Indiċi 
Minuti
PDF 251kWORD 192k
L-Erbgħa, 25 ta' Mejju 2016 - BrussellVerżjoni finali
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.In memoriam
 3.Seduta solenni - Netherlands
 4.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 5.Mozzjoni ta' ċensura kontra l-Kummissjoni
 6.Kompożizzjoni tal-Parlament
 7.Verifika tal-kredenzjali
 8.Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
 9.Dokumenti mressqa
 10.Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
 11.Trasferiment ta' approprjazzjonijiet
 12.Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 13.Ordni tal-ħidma
 14.Deċiżjoni adottata dwar il-pakkett dwar is-Suq Uniku Diġitali (dibattitu)
 15.Avviż mill-Presidenza
 16.Deċiżjoni adottata dwar il-pakkett dwar is-Suq Uniku Diġitali (kumplament tad-dibattitu)
 17.Preparazzjoni tas-Summit tal-G7 (dibattitu)
 18.Flussi ta' data transatlantiċi (dibattitu)
 19.Interferenti endokrinali: sitwazzjoni wara s-sentenza tal-Qorti tas-16 ta' Diċembru 2015 (dibattitu)
 20.Użu ta' għodod ta' identifikazzjoni elettronika u ta' servizzi online transfruntieri (dibattitu)
 21.Inwasslu patt ġdid għall-konsumaturi tal-enerġija - Ġlieda kontra l-faqar enerġetiku bħala parti mill-Unjoni tal-Enerġija (dibattitu)
 22.Faqar: perspettiva tal-ġeneru (preżentazzjoni qasira)
 23.Ostakli Nontariffarji fis-Suq Uniku (preżentazzjoni qasira)
 24.Muniti virtwali (preżentazzjoni qasira)
 25.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 26.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 27.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Martin SCHULZ
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 15.05.


2. In memoriam

Il-President jagħti, f'isem il-Parlament, omaġġ lill-memorja ta' Marco Pannella, ex Membru tal-Parlament Ewropew.

(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit fl-istennija tas-seduta solenni.)


3. Seduta solenni - Netherlands

Mit-15.10 sat-15.30 saret seduta solenni tal-Parlament fl-okkażjoni taż-żjara tal-Maestà Tiegħu Guliermu-Alessandru, Re tan-Netherlands.


4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.


5. Mozzjoni ta' ċensura kontra l-Kummissjoni

Il-President fakkar li fit-18 ta' Mejju 2016 kien għarraf li ċerti Membri kienu rtiraw il-firma tagħhom mill-mozzjoni ta' ċensura kontra l-Kummissjoni, imħabbra fit-12 ta' Mejju 2016 (punt 14 tal-Minuti ta' 12.5.2016).

Billi l-mozzjoni ta' ċensura ġabret biss il-firem ta' parti waħda minn għaxra tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament, din għaldaqstant tiddekadi u l-proċedura tingħalaq.

Intervent ta': Jean-Luc Schaffhauser dwar il-proċedura applikabbli (il-President jagħmel xi preċiżazzjonijiet).


6. Kompożizzjoni tal-Parlament

Peter Eriksson inħatar membru tal-Gvern Żvediż.

Il-Parlament ħa nota li, skont l-Artikolu 7(1) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett, din il-funzjoni hija inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew. Skont l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata l-vakanza tas-siġġu tiegħu li tiddekorri mill-25 ta' Mejju 2016, u jinforma b'dan lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.


7. Verifika tal-kredenzjali

Fuq proposta tal-Kumitat JURI, il-Parlament iddeċieda li jikkonvalida l-mandat ta' Lieve Wierinck b'effett mid-data 4 ta' Mejju 2016.


8. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti ma' tranżazzjonijiet sabiex ikunu evitati kundizzjonijiet tan-negozjar diżordinati (C(2016)02775 - 2016/2738(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Mejju 2016

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-termini tax-xiri tal-pitravi fis-settur taz-zokkor mill-1 ta' Ottubru 2017 (C(2016)02783 - 2016/2737(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-17 ta' Mejju 2016

Irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1222/2014 fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-ispeċifikazzjoni tal-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti u għad-definizzjoni ta' subkategoriji ta' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (C(2016)02815 - 2016/2736(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tas-17 ta' Mejju 2016

