi u kriżijiet emerġenti" (AM 995): il-pagamenti se jiġu aġġustati għal EUR 156 914 703;

—   Linja 21 02 07 04 "L-ikel u s-sigurtà tan-nutrizzjoni u l-agrikoltura sostenibbli" (AM 1373): il-pagamenti se jiġu aġġustati għal EUR 89 783 000;

—   Linja 21 02 07 05 "Il-migrazzjoni u l-ażil" (AM 1374): il-pagamenti se jiġu aġġustati għal EUR 28 114 291;

—   Linja 24 01 07 "Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)" (AM 1389) treġġgħet lura għall-ammont stabbilit fl-Abbozz ta' Baġit u se tiġi aġġustata għal EUR 53 149 500 biex jiġi inkluż l-ammont imqiegħed f'riżerva.

Il-Parlament appova l-aġġustamenti proposti.

Interventi

James Carver.

Wara l-votazzjoni, Pierre Gramegna (President fil-kariga tal-Kunsill) ħa nota tad-differenzi bejn il-pożizzjoni tal-Parlament u dik tal-Kunsill u stqarr li huwa favorevoli li jitlaqqa' l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni b'mod konformi mal-Artikolu 314(4)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


7.2. Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 - it-taqsimiet kollha (votazzjoni)

Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 [11706/2015 - C8-0274/2015- 2015/2132(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: José Manuel Fernandes u Gérard Deprez (A8-0298/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0376)

Interventi

Ashley Fox ressaq emenda orali għall-paragrafu 77, li ma ġietx aċċettata billi aktar minn 40 Membru opponewha.

Gérard Deprez (rapporteur) ressaq emenda orali għall-paragrafu 90. L-emenda orali ġiet aċċettata.


7.3. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea: in-numru ta' mħallfin fil-Qorti Ġenerali ***II (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea [09375/1/2015 - C8-0166/2015- 2011/0901B(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: António Marinho e Pinto (A8-0296/2015)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

Dikjarat approvat kif emendat (P8_TA(2015)0377)

Interventi

António Marinho e Pinto (rapporteur) u Félix Braz (President fil-kariga tal-Kunsill), qabel il-votazzjoni.

António Marinho e Pinto, wara l-votazzjoni u fid-dawl tar-riżultati ta' din, biex titlob li isimha jitneħħa mir-rapport.


7.4. Dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) ***II (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) [08806/1/2015 - C8-0260/2015- 2014/0213(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Gabriel Mato (A8-0295/2015)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

Dikjarat approvat (P8_TA(2015)0378)


7.5. L-użu ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikat ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat fit-territorju tagħhom [COM(2015)0177 - C8-0107/2015- 2015/0093(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Giovanni La Via (A8-0305/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

Interventi ta': Giovanni La Via (rapporteur) biex jitlob jekk il-Kummissjoni żżommx il-proposta tagħha, Karmenu Vella (Membru tal-Kummissjoni), biex jikkonferma iż-żamma, u Giovanni La Via biex jitlob il-votazzjoni fuq l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva.

B'VE (619 favur, 58 kontra, 13 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni (P8_TA(2015)0379)


7.6. Ikel ġdid ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid [COM(2013)0894 - C7-0487/2013- 2013/0435(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: James Nicholson (A8-0046/2014)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2015)0380)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Approvazzjoni b'emendi (P8_TA(2015)0380)


7.7. It-tnaqqis ta’ emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja u l-emendar tad-Direttiva 2003/35/KE ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis ta' emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja u li temenda d-Direttiva 2003/35/KE [COM(2013)0920 - C7-0004/2014- 2013/0443(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Julie Girling (A8-0249/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2015)0381)

Julie Girling (rapporteur) ipproponiet il-posponiment tal-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva skont l-Artikolu 61(2) tar-Regoli ta' Proċedura.

Il-Parlament approva l-proposta. Il-kwistjoni ġiet għalhekk irriferuta lill-kumitat responsabbli għal rieżami.

Interventi

Eric Andrieu ppreżenta emenda orali għall-emenda 33, li ġiet aċċettata.

Stefan Eck, wara l-adozzjoni tal-emenda 33.


7.8. Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (votazzjoni)

Rapport dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej [2014/2257(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: György Schöpflin (A8-0284/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0382)


7.9. Strateġija tal-UE għar-reġjun Adrijatiku u Joniku (votazzjoni)

Rapport dwar strateġija tal-UE għar-reġjun Adrijatiku u Joniku [2014/2214(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Ivan Jakovčić (A8-0279/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0383)

Interventi

Anna Maria Corazza Bildt fuq il-parteċipazzjoni ta' Marine Le Pen għall-votazzjoni ta' dan il-jum.

Ivan Jakovčić (rapporteur) ressaq emenda orali għall-emenda 2, li ma ġietx aċċettata billi aktar minn 40 Membru opponewha.


7.10. Il-politika ta' koeżjoni u r-rieżami tal-istrateġija Ewropa 2020 (votazzjoni)

Rapport dwar il-politika ta' koeżjoni u r-rieżami tal-istrateġija Ewropa 2020 [2014/2246(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Fernando Ruas (A8-0277/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0384)


7.11. Il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u governanza ekonomika soda (votazzjoni)

Rapport dwar il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u governanza ekonomika soda: linji gwida għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni [2015/2052(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: José Blanco López (A8-0268/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0385).

Avviż legali