Indiċi 
Minuti
PDF 240kWORD 75k
It-Tnejn, 6 ta' Ġunju 2016 - Strasburgu
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.In memoriam
 3.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti
 4.Kompożizzjoni tal-Parlament
 5.Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
 6.Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
 7.Azzjonijiet meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 8.Trażmissjoni ta' testi ta' ftehimiet mill-Kunsill
 9.Dokumenti mressqa
 10.Ordni tal-ħidma
 11.Laqgħa ta' Livell Għoli tan-NU dwar l-HIV/AIDS (dibattitu)
 12.Rapport 2015 dwar il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp (dibattitu)
 13.Stat tas-sikurezza tal-impjanti nukleari fil-Belarussja (dibattitu)
 14.L-Alleanza l-Ġdida għas-Sigurtà Alimentari u n-Nutrizzjoni (preżentazzjoni qasira)
 15.Evalwazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) (preżentazzjoni qasira)
 16.Operazzjonijiet ta' Appoġġ għall-Paċi - l-involviment tal-UE man-NU u l-Unjoni Afrikana (preżentazzjoni qasira)
 17.Prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista tal-ikel (preżentazzjoni qasira)
 18.Soluzzjonijiet teknoloġiċi għal agrikoltura sostenibbli fl-UE (preżentazzjoni qasira)
 19.It-tisħiħ tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp ekonomiku fil-ġestjoni futura tal-farms Ewropej (preżentazzjoni qasira)
 20.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 21.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 22.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Martin SCHULZ
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.00.


2. In memoriam

Il-President ta ġieħ, f'isem il-Parlament, lill-memorja ta' Gianluca Buonanno.

Il-Parlament osserva minuta silenzju.


3. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti

Il-Minuti tas-seduti tad-dati 25 ta' Mejju 2016 u 26 ta' Mejju 2016 ġew approvati.


4. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Litwani kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Laima Liucija Andrikienė minflok Gabrielius Landsbergis bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 30 ta' Mejju 2016.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħha jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Laima Liucija Andrikienė tieħu postha fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u tgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel tkun għamlet id-dikjarazzjoni li ma għandha ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

°
° ° °

Wara l-mewt ta' Gianluca Buonanno, bi qbil mal-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata li l-post huwa vakanti mid-data 6 ta' Ġunju 2016 u informa l-Istat Membru kkonċernat dwar dan.


5. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 8 ta' Ġunju 2016 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ tal-pagamenti, kummerċ internazzjonali ta' servizzi u investiment dirett barrani (00008/2016/LEX - C8-0207/2016 - 2014/0194(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, ftehim ta' sħubija ekonomika (Riformulazzjoni) (00006/2016/LEX - C8-0206/2016 - 2015/0128(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta' bastimenti (kodifikazzjoni) (00025/2015/LEX - C8-0205/2016 - 2014/0280(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni) (00048/2015/LEX - C8-0204/2016 - 2014/0305(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (Kodifikazzjoni) (00047/2015/LEX - C8-0203/2016 - 2014/0309(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (00072/2015/LEX - C8-0202/2016 - 2013/0314(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali ("ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali") (00003/2016/LEX - C8-0201/2016 - 2014/0032(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta’ eżenzjonijiet għan-negozjanti tal-komoditajiet (00013/2016/LEX - C8-0199/2016 - 2015/0295(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (00076/2015/LEX - C8-0198/2016 - 2013/0402(COD)).


6. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)

Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):

- (O-000029/2016) imressqa minn Claude Moraes, f'isem il-Kumitat LIBE, lill-Kummissjoni: Informazzjoni li tikkonċerna negozjati dwar ftehimiet internazzjonali (2016/2574(RSP)) (B8-0362/2016)

- (O-000038/2016) imressqa minn Claude Moraes, f'isem il-Kumitat LIBE, lill-Kunsill: Segwitu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-11 ta' Frar 2015 dwar ir-rapport tas-Senat tal-Istati Uniti dwar l-użu tat-tortura mis-CIA (2014/2997(RSP)) (2016/2573(RSP)) (B8-0367/2016)

- (O-000039/2016) imressqa minn Claude Moraes, f'isem il-Kumitat LIBE, lill-Kummissjoni: Segwitu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-11 ta' Frar 2015 dwar ir-rapport tas-Senat tal-Istati Uniti dwar l-użu tat-tortura mis-CIA (2014/2997(RSP)) (2016/2573(RSP)) (B8-0368/2016)

