Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 18 ta' Jannar 2016 - Strasburgu

8. Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-Kumitat IMCO bagħat din ir-rettifika ta' test adottat mill-Parlament Ewropew:

Rettifika P7_TA(2012)0424(COR01) għar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52) (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2012 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-regolament imsemmi hawn fuq (P7_TA(2012)0424) – (COM(2010)0542 – C7-0317/2010 – 2010/0271(COD)).

Bi qbil mal-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din ir-rettifika titqies approvata sakemm fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwarha.

Ir-rettifika hija disponibbli fuq is-sit Europarl għal kemm iddum din is-sessjoni parzjali.

Avviż legali