Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 4 ta' Ottubru 2016 - Strasburgu

5. Il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra ***I (dibattitu)
CRE

Rapport dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra [COM(2014)0001 - C7-0014/2014 - 2014/0005(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Marietje Schaake (A8-0267/2015)

Id-dibattitu sar fid-data 26 ta' Ottubru 2015 (punt 14 tal-Minuti ta' 26.10.2015).
Il-votazzjoni dwar il-mozzjoni għal riżoluzzjoni leġiżlattiva ġiet posposta waqt is-seduta tas-27 ta' Ottubru 2015 (punt 5.9 tal-Minuti ta' 27.10.2015).

Marietje Schaake ippreżentat ir-rapport.

Intervent ta': Cecilia Malmström (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Barbara Lochbihler (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET), Santiago Fisas Ayxelà f'isem il-Grupp PPE, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández f'isem il-Grupp S&D, Mark Demesmaeker f'isem il-Grupp ECR, Eleonora Forenza f'isem il-Grupp GUE/NGL, Barbara Lochbihler f'isem il-Grupp Verts/ALE, Tiziana Beghin f'isem il-Grupp EFDD, Lampros Fountoulis Membru mhux affiljat, u Daniel Caspary.

PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME
Viċi President

Interventi ta': David Martin, Helmut Scholz, Janusz Korwin-Mikke, Seán Kelly, Bernd Lange, Patrick Le Hyaric, Daniel Buda, Alessia Maria Mosca, Javier Couso Permuy, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Doru-Claudian Frunzulică, Pedro Silva Pereira, Josu Juaristi Abaunz, Jude Kirton-Darling u Ana Gomes.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo, Notis Marias u Maria Grapini.

Interventi ta': Cecilia Malmström u Marietje Schaake.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.7 tal-Minuti ta' 4.10.2016.

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 11.00. Ħin li fih tkompliet is-seduta: 12.05)

Avviż legali - Politika tal-privatezza