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar ir-rilaxx u t-telf ta' garanziji ppreżentati għal tali liċenzji, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 341/2007 u (KE) Nru 382/2008 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 507/2008 (C(2016)02835 - 2016/2740(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Mejju 2016

Irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-intervent pubbliku u l-għajnuna għall-ħżin privat (C(2016)02837 - 2016/2741(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Mejju 2016

Irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar arranġamenti, sistemi u proċeduri xierqa għal parteċipanti fis-suq li jiddivulgaw li jwettqu sondaġġi tas-suq (C(2016)02859 - 2016/2735(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tas-17 ta' Mejju 2016

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjonijiet, it-trasparenza, l-espressjoni tal-portafoll u l-miżuri superviżorji dwar l-intervenzjonijiet u l-pożizzjonijiet tal-prodott (C(2016)02860 - 2016/2739(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Mejju 2016

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-aċċess għall-informazzjoni regolata fil-livell tal-Unjoni (C(2016)02887 - 2016/2742(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tad-19 ta' Mejju 2016

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), JURI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għal metodoloġiji u prinċipji dwar il-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi (C(2016)02967 - 2016/2744(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tat-23 ta' Mejju 2016

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li għandhom x'jaqsmu ma' metodoloġija għall-iffissar tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (C(2016)02976 - 2016/2743(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-23 ta' Mejju 2016

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

Abbozz ta' att delegat li t-terminu tiegħu ġie modifikat minn xahar għal 3 xhur fuq talba tal-kumitat responsabbli:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-elementi minimi ta' pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju u l-kontenut minimu tar-rapporti dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan (C(2016)02665 - 2016/2720(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-10 ta' Mejju 2016 fuq talba tal-kumitat responsabbli.

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON


9. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021, il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2014-2021, il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, u l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda (06679/2016 - C8-0175/2016 - 2016/0052(NLE))

irriferut

responsabbli:

INTA

opinjoni:

REGI

- Talba biex il-pjan ta' stabbiliment 2016 jiġi modifikat skont it-termini tal-Artikolu 50(1) tar-Regolament Finanzjarju - Il-Kumitat tar-Reġjuni (N8-0030/2016 - C8-0180/2016 - 2016/2082(GBD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (COM(2016)0248 - C8-0181/2016 - 2016/0130(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli:

EMPL

opinjoni:

ITRE, JURI, ENVI

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet 2/2016 - Il-Qorti tal-Ġustizzja (N8-0031/2016 - C8-0182/2016 - 2016/2085(GBD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet 3/2016 - Il-Qorti tal-Ġustizzja (N8-0032/2016 - C8-0183/2016 - 2016/2086(GBD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet dwar ir-reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali kif ukoll il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati (08112/2016 - C8-0184/2016 - 2016/0061(NLE))

irriferut

responsabbli:

JURI

opinjoni:

FEMM, LIBE

- Tiġdid parzjali ta' membri tal-Qorti tal-Awdituri - kandidat MT (08699/2016 - C8-0185/2016 - 2016/0806(NLE))

irriferut

responsabbli:

CONT

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 09/2016 – Taqsima III – Il-Kummissjoni (N8-0033/2016 - C8-0186/2016 - 2016/2088(GBD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

2) mill-kumitati parlamentari

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Kodiċi tal-Unjoni dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (riformulazzjoni) (COM(2014)0164 - C8-0001/2014 - 2014/0094(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Juan Fernando López Aguilar (A8-0145/2016)

- Rapport bi proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar il-71 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (2016/2020(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Andrey Kovatchev (A8-0146/2016)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni tas-Sajd. (COM(2015)0294 - C8-0160/2015 - 2015/0133(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Marco Affronte (A8-0150/2016)

- Rapport dwar il-faqar: perspettiva tas-sessi (2015/2228(INI)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Maria Arena (A8-0153/2016)

- Rapport dwar il-Politika ta' Koeżjoni u l-Istrateġiji ta' Riċerka u Innovazzjoni għall-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti (RIS3) (2015/2278(INI)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Ramón Luis Valcárcel Siso (A8-0159/2016)

- Rapport dwar Ostakli Nontariffarji fis-Suq Uniku (2015/2346(INI)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Daniel Dalton (A8-0160/2016)

- Rapport dwar "Inwasslu Patt Ġdid għall-Konsumaturi tal-Enerġija" (2015/2323(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Theresa Griffin (A8-0161/2016)

