Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 12 ta' Settembru 2016 - Strasburgu

16. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (tfassil mill-ġdid) (COM(2016)0270 - C8-0173/2016 - 2016/0133(COD))
F'konformità mal-Artikoli 304 u 307 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

AFET, BUDG, JURI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-"Eurodac" għat-tqabbil ta' marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida għall-idenifikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li qed jirresjiedu illegalmentu dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi (riformulazzjoni) (COM(2016)0272 – C8-0179/2016 - 2016/0132(COD))
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-President se jikkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

AFET, BUDG, JURI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea sabiex jipprovdi għall-pagament tal-avvanzi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2017 (COM(2016)0312 - C8-0245/2016 - 2016/2119(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

REGI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-migrazzjoni, tar-refuġjati u tas-sigurtà (COM(2016)0313 - C8-0246/2016 - 2016/2120(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

AFET, LIBE

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (COM(2016)0447 - C8-0264/2016 - 2016/0207(COD))

irriferut

responsabbli :

AFET

opinjoni :

DEVE, BUDG, INTA, JURI

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu u li temenda d-Direttiva 2009/101/KE (COM(2016)0450 - C8-0265/2016 - 2016/0208(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 282(5) tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Bank Ċentrali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

DEVE, JURI, ECON, INTA

- Abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Operattiva u Strateġika bejn il-Georgia u l-Europol (10343/2016 - C8-0266/2016 - 2016/0810(CNS))

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Operattiva u Strateġika bejn l-Ukrajna u l-Europol (10345/2016 - C8-0267/2016 - 2016/0811(CNS))

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Tuvalu dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (09764/2016 - C8-0268/2016 - 2016/0100(NLE))

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

AFET

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea sabiex tingħata assistenza lill-Greċja wara t-terremot li affettwa l-Gżejjer Joniċi f’Novembru 2015 (COM(2016)0462 - C8-0283/2016 - 2016/2165(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

REGI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar il-fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej (COM(2016)0461 - C8-0320/2016 - 2016/0221(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 282(5) tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Bank Ċentrali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

ECON

opinjoni :

ITRE, JURI, IMCO

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura komuni għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE (COM(2016)0467 - C8-0321/2016 - 2016/0224(COD))
F'konformità mal-Artikoli 304 u 307 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

AFET, EMPL

- Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri u dwar sekwestru internazzjonali ta' minuri (riformulazzjoni) (COM(2016)0411 - C8-0322/2016 - 2016/0190(CNS))

irriferut

responsabbli :

JURI

opinjoni :

PETI, FEMM, LIBE, JURI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul (COM(2016)0466 - C8-0324/2016 - 2016/0223(COD))
F'konformità mal-Artikoli 304 u 307 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

AFET, EMPL, JURI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2016)0468 - C8-0325/2016 - 2016/0225(COD))
F'konformità mal-Artikoli 304 u 307 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

DEVE, AFET, EMPL, BUDG

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra (COM(2016)0460 - C8-0327/2016 - 2016/0218(COD))

irriferut

responsabbli :

INTA

opinjoni :

AFET, PECH, AGRI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, fir-rigward ta' merkanzija li tkun telqet temporanjament mit-territorju doganali tal-Unjoni bil-baħar jew bl-ajru (COM(2016)0477 - C8-0328/2016 - 2016/0229(COD))

irriferut

responsabbli :

IMCO

opinjoni :

INTA

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni personali marbuta mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali (08523/2016 - C8-0329/2016 - 2016/0126(NLE))

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

AFET, JURI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima (COM(2016)0479 - C8-0330/2016 - 2016/0230(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

ENVI

opinjoni :

DEVE, AGRI, ITRE, TRAN

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima (COM(2016)0482 - C8-0331/2016 - 2016/0231(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

ENVI

opinjoni :

DEVE, AGRI, ITRE, TRAN, REGI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak għal bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Isvezja (10711/2016 - C8-0332/2016 - 2016/0192(NLE))

irriferut

responsabbli :

PECH

- Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-aċċess tal-awtoritajiet tat-taxxa għal informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (COM(2016)0452 - C8-0333/2016 - 2016/0209(CNS))

irriferut

responsabbli :

ECON

opinjoni :

JURI, CONT, LIBE

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 676/2007 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 (COM(2016)0493 - C8-0336/2016 - 2016/0238(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

