Indiċi 
Minuti
PDF 265kWORD 209k
It-Tnejn, 18 ta' Jannar 2016 - Strasburgu
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 3.Dikjarazzjoni tal-Presidenza
 4.Kompożizzjoni tal-Parlament
 5.Verifika tal-kredenzjali
 6.Kompożizzjoni tal-kumitati
 7.Dikjarazzjoni bil-miktub (Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura)
 8.Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)
 9.Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
 10.Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
 11.Proposta għal att tal-Unjoni
 12.Dokumenti mressqa
 13.Ordni tal-ħidma
 14.Rapport annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE (dibattitu)
 15.Pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran ***I (dibattitu)
 16.Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (dibattitu)
 17.Ir-rwol tad-djalogu interkulturali, id-diversità kulturali u l-edukazzjoni fil-promozzjoni tal-valuri fundamentali tal-UE (dibattitu)
 18.Rendikont u sfidi tar-Regolament tal-UE dwar is-Servizzi Finanzjarji (dibattitu)
 19.Fatturi esterni li jirrappreżentaw ostakli għall-intraprenditorija femminili Ewropea (preżentazzjoni qasira)
 20.Politiki dwar il-ħiliet għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ (preżentazzjoni qasira)
 21.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 22.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 23.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA
 Anness 1 - Donazzjoni ta' ikel mhux mibjugħ u tajjeb għall-konsum lill-istituti tal-karità (dikjarazzjoni bil-miktub)


PRESIDENZA: Martin SCHULZ
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.05.


2. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.


3. Dikjarazzjoni tal-Presidenza

Il-President għamel dikjarazzjoni dwar l-attentati reċenti li laqtu Istanbul u Ouagadougou.

Esprima s-solidarjetà tal-Parlament mal-vittimi u mal-familji tagħhom.


4. Kompożizzjoni tal-Parlament

Juan Carlos Girauta Vidal u Inês Cristina Zuber ressqu r-riżenja tagħhom bħala Membri tal-Parlament, b'effett li jiddekorri, rispettivament, mit-12 ta' Jannar u mill-31 ta' Jannar 2016.

Bi qbil mal-Artikolu 4(1) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ħa nota tal-vakanza tas-siġġijiet tagħhom li tiddekorri mit-tali dati u informa b'dan lill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati.


5. Verifika tal-kredenzjali

Fuq proposta tal-Kumitat JURI tiegħu, il-Parlament iddeċieda li jikkonvalida l-mandati tal-Onorevoli Czesław Hoc u Sławomir Kłoswoski b'effett mis-27 ta' Novembru 2015.


6. Kompożizzjoni tal-kumitati

Il-President irċieva mill-Grupp S&D t-talba għal ħatra li ġejja:

Kumitat speċjali dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili (TAXE 2): Neena Gill minflok Anneliese Dodds.

Din il-ħatra se titqies ratifikata jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.


7. Dikjarazzjoni bil-miktub (Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President għarraf lill-Parlament li d-dikjarazzjoni bil-miktub li ġejja kisbet il-firem tal-maġġoranza tal-Membri li jikkomponu l-Parlament:

Dikjarazzjoni bil-miktub nru 0061/15 dwar id-donazzjoni ta' ikel mhux mibjugħ u tajjeb għall-konsum lill-istituti tal-karità mressqa mill-Membri li ġejjin: Hugues Bayet, Angélique Delahaye, Stanisław Ożóg, Petr Ježek, Younous Omarjee, Ernest Urtasun, Marco Valli, Maria Arena, Marc Tarabella, Mariya Gabriel, Patrick Le Hyaric, Eva Joly, Fabio Massimo Castaldo, Guillaume Balas, Antonio López-Istúriz White, José Blanco López, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Nikos Androulakis, Virginie Rozière, Sylvie Guillaume, José Bové, Anneliese Dodds, Neena Gill, Victor Negrescu, Claudia Tapardel, Kathleen Van Brempt, David Casa, Karima Delli u Pascal Durand.

Konformement mal-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din id-dikjarazzjoni bil-miktub hija ppubblikata f'dawn il-Minuti, bl-ismijiet tal-firmatarji (Anness 1 tal-Minuti ta' 18.1.2016).


8. Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-Kumitat IMCO bagħat din ir-rettifika ta' test adottat mill-Parlament Ewropew:

Rettifika P7_TA(2012)0424(COR01) għar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52) (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2012 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-regolament imsemmi hawn fuq (P7_TA(2012)0424) – (COM(2010)0542 – C7-0317/2010 – 2010/0271(COD)).

Bi qbil mal-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din ir-rettifika titqies approvata sakemm fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwarha.

Ir-rettifika hija disponibbli fuq is-sit Europarl għal kemm iddum din is-sessjoni parzjali.


9. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (riformulazzjoni) (00049/2015/LEX - C8-0003/2016 - 2012/0175(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ċerti atti mill-acquis ta' Schengen (00054/2015/LEX - C8-0004/2016 - 2014/0337(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ċerti atti mill-acquis ta' Schengen fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali (00055/2015/LEX - C8-0005/2016 - 2014/0338(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali (00056/2015/LEX - C8-0006/2016 - 2014/0339(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1236/2010 li jistabbilixxi skema ta’ kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni dwar is-sajd fl-Atlantiku tal-Grigal (00061/2015/LEX - C8-0007/2016 - 2015/0063(COD)).


10. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)

Il-mistoqsija orali għal tweġiba orali segwenti tressqet mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):

- (O-000154/2015) imressqa minn Bernd Lange u Daniel Caspary, f'isem il- Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Il-ftuħ ta' negozjati dwar ftehim ta' kummerċ ħieles mal-Awstralja u n-New Zealand (2015/2932(RSP)) (B8-0101/2016).


11. Proposta għal att tal-Unjoni

Il-President fakkar li fl-24 ta' Ġunju 2015 kien iddikjara bħala ammissibbli l-proposta għal att tal-Unjoni, imressqa minn Richard Sulík skont it-termini tal-Artikolu 46(2) tar-Regoli ta' Proċedura, biex tkun emendata d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (B8-0210/2015), u kien ikkonsulta lill-Kumitat ECON (punt 7 tal-Minuti ta' 24.6.2015).

Il-President għarraf li l-Kumitat ECON ma jistax jirrakkomanda t-tqegħid ta' firem addizzjonali, u b'konsegwenza ta' dan, il-proċedura hija magħluqa.


12. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 sabiex tiġi stabbilita Skema Ewropea ta' Assigurazzjoni tad-Depożiti (COM(2015)0586 - C8-0371/2015 - 2015/0270(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 282(5) tat-Trattat, il-President se jikkonsulta l-Bank Ċentrali Ewropew.

irriferut

responsabbli:

ECON

opinjoni:

AFCO, EMPL, BUDG, JURI, IMCO, REGI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ (COM(2015)0583 - C8-0375/2015 - 2015/0268(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 307 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli:

ECON

opinjoni:

JURI, LIBE, IMCO

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-glieda kontra t-terroriżmu u s-sostituzzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (COM(2015)0625 - C8-0386/2015 - 2015/0281(COD))

irriferut

responsabbli:

LIBE

opinjoni:

FEMM, JURI

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (COM(2015)0615 - C8-0387/2015 - 2015/0278(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli:

IMCO

opinjoni:

PETI, CULT, EMPL, ITRE, JURI, ECON, LIBE, TRAN, REGI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2015)0613 - C8-0389/2015 - 2015/0277(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli:

TRAN

opinjoni:

ENVI, BUDG, ITRE, LIBE

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' eżenzjonijiet għan-negozjanti tal-komoditajiet (COM(2015)0648 - C8-0403/2015 - 2015/0295(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 282(5) tat-Trattat, il-President se jikkonsulta l-Bank Ċentrali Ewropew.

irriferut

responsabbli:

ECON

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-ratifika u l-adeżjoni mill-Istati Membri, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, mal-Protokoll tal-2010 għall-Konvenzjoni Internazzjonali fuq ir-Responsabbiltà u l-Kumpens għal Dannu Kkawżat mill-Ġarr bil-Baħar ta' Sustanzi Noċivi u Potenzjalment Perikolużi, fir-rigward tal-aspetti relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili (14112/2015 - C8-0409/2015 - 2015/0136(NLE))

irriferut

responsabbli:

JURI

opinjoni:

PECH, ENVI, TRAN

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-ratifika u l-adeżjoni mill-Istati Membri, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, mal-Protokoll tal-2010 għall-Konvenzjoni Internazzjonali fuq ir-Responsabbiltà u l-Kumpens għal Dannu kkawżat mill-Ġarr bil-Baħar ta' Sustanzi Noċivi u Potenzjalment Perikolużi, bl-eċċezzjoni tal-aspetti relattivi għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili (13806/2015 - C8-0410/2015 - 2015/0135(NLE))

irriferut

responsabbli:

JURI

opinjoni:

PECH, ENVI, TRAN

- Tiġdid parzjali ta' membri tal-Qorti tal-Awdituri - kandidat "Mihails Kozlovs" (LV) (14446/2015 - C8-0411/2015 - 2015/0814(NLE))

irriferut

responsabbli:

CONT

- Tiġdid parzjali ta' membri tal-Qorti tal-Awdituri - kandidat "Jan Gregor" (CZ) (14091/2015 - C8-0412/2015 - 2015/0815(NLE))

irriferut

responsabbli:

CONT

- Tiġdid parzjali ta' membri tal-Qorti tal-Awdituri - kandidat "Ladislav Balko" (SK) (13879/2015 - C8-0413/2015 - 2015/0816(NLE))

irriferut

responsabbli:

CONT

- Tiġdid parzjali ta' membri tal-Qorti tal-Awdituri - kandidat "Janusz Wojciechowski" (PL) (13904/1/2015 - C8-0414/2015 - 2015/0817(NLE))

irriferut

responsabbli:

CONT

- Conclusion of an Interinstitutional Agreement on Better Law-Making between the European Parliament, the Council of the European Union and the European Commission (2016/2005(ACI))
Dan it-titolu bħalissa mhuwiex disponibbli bil-lingwi kollha.

irriferut

responsabbli:

AFCO

2) Il-kumitati parlamentari ressqu r-rapporti segwenti:

- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Czesław Adam Siekierski (2015/2241(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Heidi Hautala (A8-0004/2016)

- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Czesław Adam Siekierski (2015/2268(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Heidi Hautala (A8-0005/2016)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni transfruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (Kodifikazzjoni) (COM(2015)0008 - C8-0008/2015 - 2015/0006(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Heidi Hautala (A8-0359/2015)

- Rapport dwar analiżi u sfidi tar-Regolament tal-UE dwar is-Servizzi Finanzjarji: l-impatt u t-triq 'il quddiem lejn qafas tal-UE aktar effiċjenti u effikaċi għal Regolamentazzjoni Finanzjarja u Unjoni tas-Swieq Kapitali (2015/2106(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Burkhard Balz (A8-0360/2015)

