Indiċi 
Minuti
PDF 261kWORD 211k
L-Erbgħa, 25 ta' Novembru 2015 - Strasburgu
1.Ftuħ tas-seduta
 2.Dikjarazzjoni tal-Presidenza
 3.Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
 4.Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)
 5.Trasferiment ta' approprjazzjonijiet
 6.Dokumenti mressqa
 7.L-attakki terroristiċi reċenti f'Pariġi (dibattitu)
 8.Seduta solenni - Italja
 9.Ħin tal-votazzjonijiet
  
9.1.Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2015: Riżorsi proprji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
9.2.Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indrizzata l-kriżi tar-refuġjati (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
9.3.Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE: pagament tal-avvanzi fil-baġit tal-2016 (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
9.4.Proċedura baġitarja 2016: test konġunt (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
9.5.Deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili (votazzjoni)
  
9.6.Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106: l-għoti ta' awtorizzazzjoni għall-użi tal-bis(2-etileżil)ftalat (DEHP) (votazzjoni)
  
9.7.Il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u tar-reklutaġġ ta' ċittadini Ewropej minn organizzazzjonijiet terroristiċi (votazzjoni)
  
9.8.Qafas strateġiku tal-UE dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol 2014-2020 (votazzjoni)
 10.Spjegazzjonijiet tal-vot
 11.Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
 12.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 13.L-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa fl-UE (dibattitu)
 14.Eżitu tas-Summit tal-Belt Valletta tal-11 u t-12 ta' Novembru 2015 u tas-Summit tal-G20 tal-15 u s-16 ta' Novembru 2015 (dibattitu)
 15.Sitwazzjoni fil-Burundi (dibattitu)
 16.Elezzjonijiet fil-Myanmar (dibattitu)
 17.Kompożizzjoni tal-Parlament
 18.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 19.Sitwazzjoni fil-Georgia (dibattitu)
 20.Sitwazzjoni fil-Moldova (dibattitu)
 21.Edukazzjoni għal tfal f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u kriżijiet imtawla (dibattitu)
 22.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 23.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Martin SCHULZ
President

1. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 08.35.


2. Dikjarazzjoni tal-Presidenza

Il-President għamel dikjarazzjoni biex jikkundanna l-attentat terroristiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija f'Tuneż u li ħalla 14-il vittma minn fost il-gwardji presidenzjali. Huwa esprima l-kondoljanzi tal-istituzzjoni lill-familji tal-vittmi u rrefera wkoll għall-attentati reċenti ta' Bejrut, Pariġi u Bamako.


3. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati li ġejjin intbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 2015/98 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, skont il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku u tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fil-Majjistral tal-Atlantiku (C(2015)08047 - 2015/2984(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 20 ta' Novembru 2015
Irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta' proġetti ta' interess komuni (C(2015)08052 - 2015/2983(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 18 ta' Novembru 2015
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ITRE

Abbozzi ta' atti delegati li għalihom it-terminu għall-oġġezzjonijiet ġie prorogat:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1233/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta' esportazzjoni uffiċjalment appoġġati C(2015)06568 - 2015/2866(DEA)
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 29 ta' Settembru 2015

Proroga tat-terminu għal oġġezzjoni: xahrejn fuq talba tal-Parlament Ewropew.
Irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta lid-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-karatteristiki tas-sigurtà li jkunu jidhru fuq il-pakketti tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem C(2015)06601 - 2015/2890(DEA)
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 2 ta' Ottubru 2015
Proroga tat-terminu għal oġġezzjoni: xahrejn fuq talba tal-Kunsill.
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI


4. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi għall-ġelatina, għall-kollaġen u għall-prodotti raffinati ħafna li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem (D039258/04 - 2015/2959(RPS) - skadenza: 12 ta' Frar 2016)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (D039969/03 - 2015/2954(RPS) - skadenza: 10 ta' Frar 2016)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (D039970/04 - 2015/2987(RPS) - skadenza: 21 ta' Frar 2016)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwu għal 1-metilċiklopropen, flonikamid, flutrijafol, aċidu indolilaċetiku, aċidu indolilbutiriku, petoksamid, pirimikarb, protijokonażol u teflubenżuron f'ċerti prodotti jew fuqhom (D041470/02 - 2015/2958(RPS) - skadenza: 12 ta' Jannar 2016)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (D041567/01 - 2015/2952(RPS) - skadenza: 10 ta' Frar 2016)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (D041688/01 - 2015/2953(RPS) - skadenza: 10 ta' Frar 2016)
irriferut responsabbli: ENVI

- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pollutanti organiċi persistenti (D041696/01 - 2015/2982(RPS) - skadenza: 19 ta' Frar 2016)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (D041827/02 - 2015/2985(RPS) - skadenza: 21 ta' Frar 2016)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (D042120/03 - 2015/2988(RPS) - skadenza: 24 ta' Frar 2016)
irriferut responsabbli: ENVI
opinjoni: IMCO