- (O-000058/2016) imressqa minn Renate Sommer, Renata Briano, Julie Girling, Frédérique Ries, Stefan Eck, Linnéa Engström u Marco Affronte, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kunsill: Id-deċiżjoni tal-Ġappun li terġa' tibda l-kaċċa għall-balieni fl-istaġun 2015-2016 (2016/2600(RSP)) (B8-0702/2016)

- (O-000059/2016) imressqa minn Renate Sommer, Renata Briano, Julie Girling, Frédérique Ries, Stefan Eck, Linnéa Engström u Marco Affronte, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Id-deċiżjoni tal-Ġappun li terġa' tibda l-kaċċa għall-balieni fl-istaġun 2015-2016 (2016/2600(RSP)) (B8-0703/2016)

- (O-000067/2016) imressqa minn Jerzy Buzek, f'isem il-Kumitat ITRE, lill-Kummissjoni: Il-kompetittività tal-industrija tal-provvista ferrovjarja Ewropea (2015/2887(RSP)) (B8-0704/2016)

- (O-000079/2016) imressqa minn Pavel Svoboda u Heidi Hautala, f'isem il-Kumitat JURI, lill-Kummissjoni: Regolament dwar amministrazzjoni tal-Unjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti (2016/2610(RSP)) (B8-0705/2016)


7. Azzjonijiet meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjoni parzjali ta' Jannar 2016 hija disponibbli fuq is-sit Europarl.


8. Trażmissjoni ta' testi ta' ftehimiet mill-Kunsill

Il-Kunsill għadda kopji ċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:

- Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea;

- Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea;

- Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipalità tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar mekkaniżmu finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021.


9. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (Kosovo*) (COM(2016)0277 - C8-0177/2016 – 2016/0139(COD))

*Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

irriferut

responsabbli:

LIBE

opinjoni:

AFET

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jiddefinixxi l-karatteristiċi tal-bastimenti tas-sajd (riformulazzjoni) (COM(2016)0273 - C8-0187/2016 - 2016/0145(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli:

PECH

opinjoni:

JURI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (07067/2015 - C8-0189/2016 - 2015/0003(NLE))

irriferut

responsabbli:

TRAN

- Tiġdid parzjali tal-Membri tal-Qorti tal-Awdituri - kandidat CY (09186/2016 - C8-0190/2016 - 2016/0807(NLE))

irriferut

responsabbli:

CONT

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jissostitwixxi l-listi tal-proċedimenti ta’ insolvenza u l-prattikanti fl-insolvenza fl-Annessi A u B tar-Regolament (UE) 2015/848 dwarproċedimenti ta’insolvenza (COM(2016)0317 - C8-0196/2016 - 2016/0159(COD))

irriferut

responsabbli:

JURI

opinjoni:

ECON, LIBE

2) mill-kumitati parlamentari

- Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra (2015/2234(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Elmar Brok (A8-0143/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (13085/2014 - C8-0009/2015 - 2014/0224(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Elmar Brok (A8-0148/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra (05431/2015 - C8-0061/2015 - 2013/0441(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Elmar Brok (A8-0149/2016)

- Rapport dwar kapċitajiet spazjali għas-sigurtà u d-difiża Ewropea (2015/2276(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Bogdan Andrzej Zdrojewski (A8-0151/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk fil-Konvenzjoni ta' Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk, sa fejn huma kkonċernati d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll li ma jaqgħux taħt it-Titolu V tal-Parti III tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (14384/2015 - C8-0118/2016 - 2015/0101(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Adam Szejnfeld (A8-0154/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (12594/2014 - C8-0180/2015 - 2014/0234(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Santiago Fisas Ayxelà (A8-0155/2016)

- Rapport dwar l-Operazzjonijiet ta’ Appoġġ għall-Paċi - l-involviment tal-UE man-NU u l-Unjoni Afrikana (2015/2275(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Geoffrey Van Orden (A8-0158/2016)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-objettiv tematiku "nsaħħu l-kompetittività tal-SMEs" (Artikolu 9(3) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni) (2015/2282(INI)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Rosa D'Amato (A8-0162/2016)

- Rapport dwar it-tisħiħ tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp ekonomiku fil-ġestjoni futura tal-farms Ewropej (2015/2227(INI)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Jan Huitema (A8-0163/2016)

