Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 12 ta' Settembru 2016 - Strasburgu

11. Rettifiki (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-kumitati responsabbli ressqu dawn ir-rettifiki ta' testi approvati mill-Parlament Ewropew:

—   Rettifika P8_TA-PROV(2016)0305(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Lulju 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/.... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2007/2004, ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2016/399 P8_TA-PROV(2016)0305 (COM(2015)0671 – C8-0408/2015 – 2015/0310(COD)) – Kumitat LIBE;

—   Rettifika P8_TA-PROV(2016)0306(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Lulju 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima P8_TA-PROV(2016)0306 (COM(2015)0667 – C8-0404/2015 – 2015/0313(COD)) – Kumitat TRAN;

—   Rettifika P8_TA-PROV(2016)0307(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Lulju 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/.... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd P8_TA-PROV(2016)0307 (COM(2015)0669 – C8-0406/2015 – 2015/0308(COD)) – Kumitat PECH;

—   Rettifika P8_TA-PROV(2016)0296(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Lulju 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b’kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE P8_TA-PROV(2016)0296 (COM(2014)0581 – C8-0168/2014 – 2014/0268(COD)) – Kumitat ENVI.

—   Rettifika P8_TA(2015)0439(COR01) għar-Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 21) (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fil-15 ta' Diċembru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament ikkwotat hawn fuq P8_TA(2015)0439) (10373/1/2015 – C8-0351/2015 – 2013/0088(COD)) Kumitat JURI.

Ir-rettifiki huma disponibbli fuq Europarl.

Bi qbil mal-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn ir-rettifiki jitqiesu approvati sakemm fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa mit-tħabbir tagħhom, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwarhom.

Avviż legali - Politika tal-privatezza