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwi għall-fosetil f'ċerti prodotti jew fuqhom (D042179/01 - 2015/2956(RPS) - skadenza: 11 ta' Jannar 2016)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (D042197/01 - 2015/2965(RPS) - skadenza: 17 ta' Frar 2016)
irriferut responsabbli: TRAN

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni 2014/312/UE li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa (D042300/03 - 2015/2986(RPS) - skadenza: 21 ta' Frar 2016)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk dwar rekwiżiti għall-konnessjoni tal-ġeneraturi mal-grilja (D042395/02 - 2015/2966(RPS) - skadenza: 18 ta' Frar 2016)
irriferut responsabbli: ITRE


5. Trasferiment ta' approprjazzjonijiet

Bi qbil mal-Artikolu 25 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jippreżentax oġġezzjonijiet għat-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni INF 9, 10, 11, 12, 13 u 14/2015.

Bi qbil mal-Artikolu 25 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferiment ta' approprjazzjoni 4/2015 tal-Ombudsman Ewropew.

Bi qbil mal-Artikolu 27 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferiment ta' approprjazzjoni DEC 1/2015 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Bi qbil mal-Artikolu 27(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat tal-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferimenti ta' approprjazzjoni DEC 31/2015, 33/2015, 34/2015, 37/2015 u 38/2015 - Taqsima III – Il-Kummissjoni.

Bi qbil mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea informa lill-Awtorità baġitarja bl-approvazzjoni tat-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet DEC 30/2015, 31/2015, 33/2015, 34/2015 u 38/2015 - Taqsima III – Il-Kummissjoni.

Bi qbil mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea informa lill-Awtorità baġitarja bl-approvazzjoni tat-trasferiment tal-approprjazzjonijiet KESE DEC 1/2015 - Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Bi qbil mal-Artikolu 203(8) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea informa lill-Awtorità baġitarja bl-approvazzjoni tax-xiri tal-binja tad-Delegazzjoni tal-UE f'Tokyo.


6. Dokumenti mressqa

Id-dokumenti segwenti tressqu mill-Kunsill u mill-Kummissjoni:

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 35/2015 - Taqsima III - Il-Kummissjoni (N8-0097/2015 - C8-0335/2015 - 2015/2301(GBD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 1/2015 - Il-Kumitat tar-Reġjuni (N8-0098/2015 - C8-0336/2015 - 2015/2302(GBD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 37/2015 - Taqsima III - Il-Kummissjoni (N8-0099/2015 - C8-0337/2015 - 2015/2303(GBD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet INF 13/2015 - Il-Kumitat tar-Reġjuni (N8-0100/2015 - C8-0339/2015 - 2015/2304(GBD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet INF 14/2015 - Il-Kumitat tar-Reġjuni (N8-0101/2015 - C8-0340/2015 - 2015/2305(GBD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet 6/2015 - Il-Qorti tal-Ġustizzja (N8-0102/2015 - C8-0342/2015 - 2015/2306(GBD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 40/2015 - Taqsima III - Il-Kummissjoni (N8-0103/2015 - C8-0344/2015 - 2015/2307(GBD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Renting of office premises for the Delegation of the European Union to China - EEAS (N8-0104/2015 - C8-0345/2015 – 2015/2308(GBD))
Dan it-titolu mhuwiex disponibbli bil-lingwi kollha bħalissa.

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet 2/2015 - SEAE (N8-0105/2015 - C8-0346/2015 - 2015/2309(GBD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet 2/2015 - CEPD (N8-0106/2015 - C8-0347/2015 - 2015/2310(GBD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet 7/2015 - Il-Qorti tal-Ġustizzja (N8-0107/2015 - C8-0348/2015 - 2015/2311(GBD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet 8/2015 - Il-Qorti tal-Ġustizzja (N8-0108/2015 - C8-0349/2015 - 2015/2312(GBD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet, baġit 2015 - L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (ESA) (N8-0109/2015 - C8-0350/2015 - 2015/2314(GBD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 41/2015 – Taqsima III – Il-Kummissjoni (N8-0111/2015 - C8-0366/2015 - 2015/2331(GBD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet V/AB-10/T/15 - Il-Qorti tal-Awdituri (N8-0112/2015 - C8-0368/2015 - 2015/2332(GBD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet, baġit 2015 - L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (ESA) (N8-0113/2015 - C8-0369/2015 - 2015/2333(GBD))

irriferut

responsabbli:

BUDG


7. L-attakki terroristiċi reċenti f'Pariġi (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: L-attakki terroristiċi reċenti f'Pariġi (2015/2972(RSP))

Nicolas Schmit (President fil-kariga tal-Kunsill) u Jean-Claude Juncker (President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Pervenche Berès, Gianni Pittella f'isem il-Grupp S&D, Syed Kamall f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Patrick O'Flynn, Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bill Etheridge, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Marek Jurek, Paul Nuttall f'isem il-Grupp EFDD, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Anna Elżbieta Fotyga, Marine Le Pen f'isem il-Grupp ENF, u Bruno Gollnisch Membru mhux affiljat.

PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS
Viċi President

Interventi ta': Alain Lamassoure, Pervenche Berès, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Antonio Tajani, Anna Elżbieta Fotyga, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Liisa Jaakonsaari, Marielle de Sarnez, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' David Coburn, Patrick Le Hyaric, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Doru-Claudian Frunzulică, Michèle Rivasi, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Gilles Lebreton, Joëlle Bergeron, Marcel de Graaff, Diane Dodds, Marie-Christine Vergiat, li kkummentat l-affermazzjonijiet ta' Diane Dodds u talbet li l-Bureau jkun mgħarraf bil-każ (il-President ħa nota ta' dan), Esteban González Pons, Enrique Guerrero Salom, Mark Demesmaeker, Sophia in 't Veld, Jean-Luc Mélenchon, Jan Philipp Albrecht u Laura Ferrara.

PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU
Viċi President

Interventi ta': Harald Vilimsky, Konstantinos Papadakis, Arnaud Danjean, Knut Fleckenstein, Angel Dzhambazki, Cecilia Wikström, Rolandas Paksas, Zoltán Balczó, Monika Hohlmeier, Birgit Sippel, Bernd Lucke, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Victor Boştinaru, James Nicholson, Roberta Metsola, Josef Weidenholzer, Ruža Tomašić, Michèle Alliot-Marie, Richard Howitt, Geoffrey Van Orden, Herbert Reul, Péter Niedermüller, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Patrizia Toia, Elisabetta Gardini, Gilles Pargneaux, Nuno Melo, Tanja Fajon, Cristian Dan Preda, Pier Antonio Panzeri, Kinga Gál, Afzal Khan, Elmar Brok, Elena Valenciano, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Angelika Niebler, Brice Hortefeux, Jeroen Lenaers, Anna Maria Corazza Bildt, Michał Boni, Mariya Gabriel, Andrej Plenković, Heinz K. Becker, Philippe Juvin u Frank Engel.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Seán Kelly, Juan Fernando López Aguilar, Vicky Ford, Hilde Vautmans, Neoklis Sylikiotis, Ulrike Lunacek, Franz Obermayr u Georgios Epitideios.

Interventi ta': Dimitris Avramopoulos (Membru tal-Kummissjoni) u Nicolas Schmit.

Id-dibattitu ngħalaq.

(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit)


PRESIDENZA: Martin SCHULZ
President

8. Seduta solenni - Italja

Minn 12.00 san-12.30 saret seduta solenni tal-Parlament fl-okkażjoni taż-żjara ta' Sergio Mattarella, President tar-Repubblika Taljana.


9. Ħin tal-votazzjonijiet

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.

°
° ° °

Intervent ta': Notis Marias dwar l-iżvolġiment tal-aħħar żewġ dibattiti tat-Tlieta filgħaxija (il-President ħa nota ta' dan).


9.1. Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2015: Riżorsi proprji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Riżorsi proprji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data [13439/2015 - C8-0341/2015 - 2015/2269(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Eider Gardiazabal Rubial (A8-0337/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2015)0404)


9.2. Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indrizzata l-kriżi tar-refuġjati (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi tar-refuġjati, f'konformità mal-punt 12 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba [COM(2015)0514 - C8-0308/2015 - 2015/2264(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: José Manuel Fernandes (A8-0336/2015)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa: 3/5 tal-voti mitfugħa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2015)0405)


9.3. Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE: pagament tal-avvanzi fil-baġit tal-2016 (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, b'konformità mal-punt 11 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, għall-finijiet ta' pagament tal-avvanzi fil-qafas tal-baġit 2016 [COM(2015)0281 - C8-0133/2015 - 2015/2123(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Lefteris Christoforou (A8-0335/2015)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa: 3/5 tal-voti mitfugħa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2015)0406)


9.4. Proċedura baġitarja 2016: test konġunt (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar it-test konġunt dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 approvat mil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fl-ambitu tal-proċedura baġitarja [14195/2015 - C8-0353/2015 - 2015/2132(BUD)] - Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni Baġitarja. Rapporteurs: José Manuel Fernandes u Gérard Deprez (A8-0333/2015)

(Maġġoranza kwalifikata għar-rifjut tat-test konġunt)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2015)0407)

Interventi

Wara l-votazzjoni, Pierre Gramegna (President tal-Kunsill) biex jissottolinja l-kooperazzjoni tajba bejn l-istituzzjonijiet fil-proċedura baġitarja għall-2016.