- Rapport dwar ir-Rapport 2015 tal-UE dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (2015/2317(INI)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Cristian Dan Preda (A8-0165/2016)

- Rapport dwar l-Alleanza l-Ġdida għas-Sigurtà Alimentari u n-Nutrizzjoni (2015/2277(INI)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Maria Heubuch (A8-0169/2016)

- Rapport dwar l-evalwazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) u dwar l-attivitajiet tal-Fondazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS), tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) u tal-Bord tas-Sorveljanza tal-Interess Pubbliku (PIOB) (2016/2006(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Theodor Dumitru Stolojan (A8-0172/2016)

- Rapport dwar prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista tal-ikel (2015/2065(INI)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Edward Czesak (A8-0173/2016)

- Rapport dwar soluzzjonijiet teknoloġiċi għal agrikoltura sostenibbli fl-UE (2015/2225(INI)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Anthea McIntyre (A8-0174/2016)

- * Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-soġġezzjoni tas-sustanza psikoattiva ġdida 1-phenyl-2-(pyrrolidin-1-yl)pentan-1-one (α-pyrrolidinovalerophenone, α-PVP) għal miżuri ta' kontroll (15386/2015 - C8-0115/2016 - 2015/0309(CNS)) - Kumitat LIBE (A8-0175/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Palau dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12080/2015 - C8-0400/2015 - 2015/0193(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Mariya Gabriel (A8-0177/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12095/2015 - C8-0390/2015 - 2015/0201(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Mariya Gabriel (A8-0178/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju ta' Tonga dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12089/2015 - C8-0374/2015 - 2015/0196(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Mariya Gabriel (A8-0179/2016)

- * Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Rimantas Šadžius bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (07319/2016 - C8-0126/2016 - 2016/0805(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Bart Staes (A8-0183/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tar-Reviżjoni 3 tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jintramaw u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet ("Ftehim Rivedut tal-1958") (13954/2015 - C8-0112/2016 - 2015/0249(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Bernd Lange (A8-0185/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' ftehim fil-forma ta' Dikjarazzjoni dwar l-espansjoni tal-Kummerċ fil-Prodotti tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (ITA) (06925/2016 - C8-0141/2016 - 2016/0067(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Godelieve Quisthoudt-Rowohl (A8-0186/2016)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lit-Tuneżija (COM(2016)0067 - C8-0032/2016 - 2016/0039(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Marielle de Sarnez (A8-0187/2016)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, fir-rigward tas-segretarjat tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (COM(2016)0113 - C8-0109/2016 - 2016/0064(COD)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Ingeborg Gräßle (A8-0188/2016)

- * Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta' evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (COM(2016)0026 - C8-0031/2016 - 2016/0011(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Hugues Bayet (A8-0189/2016)

- *** Rapport interim dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-ratifika u l-adeżjoni mill-Istati Membri, f'isem l-Unjoni, mal-Protokoll tal-2010 għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbilità u l-Kumpens għall-Ħsara b’Konnessjoni mat-Trasportazzjoni bil-Baħar ta’ Sustanzi Perikolużi u ta’ Ħsara fir-rigward tal-aspetti marbutin mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili (14112/2015 - C8-0409/2015 - 2015/0136(NLE)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Pavel Svoboda (A8-0190/2016)

- *** Rapport interim dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-ratifika u l-adeżjoni mill-Istati Membri f'isem l-Unjoni mal-Protokoll tal-2010 għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbilità u l-Kumpens għall-Ħsara b’Konnessjoni mat-Trasportazzjoni bil-Baħar ta’ Sustanzi Perikolużi u ta’ Ħsara bl-eċċezzjoni ta' aspetti marbutin mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili (13806/2015 - C8-0410/2015 - 2015/0135(NLE)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Pavel Svoboda (A8-0191/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet dwar ir-reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm ir-reġimi ta' proprjetà matrimonjali u kemm l-effetti patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati (08112/2016 - C8-0184/2016 - 2016/0061(NLE)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Jean-Marie Cavada (A8-0192/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk għall-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk, meta jkunu kkonċernati d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-obbligi relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u mad-definizzjoni ta' reati kriminali (14387/2015 - C8-0119/2016 - 2015/0100(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Martina Anderson (A8-0198/2016).


10. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Ġunju I (PE 583.763/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

It-Tlieta

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

L-Erbgħa

Talba tal-Grupp GUE/NGL biex jingħalaq id-dibattitu dwar il-mistoqsijiet orali dwar "Id-deċiżjoni tal-Ġappun li jerġa' jibda l-kaċċa għall-balieni fl-istaġun 2015-2016" (2016/2600(RSP)) (punt 64 tal-abbozz definittiv tal-aġenda) bil-preżentazzjoni ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni, imniżżla fil-ħin tal-votazzjonijiet tas-sessjoni parzjali ta' Lulju.

Interventi ta': Anja Hazekamp, f'isem il-Grupp GUE/NGL, biex tiġġustifika t-talba, u Philippe Lamberts, biex jappoġġaha.
B'VSI
(183 favur, 114 kontra, 9 astensjonijiet), il-Parlament approva t-talba.

Il-Ħamis

Talba tal-Grupp PPE biex jiddaħħlu, bħala l-aħħar punt tal-aġenda ta' waranofsinhar, id-"Dibattiti dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat ta' dritt (Artikolu 135 tar-Regoli ta' Proċedura)" (punti 79, 80 u 81 tal-abbozz definittiv tal-aġenda).

Intervent ta': Cristian Dan Preda, f'isem il-Grupp PPE, biex jiġġustifika t-talba.

B'VE (96 favur, 205 kontra, 10 astensjonijiet), il-Parlament irrifjuta t-talba.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.


11. Laqgħa ta' Livell Għoli tan-NU dwar l-HIV/AIDS (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Laqgħa ta' Livell Għoli tan-NU dwar l-HIV/AIDS (2016/2756(RSP))

Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.

PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU
Viċi President

Interventi ta': Cristian-Silviu Buşoi f'isem il-Grupp PPE, Enrique Guerrero Salom f'isem il-Grupp S&D, Charles Goerens f'isem il-Grupp ALDE, Lola Sánchez Caldentey f'isem il-Grupp GUE/NGL, Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE, Piernicola Pedicini f'isem il-Grupp EFDD, Sirpa Pietikäinen, Soledad Cabezón Ruiz, José Inácio Faria, Maria Lidia Senra Rodríguez, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Jonathan Arnott, Marijana Petir, Soraya Post, Izaskun Bilbao Barandica, Stanislav Polčák, Christel Schaldemose, Anna Záborská u Andrejs Mamikins.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Brian Hayes, Nicola Caputo, Notis Marias u Ivan Jakovčić.

Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis.

Id-dibattitu ngħalaq.


12. Rapport 2015 dwar il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp (dibattitu)

Rapport dwar ir-Rapport 2015 tal-UE dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp [2015/2317(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Cristian Dan Preda (A8-0165/2016)

Cristian Dan Preda ppreżenta r-rapport.

Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Lola Sánchez Caldentey (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat INTA), Davor Ivo Stier f'isem il-Grupp PPE, Linda McAvan f'isem il-Grupp S&D, Morten Messerschmidt f'isem il-Grupp ECR, Charles Goerens f'isem il-Grupp ALDE, Javier Couso Permuy f'isem il-Grupp GUE/NGL, Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jonathan Arnott f'isem il-Grupp EFDD, Jean-Luc Schaffhauser f'isem il-Grupp ENF, Lampros Fountoulis Membru mhux affiljat, Bogdan Brunon Wenta, Enrique Guerrero Salom u Notis Marias.

PRESIDENZA: Ramón Luis VALCÁRCEL SISO
Viċi President

Interventi ta': Olaf Stuger, Adam Szejnfeld, Elly Schlein, Joachim Zeller, Pedro Silva Pereira, Stanislav Polčák, Liliana Rodrigues, Mariya Gabriel, Andrejs Mamikins, Tibor Szanyi u Ricardo Serrão Santos.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Csaba Sógor, Nicola Caputo, Izaskun Bilbao Barandica, João Ferreira, Bill Etheridge, Richard Howitt u Ivan Jakovčić.

Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 5.9 tal-Minuti ta' 7.6.2016.


