Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 24 ta' Frar 2016 - Brussell

9. Trażmissjoni ta' testi ta' ftehimiet mill-Kunsill

Il-Kunsill għadda kopji ċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:

—   Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino li jistabbilixxi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx;

—   Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-gvern tad-Danimarka u l-gvern awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra;

—   Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-ftehim ta’ sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin;

—   Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jistabbilixxi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx;

—   Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir;

—   Ftehim imsaħħaħ ta' sħubija u kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra;

—   Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Palau dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir;

—   Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju ta' Tonga dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir;

—   Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l- Kosovo*, min-naħa l-oħra.

______________

*   Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/99 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

Avviż legali