Qabel ma ffirma l-baġit għas-sena finanzjarja 2016, il-President għamel din id-dikjarazzjoni:

"It-test konġunt li rriżulta mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni nhar l-14 ta' Novembru 2015 ġie approvat kemm mill-Parlament u kemm mill-Kunsill. Il-proċedura baġitarja ġiet implimentata bi qbil mal-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant il-proċedura baġitarja għas-sena finanzjarja 2016 tista' titqies bħala konkluża. Jiena nħabbar li l-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016 ġie adottat definittivament."


9.5. Deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili (votazzjoni)

Rapport dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili [2015/2066(INI)] - . Rapporteurs: Elisa Ferreira u Michael Theurer (A8-0317/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0408)

Interventi

Qabel il-votazzjoni, Fabio De Masi u Philippe Lamberts dwar il-mandat tal-Kumitat speċjali dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili. Il-President ta xi spjegazzjonijiet.

PRESIDENZA: Rainer WIELAND
Viċi President


9.6. Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106: l-għoti ta' awtorizzazzjoni għall-użi tal-bis(2-etileżil)ftalat (DEHP) (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni ta' XXX tal-Kummissjoni li tagħti awtorizzazzjoni għall-użi tal-bis(2-etileżil)ftalat (DEHP) skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D041427 – 2015/2962(RSP)) – Kumitat ENVI - Rapporteurs: Pavel Poc, Kateřina Konečná, Bas Eickhout (B8-1228/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0409)


9.7. Il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u tar-reklutaġġ ta' ċittadini Ewropej minn organizzazzjonijiet terroristiċi (votazzjoni)

Rapport dwar il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u tar-reklutaġġ ta' ċittadini Ewropej minn organizzazzjonijiet terroristiċi [2015/2063(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Rachida Dati (A8-0316/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0410)

Interventi

Gerard Batten u Julia Reid dwar l-iżvolġiment tal-votazzjonijiet.


9.8. Qafas strateġiku tal-UE dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol 2014-2020 (votazzjoni)

Rapport dwar il-Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol 2014-2020 [2015/2107(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Ole Christensen (A8-0312/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0411)

Interventi

Wara l-votazzjoni, David Coburn, Richard Corbett, Jonathan Arnott, Peter van Dalen, Richard Sulík, Jonathan Arnott, Peter Lundgren u Bruno Gollnisch, dwar l-iżvolġiment tal-votazzjonijiet.


10. Spjegazzjonijiet tal-vot

Spjegazzjonijiet bil-miktub tal-vot:

L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 183 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fir-rapport verbatim ta' din is-seduta.

Spjegazzjonijiet orali tal-vot:

Rapport José Manuel Fernandes u Gérard Deprez - A8-0333/2015
Jiří Pospíšil, Peter Jahr u Andrejs Mamikins

Rapport Elisa Ferreira u Michael Theurer - A8-0317/2015
Peter Jahr, Seán Kelly, Andrejs Mamikins, Jiří Pospíšil, Daniel Hannan u Jonathan Arnott

Rapport Rachida Dati - A8-0316/2015
Tania González Peñas, Neena Gill, Franz Obermayr, Jiří Pospíšil, Csaba Sógor, Peter Jahr, Seán Kelly, Momchil Nekov, Andrejs Mamikins, Daniel Hannan, David Coburn, Jonathan Arnott u Bill Etheridge

Rapport Ole Christensen - A8-0312/2015
Tania González Peñas, Sven Schulze, Paloma López Bermejo, Csaba Sógor, Peter Jahr, Peter Lundgren u Andrejs Mamikins.


11. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot

Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fuq il-Europarl, "Plenarja", "Votazzjonijiet", "Riżultati tal-Votazzjonijiet" (Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet) u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet".

Il-verżjoni elettronika fuq is-sit Europarl tiġi aġġornata regolarment tul perjodu ta' mhux aktar minn ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.

Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali.


(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 14.25. Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.00)

PRESIDENZA: Alexander Graf LAMBSDORFF
Viċi President

12. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Patricija Šulin informat li l-apparat tal-votazzjoni tagħha ma kienx ħadem waqt l-ewwel seba' votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet tal-ġurnata preċedenti (rapporti Claude Moraes (A8-0250/2015, A8-0251/2015 u A8-0252/2015), rapport Carlos Iturgaiz (A8-0318/2015), rapport Werner Langen (A8-0315/2015) u l-ewwel żewġ votazzjonijiet għar-rapport Inês Cristina Zuber (A8-0310/2015)).

István Ujhelyi kien preżenti iżda ismu ma deherx fir-reġistru.

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.


13. L-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa fl-UE (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000126/2015) imressqa minn Iratxe García Pérez, f'isem il-Kumitat FEMM, lill-Kummissjoni: L-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa fl-UE (2015/2855(RSP)) (B8-1105/2015)

Iratxe García Pérez daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet il-mistoqsija.

