Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 24 ta' Ottubru 2016 - Strasburgu

4. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Spanjoli kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Florent Marcellesi minflok Jordi Sebastià bħala Membru tal-Parlament, b'effett mill-11 ta' Ottubru 2016.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Florent Marcellesi jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

°
° ° °

Andrej Plenković u Davor Ivo Stier ressqu bil-miktub ir-riżenja tagħhom bħala Membri tal-Parlament, b'effett mill-14 ta' Ottubru 2016.

B'mod konformi mal-Artikolu 4(1) u (3), tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament jikkonferma li s-siġġijiet tagħhom huma battala sa minn din id-data u jinforma lill-awtorità nazzjonali kkonċernata.

Matthias Groote u Richard Howitt ressqu wkoll bil-miktub ir-riżenja tagħhom bħala Membri tal-Parlament, b'effett mill-1 u t-2 ta' Novembru 2016 rispettivament.

B'mod konformi mal-Artikolu 4(1) u (3), tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament jikkonferma li s-siġġijiet tagħhom huma battala sa minn din id-data u jinforma lill-awtorità nazzjonali kkonċernata.

Avviż legali - Politika tal-privatezza