Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 24 ta' Frar 2016 - Brussell

10. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati li ġejjin intbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jispeċifika aktar iċ-ċirkostanzi meta esklużjoni mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' tniżżil fil-valur jew ta' konverżjoni hija meħtieġa skont l-Artikolu44(3) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment (C(2016)00379 - 2016/2570(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 4 Frar 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward taċ-ċirkustanzi u l-kondizzjonijiet li taħthom il-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post jista’ jkun parzjalment jew kompletament differit, u l-kriterji għad-determinazzjoni tal-attivitajiet, is-servizzi u l-operazzjonijiet fir-rigward ta’ funzjonijiet kritiċi, u għad-determinazzjoni tal-linji ta’ negozju u servizzi assoċjati fir-rigward tal-linji tan-negozju ewlenin (C(2016)00424 - 2016/2565(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 2 Frar 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jiddetermina dawk l-operazzjonijiet b’rabta mal-applikazzjoni tar-regolamenti agrikoli li jeħtieġu l-introduzzjoni tal-informazzjoni fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali (C(2016)00508 - 2016/2567(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 3 Frar 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-adattament tal-Anness III tiegħu (C(2016)00536 - 2016/2571(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 4 Frar 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN

- Direttiva Delegata tal-Kummissjoni li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għaċ-ċomb, il-kadmju, il-kromju eżavalenti u l-eteri tad-difenil polibromurat (PBDE) fil-parts tal-bdil irkuprati minnn u użati għat-tiswija jew ir-rinnovament ta’ mezzi mediċi jew mikroskopji tal-elettroni (C(2016)00748 - 2016/2577(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 12 Frar 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) Nru 528/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji tal-opzjonijiet fl-approċċ standardizzat tar-riskju tas-suq u li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) Nru 604/2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna l-istandards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi xierqa biex jiġu identifikati l-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu jkollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni (C(2016)00901 - 2016/2590(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment ta' 18 Frar 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

Avviż legali