Interventi ta': Teresa Jiménez-Becerril Barrio f'isem il-Grupp PPE, Maria Arena f'isem il-Grupp S&D, Beatrix von Storch f'isem il-Grupp ECR, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Malin Björk f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jordi Sebastià f'isem il-Grupp Verts/ALE, Daniela Aiuto f'isem il-Grupp EFDD, Janice Atkinson f'isem il-Grupp ENF, u Diane Dodds Membru mhux affiljata.

Intervent ta': Věra Jourová.

Id-dibattitu ngħalaq.


14. Eżitu tas-Summit tal-Belt Valletta tal-11 u t-12 ta' Novembru 2015 u tas-Summit tal-G20 tal-15 u s-16 ta' Novembru 2015 (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Eżitu tas-Summit tal-Belt Valletta tal-11 u t-12 ta' Novembru 2015 u tas-Summit tal-G20 tal-15 u s-16 ta' Novembru 2015 (2015/2902(RSP))

Nicolas Schmit (President fil-kariga tal-Kunsill) u Federica Mogherini (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Interventi ta': Esteban González Pons f'isem il-Grupp PPE, Gianni Pittella f'isem il-Grupp S&D, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Patrick O'Flynn, Timothy Kirkhope f'isem il-Grupp ECR, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Kostas Chrysogonos f'isem il-Grupp GUE/NGL, Judith Sargentini f'isem il-Grupp Verts/ALE, Fabio Massimo Castaldo f'isem il-Grupp EFDD, Gerolf Annemans f'isem il-Grupp ENF, Eleftherios Synadinos Membru mhux affiljat, David McAllister, Knut Fleckenstein, Helga Stevens, Charles Goerens, Marie-Christine Vergiat, Ska Keller, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Marek Jurek, Petr Mach, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Liisa Jaakonsaari, Gilles Lebreton, Udo Voigt, Andrzej Grzyb, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, u Enrique Guerrero Salom.

PRESIDENZA: Ryszard CZARNECKI
Viċi President

Interventi ta': Branislav Škripek, Cecilia Wikström, Eleonora Forenza, Bodil Valero, Diane James, Mara Bizzotto, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Hilde Vautmans, Janusz Korwin-Mikke, Françoise Grossetête, Pervenche Berès, Ulrike Trebesius, Nathalie Griesbeck, Martina Anderson, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Olaf Stuger, Ulrike Lunacek, Ignazio Corrao, Mario Borghezio, Elisabetta Gardini, Tanja Fajon, Roberts Zīle, Gérard Deprez, Malin Björk, Rolandas Paksas, Vicky Maeijer, Ildikó Gáll-Pelcz, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Charles Tannock, Richard Howitt, Nikolay Barekov, Angelika Mlinar, Nikolaos Chountis, Gerard Batten, Gianluca Buonanno, Mariya Gabriel, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tim Aker, Gilles Pargneaux, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Jadwiga Wiśniewska, Mirosław Piotrowski, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Sofia Sakorafa, Laura Ferrara, Jiří Pospíšil, Alfred Sant, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Steven Woolfe, Arne Gericke, Mike Hookem, Paulo Rangel, Kati Piri, Richard Sulík, Othmar Karas, Juan Fernando López Aguilar, Richard Ashworth, Dubravka Šuica, Tonino Picula, Jan Zahradil, Jan Olbrycht, Elly Schlein, Davor Ivo Stier, Miriam Dalli, Cristian Dan Preda, Iliana Iotova, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Ismail Ertug, Ana Gomes, László Tőkés, Andrey Kovatchev u Eduard Kukan.

PRESIDENZA: Antonio TAJANI
Viċi President

Interventi ta': Alojz Peterle, Jaromír Štětina, Tunne Kelam, Stanislav Polčák u Therese Comodini Cachia.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo, Ruža Tomašić, Ivan Jakovčić, Neoklis Sylikiotis, Igor Šoltes, Tim Aker u Michaela Šojdrová.

Interventi ta': Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni) f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u Nicolas Schmit.

Id-dibattitu ngħalaq.


15. Sitwazzjoni fil-Burundi (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Sitwazzjoni fil-Burundi (2015/2973(RSP))

Nicolas Schmit (President fil-kariga tal-Kunsill) għamel id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Interventi ta': Joachim Zeller f'isem il-Grupp PPE, Kati Piri f'isem il-Grupp S&D, Mark Demesmaeker f'isem il-Grupp ECR, Hilde Vautmans f'isem il-Grupp ALDE, Marie-Christine Vergiat f'isem il-Grupp GUE/NGL, Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE, Pier Antonio Panzeri, Notis Marias, Maria Arena, Elena Valenciano u Fabio Massimo Castaldo.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Bogdan Brunon Wenta, Ivan Jakovčić, Igor Šoltes, Krzysztof Hetman u Stanislav Polčák.