- ***I Rapport dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar it-trasferiment lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-kompetenza sabiex tiddeċiedi, fl-ewwel istanza, it-tilwimiet bejn l-Unjoni u l-membri tal-persunal tagħha (N8-0110/2015 - C8-0367/2015 - 2015/0906(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Mady Delvaux (A8-0167/2016)

- Rapport dwar muniti virtwali (2016/2007(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Jakob von Weizsäcker (A8-0168/2016)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Iżvezja f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 li jistabbilixxu miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja (COM(2015)0677 - C8-0017/2016 - 2015/0314(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Ska Keller (A8-0170/2016)

- Rapport dwar l-Istrateġija għas-Suq Uniku (2015/2354(INI)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Lara Comi (A8-0171/2016)

- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Gianluca Buonanno (2016/2003(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Evelyn Regner (A8-0180/2016)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Greċja – EGF/2015/011 GR/Supermarket Larissa) (COM(2016)0210 - C8-0149/2016 - 2016/2050(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Liadh Ní Riada (A8-0181/2016)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata minn Franza – EGF/2015/010 FR/MoryGlobal) (COM(2016)0185 - C8-0136/2016 - 2016/2043(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Anneli Jäätteenmäki (A8-0182/2016)


10. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)

Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):

—   (O-000068/2016) imressqa minn Czesław Adam Siekierski, f'isem il-Kumitat AGRI, lill-Kunsill: Miżuri biex jindirizzaw il-kriżi fis-settur tal-prodotti tal-ħalib (2016/2659(RSP)) (B8-0370/2016),

—   (O-000069/2016) imressqa minn Czesław Adam Siekierski, f'isem il-Kumitat AGRI, lill-Kummissjoni: Miżuri biex jindirizzaw il-kriżi fis-settur tal-prodotti tal-ħalib (2016/2659(RSP)) (B8-0701/2016).


11. Trasferiment ta' approprjazzjonijiet

Bi qbil mal-Artikolu 25 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jqajjimx oġġezzjonijiet għat-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja INF/2/2016 u INF/3/2016.

Bi qbil mal-Artikolu 50 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jqajjimx oġġezzjonijiet għall-proposta għal modifika tat-tabella tal-persunal tal-Kumitat tar-Reġjuni.


12. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-pożizzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjoni parzjali ta' Jannar 2016 hija disponibbli fuq is-sit Europarl.


13. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Mejju II 2016 (PE 583.362/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):

L-Erbgħa

—   Il-President ippropona, bil-qbil tal-gruppi politiċi, li fl-aġenda tiddaħħal dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-"Interferenti endokrinali: sitwazzjoni wara s-sentenza tal-Qorti tas-16 ta' Diċembru 2015", wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-"Flussi ta' data transatlantiċi".

   Il-Parlament qabel ma' tali proposta.

   Is-seduta b'hekk ittawlet sa nofsillejl.

—   Talba tal-Grupp Verts/ALE biex jingħalaq dan id-dibattitu permezz tat-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li se jkunu sottoposti għal votazzjoni matul is-sessjoni parzjali ta' Ġunju I.

   Interventi ta': Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifika t-talba, u Kathleen Van Brempt, favur it-talba.

   Il-Parlament approva t-talba.

—   Talba tal-Grupp ENF biex tiddaħħal bħala l-ewwel punt tal-aġenda wara s-seduta solenni, Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-"sitwazzjoni postelettorali fil-Kongo-Brazzaville".

   Interventi ta': Louis Aliot f'isem il-Grupp ENF, li ġġustifika t-talba u Mario Borghezio favur it-talba.

   Il-Parlament irrifjuta t-talba.

—   Il-President għarraf li erbgħin Membri ressqu, skont l-Artikolu 113(4) tar-Regoli ta' Proċedura, l-oġġezzjoni bil-miktub tagħhom għall-proċedura applikata għar-Rapport Andrey Kovatchev - A8-0146/2016 dwar "Il-71 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU", u li r-rapport se jiddaħħal fl-aġenda ta' sessjoni parzjali tal-futur.

Il-Ħamis

—   Il-President għarraf li, b'segwitu għall-approvazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tar-Rapport Evelyn Regner - A8-0180/2016, dwar it-"Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Gianluca Buonanno", tali rapport se jkun sottopost għal votazzjoni nhar il-Ħamis, skont l-Artikolu 9(8) tar-Regoli ta' Proċedura.