- Rapport dwar ir-Rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet 2014 (2014/2218(INI)) - Kumitat PETI - Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg (A8-0361/2015)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-klawżola ta' salvagwardja u l-mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni li jipprevedu s-sospensjoni temporanja tal-preferenzi tariffarji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (COM(2015)0154 - C8-0092/2015 - 2015/0079(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Helmut Scholz (A8-0364/2015)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mekkaniżmu ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni li jipprovdi għal sospensjoni temporanja ta' preferenzi tariffarji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra (COM(2015)0155 - C8-0091/2015 - 2015/0080(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Gabrielius Landsbergis (A8-0365/2015)

- Rapport dwar politiki dwar il-ħiliet għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ (2015/2088(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Marek Plura (A8-0366/2015)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 (COM(2015)0180 - C8-0118/2015 - 2015/0096(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Gabriel Mato (A8-0367/2015)

- Rapport dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE (2015/2140(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Werner Langen (A8-0368/2015)

- Rapport dwar fatturi esterni li jirrappreżentaw ostakoli għall-intraprenditorija femminili Ewropea (2015/2111(INI)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Barbara Matera (A8-0369/2015)

- * Rapport dwar abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (DRV) fil-Latvja (13060/2015 - C8-0338/2015 - 2015/0813(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Claude Moraes (A8-0370/2015)

- Rapport dwar Lejn Att dwar is-Suq Uniku Diġitali (2015/2147(INI)) - Kumitat ITRE - Kumitat IMCO - Rapporteurs: Kaja Kallas u Evelyne Gebhardt (A8-0371/2015)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra (10725/2/2015 - C8-0328/2015 - 2015/0094(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Ulrike Lunacek (A8-0372/2015)

- Rapport dwar ir-rwol tad-djalogu interkulturali, id-diversità kulturali u l-edukazzjoni fil-promozzjoni tal-valuri fundamentali tal-UE (2015/2139(INI)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Julie Ward (A8-0373/2015).


13. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Jannar 2016 (PE 574.582/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn u It-Tlieta

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

L-Erbgħa

Bi qbil mal-gruppi politiċi, Il-President ippropona li l-Erbgħa waranofsinhar ir-rapport ta' Ulrike Lunacek A8-0372/2015 dwar "Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Kosovo" (punt 43 tal-PDOJ) u d-Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-"Qtil tal-massa sistematiku ta' minoranzi reliġjużi mill-ISIS" (punt 88 tal-PDOJ) jiġu eżaminati, f'dan l-ordni, wara d-Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni / Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles Approfondit u Komprensiv mal-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna" (punt 69 tal-PDOJ).

Il-Parlament qabel ma' din il-proposta.

Il-Ħamis

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

Interventi ta': Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, biex jitlob li f'din il-ġimgħa jsir dibattitu dwar il-miżuri relatati mad-dritt tal-asil li d-Danimarka se tadotta (il-President irrisponda li huwa kien se jitlob lill-President tal-Kumitat LIBE jikkonvoka kumitat eċċezzjonali dwar dan is-suġġett l-għada, fil-preżenza ta' rappreżentant tal-Gvern Daniż), Manfred Weber, biex jappoġġa l-proċedura msemmija mill-President filwaqt li kkunsidra li ma kienx hemm il-ħtieġa li l-kwistjoni tiġi diskussa diġà f'din is-sessjoni plenarja, u Gabriele Zimmer, biex tappoġġa l-proposta tal-President (il-President innota li kien hemm qbil li l-Kumitat LIBE jiltaqa' l-għada).

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.


PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU
Viċi President

14. Rapport annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE (dibattitu)

Rapport dwar ir-rapport annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE [2015/2140(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Werner Langen (A8-0368/2015)

Werner Langen ippreżenta r-rapport.

Intervent ta': Margrethe Vestager (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Bendt Bendtsen (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat INTA), Sergio Gaetano Cofferati (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Burkhard Balz f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Paul Rübig, Alfred Sant f'isem il-Grupp S&D, Morten Messerschmidt f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Andreas Schwab, Ramon Tremosa i Balcells f'isem il-Grupp ALDE, Paloma López Bermejo f'isem il-Grupp GUE/NGL, Michel Reimon f'isem il-Grupp Verts/ALE, Patrick O'Flynn f'isem il-Grupp EFDD, Barbara Kappel f'isem il-Grupp ENF, Sotirios Zarianopoulos Membru mhux affiljat, Theodor Dumitru Stolojan, Tibor Szanyi, Bernd Lucke, Marco Valli, Eleftherios Synadinos, Luděk Niedermayer, Jonás Fernández, Pirkko Ruohonen-Lerner, Brian Hayes u Ivana Maletić.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Eva Paunova, Tonino Picula, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Rosa D'Amato, Romana Tomc, Olga Sehnalová, Ruža Tomašić, Mairead McGuinness u Jeppe Kofod.

Interventi ta': Margrethe Vestager, Werner Langen u Notis Marias

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 5.4 tal-Minuti ta' 19.1.2016.


15. Pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 [COM(2015)0180 - C8-0118/2015 - 2015/0096(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Gabriel Mato (A8-0367/2015)

Gabriel Mato ppreżenta r-rapport.