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: sessjoni parzjali ta' Diċembru II.


16. Elezzjonijiet fil-Myanmar (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Elezzjonijiet fil-Myanmar (2015/2974(RSP))

Nicolas Schmit (President fil-kariga tal-Kunsill) għamel id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Interventi ta': Lars Adaktusson f'isem il-Grupp PPE, Ana Gomes f'isem il-Grupp S&D, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Alexander Graf Lambsdorff f'isem il-Grupp ALDE, Judith Sargentini f'isem il-Grupp Verts/ALE, Goffredo Maria Bettini, Julie Girling, Victor Boştinaru u Neena Gill.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Eduard Kukan.

PRESIDENZA: Ryszard CZARNECKI
Viċi President

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias, Fabio Massimo Castaldo u Stanislav Polčák.

Id-dibattitu ngħalaq.


17. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Spanjoli kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Xabier Benito Ziluaga minflok Pablo Iglesias bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 25 ta' Novembru 2015.

L-awtoritajiet kompetenti Spanjoli kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' María Teresa Giménez Barbat minflok Fernando Maura Barandiarán bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 25 ta' Novembru 2015.

Bi qbil mal-Artikolu 13 tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett, u mal-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni ta' Xabier Benito Ziluaga u María Teresa Giménez Barbat li tiddekorri mill-25 ta' Novembru 2015.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom ikunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe tilwima, Xabier Benito Ziluaga u María Teresa Giménez Barbat għandhom jidħlu fil-kariga tagħhom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u għandhom igawdu mid-drittijiet marbuta ma' din il-kariga, kemm-il darba jkunu ffirmaw minn qabel id-dikjarazzjoni bil-miktub li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.


18. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva t-talbiet ta' ħatra li ġejjin mill-grupp GUE/NGL:

Kumitat ITRE: Xabier Benito Ziluaga minflok Miguel Urbán Crespo

Kumitat AFET: Miguel Urbán Crespo

Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem: Miguel Urbán Crespo

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Mercosur: Xabier Benito Ziluaga

Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.


19. Sitwazzjoni fil-Georgia (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Sitwazzjoni fil-Georgia (2015/2975(RSP))

Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Interventi ta': Jaromír Štětina f'isem il-Grupp PPE, Victor Boştinaru f'isem il-Grupp S&D, Anna Elżbieta Fotyga f'isem il-Grupp ECR, Javier Nart f'isem il-Grupp ALDE, Miloslav Ransdorf f'isem il-Grupp GUE/NGL, li wieġeb ukoll żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Petras Auštrevičius u Stanislav Polčák, Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jean-Luc Schaffhauser f'isem il-Grupp ENF, Georgios Epitideios Membru mhux affiljat, Michael Gahler, Andrejs Mamikins, Sajjad Karim, Tamás Meszerics, Andrej Plenković, Kati Piri u Agnieszka Kozłowska-Rajewicz.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Eduard Kukan, Notis Marias, Ilhan Kyuchyuk, Igor Šoltes u Stanislav Polčák.

Intervent ta': Christos Stylianides.

Id-dibattitu ngħalaq.


20. Sitwazzjoni fil-Moldova (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Sitwazzjoni fil-Moldova (2015/2976(RSP))

Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Interventi ta': Elmar Brok f'isem il-Grupp PPE, Andi Cristea f'isem il-Grupp S&D, Bas Belder f'isem il-Grupp ECR, Petras Auštrevičius f'isem il-Grupp ALDE, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE, Janusz Korwin-Mikke Membru mhux affiljat, Cristian Dan Preda, Neena Gill, Karol Karski, Jiří Maštálka, Igor Šoltes, Michael Gahler, Doru-Claudian Frunzulică, Peter Eriksson, Andrej Plenković, Siegfried Mureşan, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz u Michał Boni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák u Notis Marias.

Intervent ta': Christos Stylianides.

Id-dibattitu ngħalaq.


21. Edukazzjoni għal tfal f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u kriżijiet imtawla (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000147/2015) imressqa minn Linda McAvan, f'isem il-Kumitat DEVE, lill-Kummissjoni: Edukazzjoni għal tfal f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u kriżijiet imtawla (2015/2977(RSP)) (B8-1108/2015)

Linda McAvan daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija.

Interventi ta': Davor Ivo Stier f'isem il-Grupp PPE, Enrique Guerrero Salom f'isem il-Grupp S&D, Jana Žitňanská f'isem il-Grupp ECR, Beatriz Becerra Basterrechea f'isem il-Grupp ALDE, Lola Sánchez Caldentey f'isem il-Grupp GUE/NGL, Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE, Nathan Gill f'isem il-Grupp EFDD, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Heidi Hautala, Silvia Costa, Ángela Vallina, Caterina Chinnici, Elly Schlein, Doru-Claudian Frunzulică u Andrejs Mamikins, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Yana Toom.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Notis Marias u Julie Ward.