—   Talba tal-Grupp GUE/NGL biex iżid bħala l-ewwel punt tal-aġenda dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar "l-implikazzjoni preżunta tal-Kummissarju Miguel Arias Cañete f'każijiet ta' korruzzjoni".

   Interventi ta': Xabier Benito Ziluaga f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifika t-talba, Kathleen Van Brempt u Françoise Grossetête, kontra t-talba.

   B'VSI (106 favur, 255 kontra, 28 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

PRESIDENZA: Antonio TAJANI
Viċi President


14. Deċiżjoni adottata dwar il-pakkett dwar is-Suq Uniku Diġitali (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Deċiżjoni adottata dwar il-pakkett dwar is-Suq Uniku Diġitali (2016/2587(RSP))

Andrus Ansip (Viċi President tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Andreas Schwab f'isem il-Grupp PPE, Evelyne Gebhardt f'isem il-Grupp S&D, Hans-Olaf Henkel f'isem il-Grupp ECR, Dita Charanzová f'isem il-Grupp ALDE, Dennis de Jong f'isem il-Grupp GUE/NGL, Julia Reda f'isem il-Grupp Verts/ALE, Barbara Kappel f'isem il-Grupp ENF, Krišjānis Kariņš, Patrizia Toia, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Angel Dzhambazki, Vicky Ford, Kaja Kallas, Paloma López Bermejo, Michel Reimon, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Liisa Jaakonsaari, u Jean-Luc Schaffhauser, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Gunnar Hökmark.

Id-dibattitu ġie interrott hawnhekk.

(Kumplament tad-dibattitu: punt 16 tal-Minuti ta' 25.5.2016)


15. Avviż mill-Presidenza

Il-President għarraf li l-bdot militari tal-Ukrajna Nadiya Savchenko, impriġunata għal bosta xhur fir-Russja, kif ukoll il-ġurnalista ta' investigazzjoni Khadija Ismayilova, detenuta fl-Ażerbajġan, għadhom kif ġew liberati.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-liberazzjoni ta' dawn iż-żewġ nisa, li l-Parlament kien għamel appell għaliha.


16. Deċiżjoni adottata dwar il-pakkett dwar is-Suq Uniku Diġitali (kumplament tad-dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Deċiżjoni adottata dwar il-pakkett dwar is-Suq Uniku Diġitali (2016/2587(RSP))

(Bidu tad-dibattitu: punt 14 tal-Minuti ta' 25.5.2016)

Interventi ta': Róża Gräfin von Thun und Hohenstein u Paul Rübig biex tagħmillu mistoqsija "karta blu".

PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME
Viċi President

Interventi ta': Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, biex twieġeb lil Paul Rübig, Miapetra Kumpula-Natri, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Jean-Luc Schaffhauser, Daniel Dalton, Jan Philipp Albrecht, Laurenţiu Rebega, Paul Rübig, Petra Kammerevert, Anneleen Van Bossuyt, Eva Paunova, Nicola Danti, Henna Virkkunen, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Grapini, Adam Szejnfeld, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Catherine Stihler, Pilar del Castillo Vera u Gunnar Hökmark.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Ivana Maletić, José Blanco López, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Csaba Sógor, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Seán Kelly u Nicola Caputo.

Intervent ta': Andrus Ansip (Viċi President tal-Kummissjoni).

Id-dibattitu ngħalaq.


17. Preparazzjoni tas-Summit tal-G7 (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Preparazzjoni tas-Summit tal-G7 (2016/2586(RSP))

Frans Timmermans (l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni f'isem il-Kummissjoni.

Interventi ta': Paulo Rangel f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Alessia Maria Mosca f'isem il-Grupp S&D, Hans-Olaf Henkel f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Daniel Caspary, Pavel Telička f'isem il-Grupp ALDE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Doru-Claudian Frunzulică, Tania González Peñas f'isem il-Grupp GUE/NGL, Sven Giegold f'isem il-Grupp Verts/ALE, Patrick O'Flynn f'isem il-Grupp EFDD, Gilles Lebreton f'isem il-Grupp ENF, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Angel Dzhambazki, Zoltán Balczó Membru mhux affiljat, Daniel Caspary, Paul Tang, Notis Marias, Javier Couso Permuy, Andrej Plenković, Neena Gill u Barbara Spinelli.

PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU
Viċi President

Interventi ta': Sergio Gaetano Cofferati u Francisco Assis.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Maria Grapini u Ilhan Kyuchyuk.

Interventi ta': Frans Timmermans u Bert Koenders (President fil-kariga tal-Kunsill), dan tal-aħħar biex jagħmel id-dikjarazzjoni f'isem il-Kunsill.

Id-dibattitu ngħalaq.


18. Flussi ta' data transatlantiċi (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Flussi ta' data transatlantiċi (2016/2727(RSP))

Bert Koenders (President fil-kariga tal-Kunsill) u Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Interventi ta': Axel Voss f'isem il-Grupp PPE, Josef Weidenholzer f'isem il-Grupp S&D, Helga Stevens f'isem il-Grupp ECR, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, Cornelia Ernst f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jan Philipp Albrecht f'isem il-Grupp Verts/ALE, Tiziana Beghin f'isem il-Grupp EFDD, Georgios Epitideios Membru mhux affiljat, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Jeroen Lenaers, Ana Gomes, Monica Macovei, Gerard Batten, Angelika Niebler, Emma McClarkin, Beatrix von Storch, Michał Boni u Kazimierz Michał Ujazdowski.

PRESIDENZA: Adina-Ioana VĂLEAN
Viċi President

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo, Notis Marias, Juan Fernando López Aguilar, Ruža Tomašić u Ivan Jakovčić.

Interventi ta': Věra Jourová u Bert Koenders.

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

—   Jan Philipp Albrecht u Judith Sargentini f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-flussi ta' data transatlantiċi (2016/2727(RSP)) (B8-0622/2016);

—   Axel Voss, Monika Hohlmeier, Michał Boni, Roberta Metsola, Esteban González Pons u Anna Maria Corazza Bildt f'isem il-Grupp PPE, dwar il-flussi ta' data transatlantiċi (2016/2727(RSP)) (B8-0623/2016);

—   Ignazio Corrao, Laura Ferrara u Beatrix von Storch f'isem il-Grupp EFDD, Ignazio Corrao, Laura Ferrara, Beatrix von Storch (2016/2727(RSP)) (B8-0633/2016);

—   Claude Moraes, Birgit Sippel, Emilian Pavel u Ana Gomes f'isem il-Grupp S&D, dwar il-flussi ta' data transatlantiċi (2016/2727(RSP)) (B8-0639/2016);

—   Cornelia Ernst, Marina Albiol Guzmán, Barbara Spinelli, Javier Couso Permuy, Luke Ming Flanagan, Tania González Peñas, Miguel Urbán Crespo, Lola Sánchez Caldentey, Xabier Benito Ziluaga, Estefanía Torres Martínez, Stelios Kouloglou, Kostas Chrysogonos, Dimitrios Papadimoulis, Marisa Matias, Eleonora Forenza u Patrick Le Hyaric f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-flussi ta' data transatlantiċi (2016/2727(RSP)) (B8-0642/2016);

—   Timothy Kirkhope, Helga Stevens, Daniel Dalton u Monica Macovei f'isem il-Grupp ECR, dwar il-flussi tad-data transatlantiċi (2016/2727(RSP)) (B8-0643/2016);

—   Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, dwar il-flussi ta' data transatlantiċi (2016/2727(RSP)) (B8-0644/2016).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.6 tal-Minuti ta' 26.5.2016.


19. Interferenti endokrinali: sitwazzjoni wara s-sentenza tal-Qorti tas-16 ta' Diċembru 2015 (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Interferenti endokrinali: sitwazzjoni wara s-sentenza tal-Qorti tas-16 ta' Diċembru 2015 (2016/2747(RSP))

Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Alojz Peterle f'isem il-Grupp PPE, Jytte Guteland f'isem il-Grupp S&D, Julie Girling f'isem il-Grupp ECR, Gerben-Jan Gerbrandy f'isem il-Grupp ALDE, Anja Hazekamp f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bas Eickhout f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Piernicola Pedicini, Piernicola Pedicini f'isem il-Grupp EFDD, Mireille D'Ornano f'isem il-Grupp ENF, Pavel Poc, Mark Demesmaeker, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Kateřina Konečná u Heidi Hautala.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo, Notis Marias u Ivan Jakovčić.

Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis.

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: sessjoni parzjali ta' Ġunju I.