13. Stat tas-sikurezza tal-impjanti nukleari fil-Belarussja (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Stat tas-sikurezza tal-impjanti nukleari fil-Belarussja (2016/2728(RSP))

Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Andrejs Mamikins f'isem il-Grupp S&D, Anna Elżbieta Fotyga f'isem il-Grupp ECR, Petras Auštrevičius f'isem il-Grupp ALDE, Jiří Maštálka f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bronis Ropė f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Jonathan Arnott, Bill Etheridge f'isem il-Grupp EFDD, Gilles Lebreton f'isem il-Grupp ENF, Janusz Korwin-Mikke Membru mhux affiljat, Carlos Zorrinho, Hans-Olaf Henkel, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Klaus Buchner, Jasenko Selimovic, Lola Sánchez Caldentey, Benedek Jávor, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Ivan Jakovčić, Georgios Epitideios, Julie Ward, Monica Macovei, Helmut Scholz, Klaus Buchner, Tibor Szanyi u Kazimierz Michał Ujazdowski.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Bogdan Andrzej Zdrojewski, Notis Marias, João Ferreira, Jonathan Arnott u Eleftherios Synadinos.

Intervent ta': Christos Stylianides.

Id-dibattitu ngħalaq.


14. L-Alleanza l-Ġdida għas-Sigurtà Alimentari u n-Nutrizzjoni (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar l-Alleanza l-Ġdida għas-Sigurtà tal-Ikel u n-Nutrizzjoni [2015/2277(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Maria Heubuch (A8-0169/2016)

Maria Heubuch għamlet il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Bogdan Brunon Wenta, Ricardo Serrão Santos, Notis Marias, Ivan Jakovčić, João Ferreira, Molly Scott Cato, Jonathan Arnott u Tibor Szanyi.

Intervent ta': Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni).

PRESIDENZA: Anneli JÄÄTTEENMÄKI
Viċi President

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 5.10 tal-Minuti ta' 7.6.2016.


15. Evalwazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar l-Evalwazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) u dwar l-Attivitajiet tal-Fondazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS), tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) u tal-Bord tas-Sorveljanza tal-Interess Pubbliku (PIOB) [2016/2006(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Theodor Dumitru Stolojan (A8-0172/2016)

Theodor Dumitru Stolojan għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Miguel Viegas, Igor Šoltes, Jonathan Arnott u Tibor Szanyi.

Intervent ta': Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 5.11 tal-Minuti ta' 7.6.2016.


16. Operazzjonijiet ta' Appoġġ għall-Paċi - l-involviment tal-UE man-NU u l-Unjoni Afrikana (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar l-Operazzjonijiet ta' Appoġġ għall-Paċi - l-involviment tal-UE man-NU u l-Unjoni Afrikana [2015/2275(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Geoffrey Van Orden (A8-0158/2016)

Geoffrey Van Orden għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Bogdan Andrzej Zdrojewski, Nicola Caputo, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Miguel Viegas u Jonathan Arnott.

Intervent ta': Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 5.12 tal-Minuti ta' 7.6.2016.


17. Prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista tal-ikel (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar il-prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista tal-ikel [2015/2065(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Edward Czesak (A8-0173/2016)

Edward Czesak għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Lefteris Christoforou, Olga Sehnalová, Ruža Tomašić, Anna Maria Corazza Bildt, Ivan Jakovčić, João Ferreira, Igor Šoltes, Zoltán Balczó, Mairead McGuinness u Ricardo Serrão Santos.

Intervent ta': Phil Hogan (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 5.13 tal-Minuti ta' 7.6.2016.


18. Soluzzjonijiet teknoloġiċi għal agrikoltura sostenibbli fl-UE (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar is-soluzzjonijiet teknoloġiċi għal agrikoltura sostenibbli fl-UE [2015/2225(INI)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Anthea McIntyre (A8-0174/2016)

Anthea McIntyre għamlet il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Norbert Lins, Ricardo Serrão Santos, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Miguel Viegas, Molly Scott Cato, Jonathan Arnott, Marijana Petir, Tibor Szanyi, Franc Bogovič, Paul Brannen u Luke Ming Flanagan.

Intervent ta': Phil Hogan (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 5.14 tal-Minuti ta' 7.6.2016.


19. It-tisħiħ tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp ekonomiku fil-ġestjoni futura tal-farms Ewropej (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar it-tisħiħ tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp ekonomiku fil-ġestjoni futura tal-farms Ewropej [2015/2227(INI)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Jan Huitema (A8-0163/2016)

Jan Huitema għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Marijana Petir, Ricardo Serrão Santos, Notis Marias u Jasenko Selimovic.

PRESIDENZA: Adina-Ioana VĂLEAN
Viċi President

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Jordi Sebastià, Tibor Szanyi u Nicola Caputo.