PECH

opinjoni :

DEVE, ENVI, BUDG, REGI

- Nomina ta' Sir Julian King KCVO CMG bħala Membru tal-Kummissjoni Ewropea (11119/2016 - C8-0339/2016 – 2016/0812(NLE))

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Proposta għal deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija fid-Danimarka tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA (11219/2016 - C8-0340/2016 - 2016/0813(CNS))

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Proposta għal deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija fid-Danimarka tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika (11220/2016 - C8-0341/2016 - 2016/0814(CNS))

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 (COM(2016)0531 - C8-0342/2016 - 2016/0256(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

EMPL

opinjoni :

BUDG

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 337/75 (COM(2016)0532 - C8-0343/2016 - 2016/0257(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

EMPL

opinjoni :

BUDG

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2062/94 (COM(2016)0528 - C8-0344/2016 - 2016/0254(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

EMPL

opinjoni :

ENVI, BUDG

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma' persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta' dejta fuq livell individwali miġbura minn kampjuni (COM(2016)0551 - C8-0345/2016 - 2016/0264(COD))

irriferut

responsabbli :

EMPL

opinjoni :

BUDG, ECON

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Finlandja - EGF/2016/001FI/Microsoft (COM(2016)0490 - C8-0348/2016 - 2016/2211(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

EMPL, REGI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 rigward l-iskambju ta’ informazzjoni, is-sistema ta’ twissija bikrija u l-proċedura tal-valutazzjoni tar-riskju dwar sustanzi psikoattivi ġodda (COM(2016)0547 - C8-0351/2016 - 2016/0261(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

ENVI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali (COM(2016)0543 - C8-0352/2016 - 2016/0259(COD))
F'konformità mal-Artikolu 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

CULT

opinjoni :

BUDG, REGI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara l-applikazzjoni mill-Iżvezja – EGF/2016/002 SE/Ericsson (COM(2016)0554 - C8-0355/2016 - 2016/2214(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

EMPL, REGI

2) mill-kumitati parlamentari

2.1) rapporti

- Rapport dwar il-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea - l-aħjar prattiki u miżuri innovattivi (2015/2280(INI)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Iskra Mihaylova (A8-0202/2016)

- Rapport Lejn Disinn Ġdid tas-Suq tal-Enerġija (2015/2322(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Werner Langen (A8-0214/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti, wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (14381/2013 - C8-0120/2016 - 2013/0321(NLE)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Danuta Jazłowiecka (A8-0216/2016)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 dwar it-tisħiħ tal-kontrolli fil-fruntieri esterni abbażi ta' bażijiet tad-dejta rilevanti (COM(2015)0670 - C8-0407/2015 - 2015/0307(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Monica Macovei (A8-0218/2016)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS), u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI (COM(2016)0007 - C8-0012/2016 - 2016/0002(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Timothy Kirkhope (A8-0219/2016)

- Rapport dwar il-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Afrika: l-implikazzjonijiet għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja (2015/2341(INI)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Ignazio Corrao (A8-0221/2016)

- Rapport dwar l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs u ż-żieda tad-diversità tal-finanzjament tal-SMEs f’Unjoni tas-Swieq Kapitali (2016/2032(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Othmar Karas (A8-0222/2016)

- Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol ("Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi") (2015/2116(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Renate Weber (A8-0225/2016)

- Rapport dwar Strateġija tal-UE għar-reġjun Alpin (2015/2324(INI)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Mercedes Bresso (A8-0226/2016)

- Rapport dwar l-attivitajiet, l-impatt u l-valur miżjud tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni bejn l-2007 u l-2014 (COM(2015)0355 - 2015/2284(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Marian Harkin (A8-0227/2016)

- *** I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u s-sostituzzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (COM(2015)0625 - C8-0386/2015 - 2015/0281(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Monika Hohlmeier (A8-0228/2016)

- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' István Ujhelyi (2015/2237(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Tadeusz Zwiefka (A8-0229/2016)

- Rapport dwar it-talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Rosario Crocetta (2016/2015(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Heidi Hautala (A8-0230/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV: 6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (15561/2015 - C8-0158/2016 - 2015/0298(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Iuliu Winkler (A8-0231/2016)

- Rapport dwar Strateġija tal-UE dwar it-Tisħin u t-Tkessiħ (COM(2016)0051 - 2016/2058(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Adam Gierek (A8-0232/2016)

- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Sotirios Zarianopoulos (2016/2083(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Gilles Lebreton (A8-0233/2016)

- *** I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (reviżjoni tal-mekkaniżmu ta' sospensjoni) (COM(2016)0290 - C8-0176/2016 - 2016/0142(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra (A8-0235/2016)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 tat-22 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja (COM(2016)0171 - C8-0133/2016 - 2016/0089(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Ska Keller (A8-0236/2016)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament ((KE) Nru 1935/2004) dwar Materjali li jiġu f'Kuntatt mal-Ikel (2015/2259(INI)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Christel Schaldemose (A8-0237/2016)

- *** I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ (COM(2015)0583 - C8-0375/2015 - 2015/0268(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Petr Ježek (A8-0238/2016)

- *** I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet (COM(2013)0884 - C8-0033/2014 - 2013/0432(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Kaja Kallas (A8-0239/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (06870/2016 - C8-0235/2016 - 2016/0058(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Pablo Zalba Bidegain (A8-0241/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (10107/2016 - C8-0243/2016 - 2016/0005(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Alexander Graf Lambsdorff (A8-0242/2016)

- Rapport dwar ir-responsabbiltà tal-kumpaniji għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi (2015/2315(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Ignazio Corrao (A8-0243/2016)

- *** I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għall-finijiet tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, u li jemenda d-Direttiva 2013/32/UE (COM(2015)0452 - C8-0270/2015 - 2015/0211(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Sylvie Guillaume (A8-0244/2016)

- Rapport dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-migrazzjoni f'pajjiżi terzi (2015/2316(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Marie-Christine Vergiat (A8-0245/2016)

- Rapport interim dwar l-inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku (2016/2090(INI)) - Kumitat EMIS - Rapporteurs: Pablo Zalba Bidegain, Gerben-Jan Gerbrandy (A8-0246/2016)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2016)0071 - C8-0098/2016 - 2016/0043(NLE)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Laura Agea (A8-0247/2016)

- Rapport dwar kif għandu jiġi sfruttat bl-aħjar mod il-potenzjal ta’ ħolqien ta’ impjiegi tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) (2015/2320(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Zdzisław Krasnodębski (A8-0248/2016)

- Rapport dwar ir-relazzjonijiet tal-UE mat-Tuneżija fil-kuntest reġjonali attwali (2015/2273(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Fabio Massimo Castaldo (A8-0249/2016)

- *** I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi (COM(2015)0750 - C8-0358/2015 - 2015/0269(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Vicky Ford (A8-0251/2016)

- Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-Summit Soċjali Tripartitiku għat-Tkabbir u l-Impjiegi u li tħassar id-Deċiżjoni 2003/174/KE (05820/2014 - C8-0164/2016 - 2013/0361(APP)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Csaba Sógor (A8-0252/2016)

- Rapport dwar il-ħolqien ta' kundizzjonijiet fis-suq tax-xogħol favorevoli għal bilanċ bejn il-ħajja u dik tax-xogħol (2016/2017(INI)) - Kumitat EMPL - Kumitat FEMM - Rapporteur: Tatjana Ždanoka (A8-0253/2016)

- Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali (2016/2010(INI)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Markus Ferber (A8-0254/2016)

- Rapport dwar id-dumping soċjali fl-Unjoni Ewropea (2015/2255(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Guillaume Balas (A8-0255/2016)

- * Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Leo Brincat bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (08699/2016 - C8-0185/2016 - 2016/0806(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Igor Šoltes (A8-0257/2016)

- * Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Lazaros Stavrou Lazarou bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (09186/2016 - C8-0190/2016 - 2016/0807(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Igor Šoltes (A8-0258/2016)

- * Rapport dwar il-ħatra proposta ta' João Alexandre Tavares Gonçalves de Figueiredo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (10874/2016 - C8-0260/2016 - 2016/0809(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Igor Šoltes (A8-0259/2016)

2.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari

- *** II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 471/2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri fir-rigward tal-għoti ta' setgħat delegati u ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (08536/1/2016 - C8-0226/2016 - 2013/0279(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Bernd Lange (A8-0240/2016)

- *** II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE (07532/2/2016 - C8-0227/2016 - 2013/0302(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Ivo Belet (A8-0256/2016)

Avviż legali