20. Użu ta' għodod ta' identifikazzjoni elettronika u ta' servizzi online transfruntieri (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Użu ta' għodod ta' identifikazzjoni elettronika u ta' servizzi online transfruntieri (2016/2706(RSP))

Andrus Ansip (Viċi President tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Andreas Schwab f'isem il-Grupp PPE, Evelyne Gebhardt f'isem il-Grupp S&D, Anneleen Van Bossuyt f'isem il-Grupp ECR, Kaja Kallas f'isem il-Grupp ALDE, Isabella Adinolfi f'isem il-Grupp EFDD, Eleftherios Synadinos Membru mhux affiljat, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Angel Dzhambazki, Carlos Zorrinho, Pilar del Castillo Vera, Dan Nica u Michał Boni.

PRESIDENZA: Ryszard CZARNECKI
Viċi President

Interventi ta': Catherine Stihler u Jiří Pospíšil.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': José Blanco López, Notis Marias u Ivan Jakovčić.

Intervent ta': Andrus Ansip.

Id-dibattitu ngħalaq.


21. Inwasslu patt ġdid għall-konsumaturi tal-enerġija - Ġlieda kontra l-faqar enerġetiku bħala parti mill-Unjoni tal-Enerġija (dibattitu)

Rapport dwar "Inwasslu patt ġdid għall-konsumaturi tal-enerġija" [2015/2323(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Theresa Griffin (A8-0161/2016)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Ġlieda kontra l-faqar enerġetiku bħala parti mill-Unjoni tal-Enerġija (2016/2707(RSP))

Theresa Griffin ippreżentat ir-rapport.

Maroš Šefčovič (Viċi President tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Seán Kelly f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Soledad Cabezón Ruiz f'isem il-Grupp S&D, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Angel Dzhambazki, Ashley Fox f'isem il-Grupp ECR, Angelika Mlinar f'isem il-Grupp ALDE, Xabier Benito Ziluaga f'isem il-Grupp GUE/NGL, Xabier Benito Ziluaga f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ernest Maragall f'isem il-Grupp Verts/ALE, Dario Tamburrano f'isem il-Grupp EFDD, Auke Zijlstra f'isem il-Grupp ENF, Janusz Korwin-Mikke Membru mhux affiljat, Krišjānis Kariņš, Dan Nica, Evžen Tošenovský, Pavel Telička, Josu Juaristi Abaunz, Davor Škrlec, Roger Helmer, Sotirios Zarianopoulos, Jerzy Buzek, Miapetra Kumpula-Natri, Henna Virkkunen, Carlos Zorrinho, Adam Szejnfeld, Martina Werner, Dubravka Šuica, Flavio Zanonato, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tomáš Zdechovský, u Kaja Kallas (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO).

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, José Blanco López, Notis Marias, Jasenko Selimovic, Kateřina Konečná, Julie Ward u Ivan Jakovčić.

Intervent ta': Maroš Šefčovič.

PRESIDENZA: Ildikó GÁLL-PELCZ
Viċi President

Intervent ta': Theresa Griffin.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.7 tal-Minuti ta' 26.5.2016.


22. Faqar: perspettiva tal-ġeneru (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar il-faqar: perspettiva tal-ġeneru [2015/2228(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Maria Arena (A8-0153/2016)

Maria Arena għamlet il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová, Tibor Szanyi, Marek Jurek, Izaskun Bilbao Barandica, João Pimenta Lopes, Jordi Sebastià, Jonathan Arnott, Janusz Korwin-Mikke, Maria Arena biex tagħmel xi preċiżazzjonijiet wara l-intervent ta' Janusz Korwin-Mikke, Dubravka Šuica u Romana Tomc.

Intervent ta': Jonathan Hill (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 6.8 tal-Minuti ta' 26.5.2016.


23. Ostakli Nontariffarji fis-Suq Uniku (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar l-Ostakli Nontariffarji fis-Suq Uniku [2015/2346(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Daniel Dalton (A8-0160/2016)

Daniel Dalton għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Tibor Szanyi u Notis Marias.

Intervent ta': Jonathan Hill (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 6.9 tal-Minuti ta' 26.5.2016.


24. Muniti virtwali (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar il-muniti virtwali [2016/2007(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Jakob von Weizsäcker (A8-0168/2016)

Jakob von Weizsäcker għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Nicola Caputo, Ivan Jakovčić, Kateřina Konečná, Jonathan Arnott u Miguel Viegas.