PRESIDENZA: Adina-Ioana VĂLEAN
Viċi President

Intervent ta': Karmenu Vella (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Jarosław Wałęsa f'isem il-Grupp PPE, Renata Briano f'isem il-Grupp S&D, Ruža Tomašić f'isem il-Grupp ECR, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp ALDE, Anja Hazekamp f'isem il-Grupp GUE/NGL, Marco Affronte f'isem il-Grupp EFDD, Ulrike Rodust, Czesław Hoc, Paloma López Bermejo, Nigel Farage, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Richard Corbett, Clara Eugenia Aguilera García, Peter van Dalen u Ricardo Serrão Santos.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo, Notis Marias, Michela Giuffrida, Ivan Jakovčić, João Ferreira u Igor Šoltes.

Interventi ta': Karmenu Vella u Gabriel Mato.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 5.3 tal-Minuti ta' 19.1.2016.


16. Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (dibattitu)

Benedek Jávor (Viċi President tal-Kumitat ENVI) ippreżenta l-oġġezzjoni.

Intervent ta': Elżbieta Bieńkowska (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Ivo Belet f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Tibor Szanyi u Bart Staes, Kathleen Van Brempt f'isem il-Grupp S&D, Julie Girling f'isem il-Grupp ECR, Gerben-Jan Gerbrandy f'isem il-Grupp ALDE, Merja Kyllönen f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bas Eickhout f'isem il-Grupp Verts/ALE, Eleonora Evi f'isem il-Grupp EFDD, Mireille D'Ornano f'isem il-Grupp ENF, Peter Liese, Matthias Groote, Marcus Pretzell, Nils Torvalds, Karima Delli, Jean-François Jalkh, Françoise Grossetête, Miriam Dalli, Michael Cramer, Andreas Schwab, Seb Dance, Wim van de Camp, Ismail Ertug, Elisabetta Gardini, Massimo Paolucci, Pilar Ayuso, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Francesc Gambús, Christel Schaldemose u Herbert Reul.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Annie Schreijer-Pierik, José Blanco López, Stanislav Polčák, Maria Grapini u Mark Demesmaeker.

Interventi ta': Benedek Jávor u Elżbieta Bieńkowska.

PRESIDENZA: Anneli JÄÄTTEENMÄKI
Viċi President

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.4 tal-Minuti ta' 3.2.2016.

Intervent ta': Gerben-Jan Gerbrandy, li talab ukoll reazzjoni min-naħa tal-Kunsill.


17. Ir-rwol tad-djalogu interkulturali, id-diversità kulturali u l-edukazzjoni fil-promozzjoni tal-valuri fundamentali tal-UE (dibattitu)

Rapport dwar ir-rwol tad-djalogu interkulturali, id-diversità kulturali u l-edukazzjoni fil-promozzjoni tal-valuri fundamentali tal-UE [2015/2139(INI)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Julie Ward (A8-0373/2015)

Julie Ward ippreżentat ir-rapport.

Intervent ta': Tibor Navracsics (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': György Hölvényi f'isem il-Grupp PPE, Silvia Costa f'isem il-Grupp S&D, u Andrew Lewer f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Ivan Jakovčić, María Teresa Giménez Barbat f'isem il-Grupp ALDE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Gerard Batten, Inês Cristina Zuber f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ernest Maragall f'isem il-Grupp Verts/ALE, Isabella Adinolfi f'isem il-Grupp EFDD, Dominique Bilde f'isem il-Grupp ENF, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Silvia Costa, Sabine Verheyen, Giorgos Grammatikakis, Gerolf Annemans, Milan Zver, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Ivana Maletić, Momchil Nekov, Michaela Šojdrová, Damian Drăghici u Anna Záborská.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stefano Maullu, Caterina Chinnici, Ruža Tomašić, Ilhan Kyuchyuk, Igor Šoltes, Jonathan Arnott u Krisztina Morvai.

Interventi ta': Tibor Navracsics u Julie Ward.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 5.5 tal-Minuti ta' 19.1.2016.


18. Rendikont u sfidi tar-Regolament tal-UE dwar is-Servizzi Finanzjarji (dibattitu)

Rapport dwar ir-rendikont u l-isfidi tar-Regolament tal-UE dwar is-Servizzi Finanzjarji: L-impatt u t-triq 'il quddiem lejn qafas tal-UE aktar effiċjenti u effikaċi għal Regolamentazzjoni Finanzjarja u Unjoni tas-Swieq Kapitali [2015/2106(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Burkhard Balz (A8-0360/2015)

Burkhard Balz ippreżenta r-rapport.

Intervent ta': Jonathan Hill (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Janusz Lewandowski (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Theodor Dumitru Stolojan f'isem il-Grupp PPE, Paul Tang f'isem il-Grupp S&D, Kay Swinburne f'isem il-Grupp ECR, Petr Ježek f'isem il-Grupp ALDE, Fabio De Masi f'isem il-Grupp GUE/NGL, Sven Giegold f'isem il-Grupp Verts/ALE, Steven Woolfe f'isem il-Grupp EFDD, Bernard Monot f'isem il-Grupp ENF, Krisztina Morvai Membru mhux affiljata, Jonás Fernández, Sander Loones u Miguel Viegas.

PRESIDENZA: Ramón Luis VALCÁRCEL SISO
Viċi President

Intervent ta': Neena Gill.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Ivana Maletić, Stanislav Polčák, Notis Marias, Ivan Jakovčić u Igor Šoltes.

Interventi ta': Jonathan Hill u Burkhard Balz.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 5.6 tal-Minuti ta' 19.1.2016.


19. Fatturi esterni li jirrappreżentaw ostakli għall-intraprenditorija femminili Ewropea (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar il-fatturi esterni li jirrappreżentaw ostakli għall-intraprenditorija femminili Ewropea [2015/2111(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Barbara Matera (A8-0369/2015)

Barbara Matera għamlet il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Ildikó Gáll-Pelcz, Viorica Dăncilă, Ruža Tomašić, Izaskun Bilbao Barandica u Miguel Viegas.

