Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 6 ta' Ġunju 2016 - Strasburgu

4. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Litwani kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Laima Liucija Andrikienė minflok Gabrielius Landsbergis bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 30 ta' Mejju 2016.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħha jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Laima Liucija Andrikienė tieħu postha fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u tgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel tkun għamlet id-dikjarazzjoni li ma għandha ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

°
° ° °

Wara l-mewt ta' Gianluca Buonanno, bi qbil mal-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata li l-post huwa vakanti mid-data 6 ta' Ġunju 2016 u informa l-Istat Membru kkonċernat dwar dan.

Avviż legali - Politika tal-privatezza