Intervent ta': Jonathan Hill (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 6.1 tal-Minuti ta' 26.5.2016.


25. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:

Jiří Pospíšil, Tibor Szanyi, Notis Marias, Yana Toom, Miguel Viegas, Gerard Batten, Mario Borghezio, Gilles Lebreton, Janusz Korwin-Mikke, Tomáš Zdechovský, Iliana Iotova, Marek Jurek, Ivan Jakovčić, Matt Carthy, Sotirios Zarianopoulos, Daniel Buda, Victor Negrescu, Maria Lidia Senra Rodríguez, Michaela Šojdrová, Nicola Caputo u Stanislav Polčák.


26. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 583.362/OJJE).


27. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 23.30.

Klaus Welle

Martin Schulz

Segretarju Ġenerali

President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adaktusson, Adinolfi, Affronte, Agea, Aiuto, Albiol Guzmán, Albrecht, Ali, Aliot, Alliot-Marie, Andersson, Androulakis, Annemans, Arena, Arimont, Arnautu, Arnott, Arthuis, Ashworth, Assis, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, van Baalen, Balas, Balčytis, Balczó, Barekov, Batten, Bay, Bayet, Becerra Basterrechea, Becker, Beghin, Belder, Belet, Benifei, Benito Ziluaga, Berès, Bettini, Bilbao Barandica, Bilde, Bizzotto, Björk, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Bonafè, Boni, Borghezio, Borrelli, Borzan, Boştinaru, Bours, Boutonnet, Boylan, Brannen, Bresso, Briano, Briois, Brok, Buchner, Buda, Bullmann, Buonanno, Buşoi, Buzek, Cabezón Ruiz, Cadec, Calvet Chambon, van de Camp, Caputo, Carthy, Carver, Casa, Caspary, Castaldo, del Castillo Vera, Cavada, Cesa, Charanzová, Chauprade, Chinnici, Chountis, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Cicu, Cirio, Clune, Coburn, Coelho, Cofferati, Collin-Langen, Comi, Comodini Cachia, Corbett, Costa, Couso Permuy, Cozzolino, Cramer, Cristea, Csáky, Czesak, van Dalen, Dalli, Dalton, D'Amato, Dance, Dăncilă, Danjean, Danti, Dantin, Deli, Delli, Delvaux, De Masi, Demesmaeker, De Monte, Denanot, de Sarnez, Deß, Deutsch, Deva, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Dlabajová, Dodds Diane, Dohrmann, Dorfmann, D'Ornano, Durand, Dzhambazki, Eck, Ehler, Eickhout, Engel, Epitideios, Erdős, Ernst, Estaràs Ferragut, Etheridge, Evi, Faria, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrand, Ferrara, Ferreira, Fisas Ayxelà, Flanagan, Flašíková Beňová, Fleckenstein, Florenz, Fontana, Foster, Fotyga, Fountoulis, Fox, Freund, Frunzulică, Gabriel, Gahler, Gál, Gáll-Pelcz, Gambús, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Geier, Gentile, Gerbrandy, Gericke, Geringer de Oedenberg, Giegold, Gierek, Gieseke, Gill Nathan, Gill Neena, Giménez Barbat, Girling, Giuffrida, Goddyn, Goerens, Gomes, González Peñas, González Pons, Gosiewska, de Graaff, Grammatikakis, de Grandes Pascual, Grapini, Graswander-Hainz, Griesbeck, Griffin, Grigule, Groote, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Guteland, Gutiérrez Prieto, Hadjigeorgiou, Halla-aho, Händel, Hannan, Harkin, Häusling, Hautala, Hayes, Hazekamp, Hedh, Henkel, Herranz García, Hetman, Heubuch, Hohlmeier, Hölvényi, Hortefeux, Howitt, Hübner, Hudghton, Huitema, Hyusmenova, in 't Veld, Iotova, Iturgaiz, Ivan, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jakovčić, Jalkh, Ježek, Jiménez-Becerril Barrio, de Jong, Jongerius, Juaristi Abaunz, Jurek, Juvin, Kadenbach, Kalinowski, Kallas, Kalniete, Kammerevert, Kappel, Karas, Kari, Kariņš, Karski, Kaufmann, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Keller Ska, Kelly, Khan, Kirkhope, Kirton-Darling, Kłosowski, Koch, Kofod, Kohlíček, Kölmel, Konečná, Korwin-Mikke, Kósa, Köstinger, Kouloglou, Kovács, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Kudrycka, Kuhn, Kukan, Kumpula-Natri, Kuźmiuk, Kyenge, Kyllönen, Kyrkos, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lange, de