Intervent ta': Christos Stylianides.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura:

—   Linda McAvan, f'isem il-Kumitat DEVE, dwar l-edukazzjoni għal tfal f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u kriżijiet imtawla (2015/2977(RSP)) (B8-1240/2015).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 11.7 tal-Minuti ta' 26.11.2015.


22. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 571.857/OJJE).


23. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 23.15.

Klaus Welle

Anneli Jäätteenmäki

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adaktusson, Adinolfi, Affronte, Agea, Agnew, Aguilera García, Aiuto, Aker, Albiol Guzmán, Albrecht, Ali, Alliot-Marie, Anderson Lucy, Anderson Martina, Andersson, Andrieu, Androulakis, Annemans, Arena, Arimont, Arnautu, Arnott, Arthuis, Ashworth, Assis, Atkinson, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, van Baalen, Bach, Balas, Balčytis, Balczó, Balz, Barekov, Bashir, Batten, Bay, Bayet, Becerra Basterrechea, Becker, Beghin, Belder, Belet, Bendtsen, Benifei, Berès, Bergeron, Bettini, Bilbao Barandica, Bilde, Bizzotto, Björk, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Bonafè, Boni, Borghezio, Borrelli, Borzan, Boştinaru, Bours, Boutonnet, Bové, Boylan, Brannen, Bresso, Briano, Briois, Brok, Buchner, Buda, Bullmann, Buonanno, Buşoi, Bütikofer, Buzek, Cabezón Ruiz, Cadec, Calvet Chambon, van de Camp, Campbell Bannerman, Caputo, Carthy, Carver, Casa, Caspary, Castaldo, del Castillo Vera, Cavada, Cesa, Charanzová, Chauprade, Childers, Chinnici, Chountis, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Cicu, Cirio, Clune, Coburn, Coelho, Cofferati, Collin-Langen, Collins, Comi, Comodini Cachia, Corazza Bildt, Corbett, Corrao, Costa, Couso Permuy, Cozzolino, Cramer, Cristea, Csáky, Czarnecki, Czesak, van Dalen, Dalli, Dalton, D'Amato, Dance, Dăncilă, Danjean, Danti, Dantin, (The Earl of) Dartmouth, Dati, De Backer, De Castro, Delahaye, Deli, Delli, De Masi, Demesmaeker, De Monte, Denanot, Deprez, de Sarnez, Deß, Deutsch, Deva, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Dlabajová, Dodds Anneliese, Dodds Diane, Dohrmann, Dorfmann, D'Ornano, Drăghici, Duncan, Durand, Dzhambazki, Eck, Ehler, Eickhout, Engel, Epitideios, Erdős, Eriksson, Ernst, Ertug, Estaràs Ferragut, Etheridge, Evans, Evi, Fajon, Farage, Faria, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrand, Ferrara, Ferreira Elisa, Ferreira João, Fisas Ayxelà, Fitto, Fjellner, Flanagan, Flašíková Beňová, Fleckenstein, Florenz, Fontana, Ford, Forenza, Foster, Fotyga, Fountoulis, Fox, Freund, Frunzulică, Gabriel, Gahler, Gál, Gáll-Pelcz, Gambús, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Geier, Gentile, Gerbrandy, Gericke, Geringer de Oedenberg, Giegold, Gierek, Gieseke, Gill Nathan, Gill Neena, Girauta Vidal, Girling, Giuffrida, Goddyn, Goerens, Gollnisch, Gomes, González Peñas, González Pons, Gosiewska, Goulard, de Graaff, Grammatikakis, de Grandes Pascual, Grapini, Gräßle, Graswander-Hainz, Griesbeck, Griffin, Grigule, Groote, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Guoga, Guteland, Gutiérrez Prieto, Gyürk, Hadjigeorgiou, Halla-aho, Händel, Hannan, Harkin, Häusling, Hautala, Hayes, Hazekamp, Helmer, Henkel, Hetman, Heubuch, Hoffmann, Hohlmeier, Hökmark, Hölvényi, Honeyball, Hookem, Hortefeux, Howitt, Hübner, Hudghton, Huitema, Hyusmenova, in 't Veld, Iotova, Iturgaiz, Ivan, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jakovčić, Jalkh, James, Jáuregui Atondo, Jávor, Jazłowiecka, Ježek, Jiménez-Becerril Barrio, Joly, de Jong, Jongerius, Joulaud, Juaristi Abaunz, Jurek, Juvin, Kadenbach, Kaili, Kalinowski, Kallas, Kalniete, Kamall, Kammerevert, Kappel, Karas, Karim, Kariņš, Karlsson, Karski, Kaufmann, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Keller Ska, Kelly, Khan, Kirkhope, Kirton-Darling, Koch, Kofod, Kölmel, Korwin-Mikke, Kósa, Köster, Köstinger, Kouloglou, Kovács, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Kudrycka, Kuhn, Kukan, Kuneva, Kuźmiuk, Kyllönen, Kyrkos, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lamassoure, Lambert, Lambsdorff, Landsbergis, Lange, de