Intervent ta': Jonathan Hill (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 5.7 tal-Minuti ta' 19.1.2016.


20. Politiki dwar il-ħiliet għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar il-politiki dwar il-ħiliet għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ [2015/2088(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Marek Plura (A8-0366/2015)

Marek Plura għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Andrey Novakov, Jude Kirton-Darling, Notis Marias, Ivan Jakovčić, João Ferreira, Igor Šoltes u Gerard Batten.

Intervent ta': Jonathan Hill (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 5.8 tal-Minuti ta' 19.1.2016.


21. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:

Ildikó Gáll-Pelcz, Viorica Dăncilă, Anna Elżbieta Fotyga, Ivan Jakovčić, João Ferreira, Jordi Sebastià, Petr Mach, Mario Borghezio, Sotirios Zarianopoulos, Ivan Štefanec, Maria Grapini, Marina Albiol Guzmán, Igor Šoltes, Gerard Batten, Gilles Lebreton, Claude Rolin, Claudia Tapardel, James Carver, Daniel Buda, Jonás Fernández, Romana Tomc, Cristian-Silviu Buşoi, Francesc Gambús u Anna Záborská.


22. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 574.582/OJMA).


23. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 23.20.

Klaus Welle

Martin Schulz

Segretarju Ġenerali

President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adaktusson, Adinolfi, Affronte, Agea, Agnew, Aguilera García, Aiuto, Aker, Albiol Guzmán, Ali, Aliot, Alliot-Marie, Anderson Lucy, Anderson Martina, Andersson, Andrieu, Androulakis, Annemans, Arnautu, Arnott, Ashworth, Atkinson, Auken, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, van Baalen, Bach, Balčytis, Balczó, Balz, Bashir, Batten, Bay, Bayet, Bearder, Becerra Basterrechea, Becker, Beghin, Belder, Belet, Bendtsen, Benifei, Benito Ziluaga, Bergeron, Bettini, Bilbao Barandica, Bilde, Bizzotto, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Bonafè, Boni, Borghezio, Borrelli, Borzan, Boştinaru, Bours, Boutonnet, Brannen, Bresso, Briano, Briois, Brok, Buchner, Buda, Bullmann, Buşoi, Bütikofer, Buzek, Cadec, Calvet Chambon, van de Camp, Campbell Bannerman, Caputo, Carver, Casa, Caspary, Castaldo, del Castillo Vera, Cavada, Charanzová, Chauprade, Childers, Chinnici, Chountis, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Cicu, Cirio, Clune, Coburn, Cofferati, Collin-Langen, Collins, Comi, Comodini Cachia, Corazza Bildt, Corbett, Corrao, Costa, Cramer, Cristea, Csáky, Czarnecki, Czesak, van Dalen, Dalli, Dalton, D'Amato, Dance, Dăncilă, Danti, (The Earl of) Dartmouth, De Castro, Deli, Delli, Delvaux, De Masi, Demesmaeker, De Monte, Denanot, de Sarnez, Deß, Deutsch, Deva, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Dlabajová, Dodds Diane, Dohrmann, Dorfmann, D'Ornano, Drăghici, Duncan, Durand, Dzhambazki, Eck, Eickhout, Engel, Epitideios, Erdős, Ernst, Ertug, Estaràs Ferragut, Evans, Evi, Farage, Faria, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrand, Ferrara, Ferreira Elisa, Ferreira João, Finch, Fisas Ayxelà, Fitto, Fjellner, Flanagan, Flašíková Beňová, Fleckenstein, Fontana, Foster, Fotyga, Fountoulis, Fox, Freund, Frunzulică, Gabriel, Gahler, Gál, Gáll-Pelcz, Gambús, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Geier, Gentile, Gerbrandy, Gericke, Geringer de Oedenberg, Giegold, Gierek, Gieseke, Gill Nathan, Gill Neena, Giménez Barbat, Girling, Giuffrida, Goddyn, Goerens, Gollnisch, Gomes, González Pons, Gosiewska, de Graaff, Grammatikakis, de Grandes Pascual, Grapini, Gräßle, Graswander-Hainz, Griesbeck, Griffin, Grigule, Groote, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Guteland, Gutiérrez Prieto, Gyürk, Halla-aho, Hannan, Harkin, Häusling, Hautala, Hayes, Hazekamp, Hedh, Helmer, Henkel, Herranz García, Hetman, Heubuch, Hoc, Hoffmann, Hohlmeier, Hökmark, Hölvényi, Honeyball, Hookem, Hortefeux, Howitt, Hudghton, Huitema, Hyusmenova, in 't Veld, Iotova, Iturgaiz, Ivan, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jakovčić, Jalkh, James, Jáuregui Atondo, Jávor, Jazłowiecka, Ježek, Jiménez-Becerril Barrio, Joly, Joulaud, Juaristi Abaunz, Jurek, Kadenbach, Kaili, Kalinowski, Kallas, Kalniete, Kammerevert, Kappel, Karas, Kariņš, Karlsson, Karski, Kaufmann, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Keller Ska, Kelly, Khan, Kirkhope, Kirton-Darling, Kłosowski, Koch, Kofod, Kölmel, Korwin-Mikke, Köster, Köstinger, Kouloglou, Kovács, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Kudrycka, Kuhn, Kukan, Kumpula-Natri, Kuźmiuk, Kyenge, Kyllönen, Kyrkos, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lamassoure, Lambert, Lambsdorff, Lange, Langen, Lauristin, Lavrilleux, Lebreton, Legutko, Le