Lange, Langen, Lauristin, La Via, Lavrilleux, Lebreton, Le Grip, Legutko, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Lewandowski, Liberadzki, Liese, Lietz, Lins, Lochbihler, Loiseau, Loones, López, López Aguilar, López Bermejo, López-Istúriz White, Lösing, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lunacek, Łybacka, McAvan, McClarkin, McGuinness, McIntyre, Macovei, Maeijer, Maletić, Malinov, Maltese, Mamikins, Maňka, Mann, Maragall, Marias, Marinescu, Martin David, Martin Edouard, Martusciello, Marusik, Maštálka, Matias, Mato, Maurel, Mavrides, Mayer, Mazuronis, Mélin, Melior, Messerschmidt, Meszerics, Metsola, Michels, Mihaylova, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mineur, Mizzi, Mlinar, Moisă, Molnár, Monteiro de Aguiar, Montel, Moody, Moraes, Morano, Morgano, Morin-Chartier, Mosca, Müller, Mureşan, Nagy, Nart, Negrescu, Neuser, Nica, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, van Nieuwenhuizen, Nilsson, Ní Riada, van Nistelrooij, Novakov, Obermayr, O'Flynn, Olbrycht, Ożóg, Pabriks, Paet, Pagazaurtundúa Ruiz, Paksas, Panzeri, Papadakis Demetris, Papadakis Konstantinos, Papadimoulis, Pargneaux, Parker, Paşcu, Paunova, Pedicini, Peillon, Peterle, Petersen, Petir, Philippot, Picierno, Picula, Piecha, Pieper, Pimenta Lopes, Piotrowski, Piri, Pirinski, Pitera, Pittella, Plenković, Plura, Poc, Poche, Pogliese, Polčák, Ponga, Poręba, Pospíšil, Post, Preda, Pretzell, Preuß, Proust, Quisthoudt-Rowohl, Radev, Radoš, Rangel, Rebega, Reda, Regner, Reid, Reintke, Reul, Revault D'Allonnes Bonnefoy, Ribeiro, Riquet, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodrigues Maria João, Rodríguez-Piñero Fernández, Rodust, Rohde, Rolin, Ropė, Rosati, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Saïfi, Salini, Sánchez Caldentey, Sander, Sant, Sârbu, Sargentini, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Schaffhauser, Schaldemose, Schlein, Schmidt, Scholz, Schöpflin, Schulz, Schulze, Schuster, Schwab, Scott Cato, Sebastià, Sehnalová, Selimovic, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Seymour, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Škripek, Škrlec, Smolková, Sógor, Šojdrová, Šoltes, Sommer, Sonneborn, Spinelli, Spyraki, Staes, Starbatty, Steinruck, Štětina, Stevens, Stihler, Stolojan, von Storch, Stuger, Šuica, Sulík, Šulin, Svoboda, Swinburne, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Takkula, Tamburrano, Tănăsescu, Tang, Tannock, Țapardel, Tarabella, Taylor, Telička, Terricabras, Thomas, Thun und Hohenstein, Toia, Tőkés, Tomaševski, Tomašić, Tomc, Toom, Torres Martínez, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Trüpel, Ţurcanu, Turmes, Ujazdowski, Ulvskog, Urbán Crespo, Urtasun, Urutchev, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Vălean, Valenciano, Valero, Valli, Vana, Van Bossuyt, Van Brempt, Vandenkendelaere, Van Orden, Vaughan, Vautmans, Väyrynen, Vergiat, Verheyen, Viegas, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Voss, Vozemberg-Vrionidi, Wałęsa, Ward, Weber Renate, Weidenholzer, von Weizsäcker, Wenta, Werner, Westphal, Wieland, Wikström, Willmott, Winkler Hermann, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Záborská, Zagorakis, Zahradil, Zala, Zalba Bidegain, Zanonato, Zarianopoulos, Ždanoka, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zijlstra, Zīle, Zimmer, Złotowski, Zoffoli, Zorrinho, Zullo, Zver, Zwiefka

Skużati:

Bearder, Crowley, Deprez, Dodds Anneliese, Engström, Joulaud, Lope Fontagné, Theocharous

Avviż legali