Lange, Langen, Lauristin, La Via, Lavrilleux, Lebreton, Le Grip, Legutko, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Le Pen Jean-Marie, Lewandowski, Lewer, Liberadzki, Liese, Lietz, Lins, Lochbihler, Loiseau, Loones, Lope Fontagné, López, López Aguilar, López Bermejo, López-Istúriz White, Lösing, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lunacek, Lundgren, Łybacka, McAllister, McAvan, McClarkin, McGuinness, Mach, McIntyre, Macovei, Maeijer, Maletić, Malinov, Maltese, Mamikins, Maňka, Mann, Manscour, Maragall, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin David, Martin Dominique, Martin Edouard, Martusciello, Marusik, Maštálka, Matera, Matias, Mato, Maullu, Maurel, Mavrides, Mayer, Mazuronis, Meissner, Mélenchon, Mélin, Melior, Melo, Meszerics, Metsola, Michel, Mihaylova, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mineur, Mizzi, Mlinar, Moi, Moisă, Molnár, Monot, Monteiro de Aguiar, Montel, Moody, Morano, Morgano, Morin-Chartier, Mosca, Müller, Mureşan, Nagy, Nart, Negrescu, Nekov, Neuser, Nica, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, van Nieuwenhuizen, Nilsson, van Nistelrooij, Noichl, Novakov, Nuttall, Obermayr, O'Flynn, Olbrycht, Omarjee, Ożóg, Pabriks, Paet, Pagazaurtundúa Ruiz, Paksas, Panzeri, Paolucci, Papadakis Demetris, Papadakis Konstantinos, Papadimoulis, Pargneaux, Parker, Paşcu, Patriciello, Paunova, Pedicini, Peillon, Peterle, Petersen, Petir, Philippot, Picula, Piecha, Pieper, Pietikäinen, Piotrowski, Piri, Pirinski, Pitera, Pittella, Plenković, Plura, Poc, Poche, Pogliese, Polčák, Ponga, Poręba, Pospíšil, Preda, Pretzell, Preuß, Proust, Quisthoudt-Rowohl, Radev, Radoš, Rangel, Ransdorf, Rebega, Reda, Reding, Regner, Reid, Reimon, Reintke, Reul, Revault D'Allonnes Bonnefoy, Ribeiro, Ries, Riquet, Rivasi, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodrigues Maria João, Rodríguez-Piñero Fernández, Rodust, Rohde, Rolin, Ropė, Rosati, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Saïfi, Sakorafa, Salini, Salvini, Sánchez Caldentey, Sander, Sant, Sârbu, Sargentini, Sarvamaa, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Schaake, Schaffhauser, Schaldemose, Schlein, Schmidt, Scholz, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulz, Schulze, Schuster, Schwab, Scott Cato, Sebastià, Sehnalová, Selimovic, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Seymour, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Simon Siôn, Sippel, Škripek, Škrlec, Smith, Smolková, Sógor, Šojdrová, Šoltes, Sommer, Sonneborn, Soru, Spinelli, Spyraki, Staes, Stanishev, Starbatty, Štefanec, Steinruck, Štětina, Stevens, Stier, Stihler, Stolojan, von Storch, Stuger, Šuica, Sulík, Šulin, Svoboda, Swinburne, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Takkula, Tamburrano, Tang, Tannock, Tapardel, Tarabella, Tarand, Taylor, Telička, Terricabras, Theocharous, Theurer, Thomas, Thun und Hohenstein, Toia, Tőkés, Tomaševski, Tomašić, Tomc, Toom, Torres Martínez, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Ţurcanu, Turmes, Ujazdowski, Ujhelyi, Ulvskog, Ungureanu, Urbán Crespo, Urutchev, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Valenciano, Valero, Valli, Vallina, Vana, Van Bossuyt, Van Brempt, Vandenkendelaere, Van Orden, Vaughan, Vautmans, Väyrynen, Vergiat, Verheyen, Viegas, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Voigt, Voss, Vozemberg-Vrionidi, Wałęsa, Ward, Weber Renate, von Weizsäcker, Wenta, Werner, Westphal, Wieland, Wikström, Willmott, Winberg, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Wojciechowski, Woolfe, Záborská, Zagorakis, Zahradil, Zala, Zalba Bidegain, Zanni, Zanonato, Ždanoka, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zīle, Zimmer, Žitňanská, Zoffoli, Żółtek, Zorrinho, Zuber, Zullo, Zver

Skużati:

Bearder, Crowley, Engström, Konečná, Kyenge, Michels, Picierno, Trüpel, Winkler Hermann

Avviż legali - Politika tal-privatezza