Hyaric, Leinen, Le Pen Jean-Marie, Lewandowski, Lewer, Liese, Lins, Lochbihler, Loiseau, Loones, Lope Fontagné, López, López Aguilar, López Bermejo, López-Istúriz White, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lunacek, Lundgren, McAllister, McAvan, McClarkin, McGuinness, Mach, McIntyre, Macovei, Maeijer, Maletić, Malinov, Maltese, Mamikins, Mănescu, Maňka, Mann, Manscour, Maragall, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin David, Martin Dominique, Martin Edouard, Martusciello, Marusik, Maštálka, Matera, Mato, Maullu, Mavrides, Mayer, Mazuronis, Meissner, Mélenchon, Melior, Melo, Messerschmidt, Metsola, Mihaylova, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mizzi, Mlinar, Moisă, Molnár, Monot, Monteiro de Aguiar, Montel, Moody, Moraes, Morgano, Morin-Chartier, Morvai, Mosca, Müller, Mureşan, Muselier, Mussolini, Nagy, Negrescu, Nekov, Neuser, Nica, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, van Nieuwenhuizen, Nilsson, van Nistelrooij, Noichl, Novakov, Nuttall, O'Flynn, Olbrycht, Omarjee, Ożóg, Pabriks, Paet, Pagazaurtundúa Ruiz, Panzeri, Paolucci, Papadakis Demetris, Papadimoulis, Parker, Paşcu, Paunova, Pavel, Pedicini, Peillon, Peterle, Petersen, Petir, Picierno, Picula, Piecha, Pieper, Piotrowski, Piri, Pirinski, Pitera, Pittella, Plenković, Plura, Poc, Poche, Pogliese, Polčák, Poręba, Post, Preda, Pretzell, Preuß, Proust, Radoš, Rangel, Ransdorf, Rebega, Reda, Reding, Regner, Reid, Reimon, Reintke, Reul, Revault D'Allonnes Bonnefoy, Ribeiro, Ries, Riquet, Rivasi, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodrigues Maria João, Rodust, Rohde, Rolin, Ropė, Rosati, Rozière, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Saïfi, Salini, Salvini, Sánchez Caldentey, Sander, Sant, Sârbu, Sargentini, Sarvamaa, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Schaake, Schaffhauser, Schaldemose, Schlein, Schmidt, Scholz, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulz, Schulze, Schuster, Schwab, Scott Cato, Sebastià, Sehnalová, Selimovic, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Simon Siôn, Sippel, Škrlec, Smith, Smolková, Sógor, Šojdrová, Šoltes, Sommer, Sonneborn, Soru, Spinelli, Spyraki, Staes, Štefanec, Steinruck, Štětina, Stevens, Stier, Stihler, Stolojan, von Storch, Stuger, Šuica, Šulin, Svoboda, Swinburne, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Takkula, Tamburrano, Tănăsescu, Tang, Tannock, Țapardel, Tarabella, Tarand, Taylor, Telička, Terricabras, Theocharous, Toia, Tőkés, Tomaševski, Tomašić, Tomc, Tørnæs, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Trüpel, Ţurcanu, Ujazdowski, Ulvskog, Ungureanu, Urbán Crespo, Urtasun, Urutchev, Vaidere, Valcárcel Siso, Vălean, Valero, Valli, Vana, Van Bossuyt, Van Brempt, Vandenkendelaere, Van Orden, Vaughan, Väyrynen, Vergiat, Verheyen, Viegas, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Voss, Vozemberg-Vrionidi, Wałęsa, Ward, Weber Renate, Weidenholzer, von Weizsäcker, Wenta, Werner, Westphal, Wieland, Wikström, Willmott, Winberg, Winkler Hermann, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Wojciechowski, Woolfe, Záborská, Zagorakis, Zahradil, Zala, Zalba Bidegain, Zanni, Zanonato, Zarianopoulos, Ždanoka, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zijlstra, Zīle, Zimmer, Žitňanská, Złotowski, Zoffoli, Zorrinho, Zuber, Zullo, Zver, Zwiefka

Skużati:

Crowley, Deprez, Dodds Anneliese, Engström, Händel, Konečná, Landsbergis, Liberadzki, Lietz, Lösing, Łybacka, Michels, Paksas, Pietikäinen


Anness 1 - Donazzjoni ta' ikel mhux mibjugħ u tajjeb għall-konsum lill-istituti tal-karità (dikjarazzjoni bil-miktub)

Dikjarazzjoni bil-miktub nru 0061/2015 imressqa mill-Membri Hugues Bayet, Angélique Delahaye, Stanisław Ożóg, Petr Ježek, Younous Omarjee, Ernest Urtasun, Marco Valli, Maria Arena, Marc Tarabella, Mariya Gabriel, Patrick Le Hyaric, Eva Joly, Fabio Massimo Castaldo, Guillaume Balas, Antonio López-Istúriz White, José Blanco López, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Nikos Androulakis, Virginie Rozière, Sylvie Guillaume, José Bové, Anneliese Dodds, Neena Gill, Victor Negrescu, Claudia Tapardel, Kathleen Van Brempt, David Casa, Karima Delli, Pascal Durand, skont l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dwar id-donazzjoni ta' ikel mhux mibjugħ u tajjeb għall-konsum lill-istituti tal-karità1 (punt 7 tal-Minuti ta' 18.1.2016) u ffirmata minn 388 Membru.

