Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 3 ta' Frar 2016 - StrasburguVerżjoni finali

PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME
Viċi President

8. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.


8.1. Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Moldova: il-klawżola ta' salvagwardja u l-mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-klawżola ta' salvagwardja u l-mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni li jipprevedu s-sospensjoni temporanja tal-preferenzi tariffarji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra [COM(2015)0154 - C8-0092/2015 - 2015/0079(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Helmut Scholz (A8-0364/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI U ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2016)0035)


8.2. Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Ġeorġia: il-mekkaniżmu ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mekkaniżmu ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni li jipprovdi għal sospensjoni temporanja ta' preferenzi tariffarji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra [COM(2015)0155 - C8-0091/2015 - 2015/0080(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Gabrielius Landsbergis (A8-0365/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI U ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2016)0036)

Interventi

Gabrielius Landsbergis (rapporteur), qabel il-votazzjoni.


8.3. Ratifika tat-Trattat ta' Marrakesh, abbażi ta' petizzjonijiet riċevuti, b'mod partikolari Petizzjoni 924/2011 (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa bi qbil mal-Artikolu 216(2) tar-Regoli ta' Proċedura minn Cecilia Wikström, f'isem il-Kumitat PETI, dwar ir-ratifika tat-Trattat ta' Marrakexx, ibbażata fuq petizzjonijiet riċevuti, b'mod partikolari l-Petizzjoni Nru. 924/2011 (2016/2542(RSP)) (B8-0168/2016)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2016)0037)


8.4. Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106: Awtorizzazzjoni tal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa bi qbil mal-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura minn Giovanni La Via, f'isem il-Kumitat ENVI, dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D042684 - 2015/2547(RPS)) (B8-0133/2016)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2016)0038)


8.5. Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106: Awtorizzazzjoni tal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708 x MON 89788 (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa bi qbil mal-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura minn Giovanni La Via, f'isem il-Kumitat ENVI, dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (MON-877Ø8-9 × MON-89788-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D042682 - 2015/2548(RSP)) (B8-0134/2016)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2016)0039)


8.6. Oġġezzjoni skont l-Artikolu106: Awtorizzazzjoni tal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 x MON 89788 (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa bi qbil mal-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura minn Giovanni La Via, f'isem il-Kumitat ENVI, dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87705 × MON 89788 (MON-877Ø5-6 × MON-89788-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D042681 - 2015/2549(RSP)) (B8-0135/2016)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2016)0040)


8.7. Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (votazzjoni)

Id-dibattitu sar fid-data 18 ta' Jannar 2016 (punt 16 tal-Minuti ta' 18.1.2016).

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa bi qbil mal-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura minn Matthias Groote, Gerben-Jan Gerbrandy, Bas Eickhout, Merja Kyllönen u Piernicola Pedicini, f'isem il-Kumitat ENVI, dwar l-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (D042120/03 - 2015/2988(RPS)) (B8-0040/2016)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Rifjut

Interventi

Qabel il-votazzjoni, Elżbieta Bieńkowska (Membru tal-Kummissjoni) u Giovanni La Via (President tal-Kumitat ENVI).


8.8. Negozjati rigward il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA) (votazzjoni)

Rapport li fih ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni dwar in-negozjati dwar il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA) [2015/2233(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Viviane Reding (A8-0009/2016)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2016)0041)


8.9. Strateġija Ġdida għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa wara l-2015 (votazzjoni)

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B8-0148/2016, B8-0150/2016, B8-0163/2016 u B8-0164/2016 (2016/2526(RSP))

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI B8-0148/2016

Rifjut

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI B8-0150/2016

Adozzjoni (P8_TA(2016)0042)

(Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B8-0163/2016 et B8-0164/2016 iddekadew.)

PRESIDENZA: Ulrike LUNACEK
Viċi President

Avviż legali