Intervent ta': Phil Hogan (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 5.15 tal-Minuti ta' 7.6.2016.


20. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:

Andrea Bocskor, Claudia Țapardel, Anna Záborská, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Mihai Ţurcanu, Jude Kirton-Darling, Jasenko Selimovic, Angel Dzhambazki, Martina Anderson, Deirdre Clune, Paul Brannen, Marian Harkin, Daciana Octavia Sârbu, Andrejs Mamikins, Notis Marias, Josep-Maria Terricabras, Julie Ward, Stanislav Polčák, Marisa Matias, Afzal Khan, Yana Toom, João Ferreira, Gilles Lebreton u Konstantinos Papadakis.


21. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" 583.763/OJMA).


22. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 22.45.

Klaus Welle

Adina-Ioana Vălean

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adaktusson, Adinolfi, Affronte, Aguilera García, Aiuto, Ali, Aliot, Anderson Lucy, Anderson Martina, Andersson, Andrieu, Andrikienė, Androulakis, Annemans, Arena, Arnautu, Arnott, Arthuis, Assis, Atkinson, Auken, Auštrevičius, Ayala Sender, van Baalen, Bach, Balčytis, Balczó, Balz, Barekov, Bashir, Bay, Bayet, Bearder, Becerra Basterrechea, Becker, Beghin, Belder, Bendtsen, Benifei, Berès, Bergeron, Bettini, Bilbao Barandica, Bilde, Bizzotto, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Bonafè, Boni, Borrelli, Borzan, Boştinaru, Bours, Boutonnet, Brannen, Bresso, Briano, Briois, Brok, Buchner, Buda, Bullmann, Buşoi, Buzek, Cabezón Ruiz, Cadec, Calvet Chambon, van de Camp, Caputo, Carthy, Casa, Caspary, Castaldo, Cavada, Cesa, Charanzová, Chauprade, Childers, Chinnici, Chountis, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Cicu, Clune, Coburn, Coelho, Cofferati, Collin-Langen, Comi, Comodini Cachia, Corazza Bildt, Corbett, Corrao, Costa, Couso Permuy, Cozzolino, Cramer, Cristea, Csáky, Czesak, van Dalen, Dalli, Dalton, D'Amato, Dance, Dăncilă, Danti, Dantin, De Castro, Deli, Delli, Delvaux, Demesmaeker, De Monte, Denanot, de Sarnez, Deß, Diaconu, Dodds Diane, Dohrmann, Dorfmann, D'Ornano, Duncan, Durand, Dzhambazki, Eck, Eickhout, Engström, Epitideios, Erdős, Ernst, Ertug, Estaràs Ferragut, Etheridge, Evans, Evi, Fajon, Faria, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrand, Ferrara, Ferreira, Ferreira, Finch, Fisas Ayxelà, Fitto, Fjellner, Flanagan, Flašíková Beňová, Fleckenstein, Florenz, Fontana, Forenza, Foster, Fotyga, Fountoulis, Fox, Freund, Gabriel, Gahler, Gál, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gebhardt, Geier, Gentile, Gerbrandy, Gericke, Geringer de Oedenberg, Gierek, Gieseke, Gill Neena, Girling, Giuffrida, Goddyn, Goerens, Gollnisch, Gomes, González Pons, Gosiewska, Goulard, Grammatikakis, de Grandes Pascual, Grapini, Gräßle, Graswander-Hainz, Griesbeck, Griffin, Groote, Grossetête, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Gutiérrez Prieto, Hadjigeorgiou, Halla-aho, Händel, Harkin, Häusling, Hautala, Hayes, Hazekamp, Helmer, Henkel, Herranz García, Hetman, Heubuch, Hoc, Hoffmann, Hökmark, Hölvényi, Hookem, Hortefeux, Howitt, Hübner, Hudghton, Huitema, Hyusmenova, in 't Veld, Iotova, Iturgaiz, Ivan, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jakovčić, Jalkh, Jáuregui Atondo, Jávor, Jazłowiecka, Ježek, Jiménez-Becerril Barrio, Joly, Jongerius, Juaristi Abaunz, Kadenbach, Kalinowski, Kallas, Kalniete, Kammerevert, Kappel, Karas, Karlsson, Karski, Kaufmann, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Keller