Test tad-dikjarazzjoni bil-miktub:

1.   Wieħed minn kull erba' Ewropej, jew 125miljun persuna, qegħdin f'riskju ta' faqar, u 16-il miljun Ewropew ibatu faqar alimentari.

2.   Id-drawwiet tagħna fil-konsum, speċjalment fejn jidħlu s-supermarkets, iwasslu biex għadd kbir ta' prodotti li jkunu għadhom tajbin għall-konsum ma jinbigħux, jew jitneħħew minn fuq l-ixkafef u jinqerdu. Huwa stmat li kull sena fl-Ewropa jintremew mal-100miljun tunnellata ta' prodotti tal-ikel.

3.   Dan japplika, b'mod partikolari, għal prodotti li jkunu waslu biex jiskadu, oħrajn li jkunu baqgħu ma nbigħux waqt promozzjonijiet temporanji, frott u ħxejjex li d-dehra tagħhom titqies inferjuri, eċċ.

4.   Skont rapport ippubblikat mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew f'Ġunju2014, għadd ta' Stat Membri diġà ħadu passi biex jinkoraġġixxu d-donazzjoni ta' ikel mhux mibjugħ lill-istituti tal-karità.

5.   Il-Kummissjoni u l-Kunsill huma mistiedna jeżaminaw il-possibbiltà li, f'kooperazzjoni mas-settur alimentari, tiġi adottata skema applikabbli fl-UE kollha li tħeġġeġ lis-supermarkets iqassmu l-ikel mhux mibjugħ u tajjeb għall-konsum lill-istituti tal-karità.

6.   Din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, qed tintbagħat lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

____________

1 Skont l-Artikolu 136(4) u (5) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, jekk dikjarazzjoni tiġi ffirmata mill-maġġoranza tal-Membri li jikkomponu l-Parlament, tiġi ppubblikata fil-minuti bl-ismijiet tal-firmatarji tagħha u tintbagħat lid-destinatarji, mingħajr madankollu ma torbot lill-Parlament.

Lista tal-firmatarji:

Isabella Adinolfi, Clara Eugenia Aguilera García, Lucy Anderson, Martina Anderson, Eric Andrieu, Nikos Androulakis, Maria Arena, Pascal Arimont, Margrete Auken, Petras Auštrevičius, Pilar Ayuso, Georges Bach, Guillaume Balas, Zigmantas Balčytis, Hugues Bayet, Beatriz Becerra Basterrechea, Tiziana Beghin, Ivo Belet, Brando Benifei, Xabier Benito Ziluaga, Joëlle Bergeron, Goffredo Maria Bettini, Izaskun Bilbao Barandica, Dominique Bilde, José Blanco López, Vilija Blinkevičiūtė, Franc Bogovič, Simona Bonafè, Michał Boni, David Borrelli, Biljana Borzan, Victor Boştinaru, José Bové, Lynn Boylan, Paul Brannen, Mercedes Bresso, Renata Briano, Klaus Buchner, Daniel Buda, Udo Bullmann, Cristian-Silviu Buşoi, Reinhard Bütikofer, Alain Cadec, Wim van de Camp, Nicola Caputo, Matt Carthy, David Casa, Fabio Massimo Castaldo, Pilar del Castillo Vera, Jean-Marie Cavada, Dita Charanzová, Nessa Childers, Caterina Chinnici, Nikolaos Chountis, Lefteris Christoforou, Kostas Chrysogonos, Alberto Cirio, Deirdre Clune, Sergio Gaetano Cofferati, Lara Comi, Therese Comodini Cachia, Anna Maria Corazza Bildt, Richard Corbett, Ignazio Corrao, Michael Cramer, Andi Cristea, Pál Csáky, Ryszard Czarnecki, Edward Czesak, Miriam Dalli, Rosa D'Amato, Seb Dance, Viorica Dăncilă, Arnaud Danjean, Nicola Danti, Michel Dantin, Rachida Dati, Paolo De Castro, Angélique Delahaye, Andor Deli, Karima Delli, Mady Delvaux, Fabio De Masi, Isabella De Monte, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, Marielle de Sarnez, Albert Deß, Anneliese Dodds, Herbert Dorfmann, Ian Duncan, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Stefan Eck, Linnéa Engström, Georgios Epitideios, Norbert Erdős, Jill Evans, Eleonora Evi, José Inácio Faria, José Manuel Fernandes, Laura Ferrara, Elisa Ferreira, Santiago Fisas Ayxelà, Luke Ming Flanagan, Knut Fleckenstein, Karl-Heinz Florenz, Eleonora Forenza, Lampros Fountoulis, Eugen Freund, Doru-Claudian Frunzulică, Mariya Gabriel, Francesc Gambús, Iratxe García Pérez, Eider Gardiazabal Rubial, Elisabetta Gardini, Enrico Gasbarra, Evelyne Gebhardt, Elena Gentile, Jens Gieseke, Neena Gill, María Teresa Giménez Barbat, Juan Carlos Girauta Vidal, Charles Goerens, Ana Gomes, Tania González Peñas, Esteban González Pons, Sylvie Goulard, Giorgos Grammatikakis, Luis de Grandes Pascual, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Nathalie Griesbeck, Theresa Griffin, Iveta Grigule, Françoise Grossetête, Enrique Guerrero Salom, Sylvie Guillaume, Antanas Guoga, Jytte Guteland, Sergio Gutiérrez Prieto, Takis Hadjigeorgiou, Marian Harkin, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Esther Herranz García, Krzysztof Hetman, Maria Heubuch, Iris Hoffmann, György Hölvényi, Brice Hortefeux, Richard Howitt, Danuta Maria Hübner, Ian Hudghton, Iliana Iotova, Carlos Iturgaiz, Cătălin Sorin Ivan, Liisa Jaakonsaari, Anneli Jäätteenmäki, Yannick Jadot, Peter Jahr, Ivan Jakovčić, Ramón Jáuregui Atondo, Benedek Jávor, Petr Ježek, Eva Joly, Marc Joulaud, Josu Juaristi Abaunz, Philippe Juvin, Karin Kadenbach, Eva Kaili, Jarosław Kalinowski, Sandra Kalniete, Krišjānis Kariņš, Karol Karski, Tunne Kelam, Jan Keller, Seán Kelly, Afzal Khan, Jude Kirton-Darling, Jeppe Kofod, Kateřina Konečná, Ádám Kósa, Elisabeth Köstinger, Stelios Kouloglou, Andrey Kovatchev, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Zdzisław Krasnodębski, Barbara Kudrycka, Miapetra Kumpula-Natri, Kostadinka Kuneva, Zbigniew Kuźmiuk, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Philippe Lamberts, Gabrielius Landsbergis, Bernd Lange, Marju Lauristin, Giovanni La Via, Jérôme Lavrilleux, Constance Le Grip, Patrick Le Hyaric, Jo Leinen, Jeroen Lenaers, Bogusław Liberadzki, Peter Liese, Norbert Lins, Javi López, Juan Fernando López Aguilar, Paloma López Bermejo, Antonio López-Istúriz White, Sabine Lösing, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Peter Lundgren, Emma McClarkin, Mairead McGuinness, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, António Marinho e Pinto, David Martin, Edouard Martin, Fulvio Martusciello, Jiří Maštálka, Stefano Maullu, Fernando Maura Barandiarán, Emmanuel Maurel, Costas Mavrides, Georg Mayer, Susanne Melior, Tamás Meszerics, Roberta Metsola, Louis Michel, Martina Michels, Miroslav Mikolášik, Francisco José Millán Mon, Marlene Mizzi, Sorin Moisă, Csaba Molnár, Cláudia Monteiro de Aguiar, Nadine Morano, Luigi Morgano, Elisabeth Morin-Chartier, Krisztina Morvai, Alessia Maria Mosca, Ulrike Müller, Renaud Muselier, Javier Nart, Victor Negrescu, Momchil Nekov, Norica Nicolai, Luděk Niedermayer, Péter Niedermüller, Liadh Ní Riada, Maria Noichl, Andrey Novakov, Franz Obermayr, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Stanisław Ożóg, Urmas Paet, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Pier Antonio Panzeri, Massimo Paolucci, Demetris Papadakis, Dimitrios Papadimoulis, Gilles Pargneaux, Aldo Patriciello, Emilian Pavel, Vincent Peillon, Alojz Peterle, Marijana Petir, Pina Picierno, Tonino Picula, Georgi Pirinski, Julia Pitera, Marek Plura, Pavel Poc, Miroslav Poche, Stanislav Polčák, Maurice Ponga, Soraya Post, Gabriele Preuß, Franck Proust, Emil Radev, Jozo Radoš, Laurenţiu Rebega, Julia Reda, Michel Reimon, Terry Reintke, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Michèle Rivasi, Robert Rochefort, Liliana Rodrigues, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Ulrike Rodust, Claude Rolin, Bronis Ropė, Dariusz Rosati, Virginie Rozière, Fernando Ruas, Tokia Saïfi, Sofia Sakorafa, Massimiliano Salini, Lola Sánchez Caldentey, Anne Sander, Alfred Sant, Daciana Octavia Sârbu, Algirdas Saudargas, Christel Schaldemose, Elly Schlein, Annie Schreijer-Pierik, Andreas Schwab, Jordi Sebastià, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Remo Sernagiotto, Ricardo Serrão Santos, Czesław Adam Siekierski, Siôn Simon, Branislav Škripek, Davor Škrlec, Monika Smolková, Michaela Šojdrová, Renato Soru, Barbara Spinelli, Bart Staes, Ivan Štefanec, Jutta Steinruck, Davor Ivo Stier, Catherine Stihler, Dubravka Šuica, Neoklis Sylikiotis, Eleftherios Synadinos, Tibor Szanyi, Antonio Tajani, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Claudia Tapardel, Marc Tarabella, Indrek Tarand, Keith Taylor, Pavel Telička, Josep-Maria Terricabras, Eleni Theocharous, Isabelle Thomas, Patrizia Toia, László Tőkés, Ruža Tomašić, Yana Toom, Estefanía Torres Martínez, Helga Trüpel, Mihai Ţurcanu, Claude Turmes, István Ujhelyi, Miguel Urbán Crespo, Ernest Urtasun, Vladimir Urutchev, Viktor Uspaskich, Inese Vaidere, Ivo Vajgl, Ramón Luis Valcárcel Siso, Elena Valenciano, Bodil Valero, Marco Valli, Kathleen Van Brempt, Derek Vaughan, Hilde Vautmans, Paavo Väyrynen, Harald Vilimsky, Daniele Viotti, Udo Voigt, Renate Weber, Josef Weidenholzer, Jakob von Weizsäcker, Bogdan Brunon Wenta, Iuliu Winkler, Janusz Wojciechowski, Flavio Zanonato, Tatjana Ždanoka, Tomáš Zdechovský, Gabriele Zimmer, Jana Žitňanská, Damiano Zoffoli, Carlos Zorrinho, Marco Zullo, Milan Zver.

Avviż legali