Ska, Kelly, Khan, Kirton-Darling, Kłosowski, Koch, Kofod, Kohlíček, Kölmel, Korwin-Mikke, Köster, Köstinger, Kouloglou, Kovács, Kovatchev, Krasnodębski, Krehl, Kudrycka, Kuhn, Kukan, Kuźmiuk, Kyenge, Kyllönen, Kyrkos, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lamassoure, Lambert, Lambsdorff, Lange, Langen, Lavrilleux, Lebreton, Le Grip, Legutko, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Le Pen Jean-Marie, Lewandowski, Lewer, Liberadzki, Liese, Lietz, Lins, Lochbihler, Loiseau, Løkkegaard, Loones, López Aguilar, López Bermejo, Lösing, Lucke, Ludvigsson, Lunacek, Lundgren, Łybacka, McAvan, McClarkin, McGuinness, Mach, McIntyre, Macovei, Maeijer, Maletić, Malinov, Mamikins, Mănescu, Maňka, Mann, Manscour, Maragall, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin David, Martin Dominique, Martin Edouard, Marusik, Maštálka, Matias, Maullu, Maurel, Mavrides, Mazuronis, Meissner, Mélenchon, Melior, Messerschmidt, Meszerics, Metsola, Michels, Mihaylova, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mlinar, Moi, Moisă, Molnár, Monot, Montel, Moraes, Morgano, Morin-Chartier, Mosca, Müller, Mureşan, Muselier, Nagy, Nart, Nekov, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, van Nieuwenhuizen, Nilsson, Noichl, Novakov, Obermayr, Olbrycht, Ożóg, Pabriks, Paet, Pagazaurtundúa Ruiz, Paksas, Panzeri, Paolucci, Papadakis Demetris, Papadakis Konstantinos, Papadimoulis, Parker, Paşcu, Pavel, Pedicini, Peillon, Peterle, Petersen, Petir, Picierno, Picula, Piecha, Pieper, Pietikäinen, Pimenta Lopes, Piotrowski, Piri, Pirinski, Pitera, Plenković, Plura, Poc, Poche, Pogliese, Polčák, Ponga, Poręba, Post, Preda, Pretzell, Preuß, Proust, Punset, Radoš, Rangel, Rebega, Reda, Reding, Regner, Reid, Reimon, Reintke, Reul, Riquet, Rivasi, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodrigues Maria João, Rodust, Rohde, Rolin, Ropė, Rosati, Rozière, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Saïfi, Sakorafa, Salini, Sánchez Caldentey, Sander, Sant, Sârbu, Sargentini, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Schaffhauser, Schaldemose, Schlein, Schmidt, Scholz, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulz, Schulze, Schuster, Schwab, Scott Cato, Sebastià, Sehnalová, Selimovic, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Simon Siôn, Škripek, Škrlec, Smolková, Sógor, Šojdrová, Šoltes, Sommer, Sonneborn, Spyraki, Staes, Starbatty, Štefanec, Štětina, Stevens, Stier, Stihler, Stolojan, Stuger, Šuica, Šulin, Svoboda, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Takkula, Tamburrano, Tănăsescu, Tang, Tannock, Țapardel, Tarabella, Tarand, Taylor, Telička, Terricabras, Thomas, Thun und Hohenstein, Tomaševski, Tomašić, Tomc, Toom, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Trüpel, Ţurcanu, Turmes, Ujazdowski, Ulvskog, Urutchev, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Vălean, Valero, Valli, Vana, Van Bossuyt, Van Brempt, Vandenkendelaere, Van Orden, Vaughan, Vautmans, Väyrynen, Vergiat, Verheyen, Viegas, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Voss, Wałęsa, Ward, Weidenholzer, von Weizsäcker, Wenta, Wieland, Wierinck, Wikström, Winberg, Winkler Hermann, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Woolfe, Záborská, Zahradil, Zala, Zalba Bidegain, Zanonato, Zarianopoulos, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zijlstra, Zīle, Zimmer, Złotowski, Zoffoli, Żółtek, Zorrinho, Zullo, Zver, Zwiefka

Skużati:

Ayuso, Bové, Crowley, Czarnecki, Deprez, Díaz de Mera García Consuegra, Dodds Anneliese, Drăghici, Guteland, Hedh, Joulaud, Lope Fontagné, Mato, Mayer Georg, Rodríguez-Piñero Fernández, Sippel, Theocharous, Vozemberg-Vrionidi, Weber Renate, Ždanoka

Avviż legali