Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 12 ta' Diċembru 2016 - StrasburguVerżjoni finali

9. Ordni tal-ħidma
CRE

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Diċembru 2016 (PE 595.324/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

It-Tlieta

- Talba tal-Grupp GUE/NGL biex jiddaħħal fl-aġenda dibattitu dwar ir-rapport Corbett dwar ir-Reviżjoni Ġenerali tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament (A8-0344/2016), wara d-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pakkett “Enerġija Nadifa għal Kulħadd” (punt 86 tal-PDOJ).

Interventi ta': Helmut Scholz, f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifika t-talba, u Philippe Lamberts, favur it-talba.

B'VE (207 favur, 158 kontra, 11 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

- Talba tal-Grupp ENF biex tiddaħħal fl-aġenda dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni f'Aleppo, bħala t-tieni punt ta' waranofsinhar.

Interventi ta': Edouard Ferrand f'isem il-Grupp ENF, li ġġustifika t-talba, u Jean-Luc Schaffhauser, favur it-talba.

Il-Parlament irrifjuta t-talba.

- Talba tal-Grupp EFDD biex tiddaħħal fl-aġenda d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u d-demokrazija fil-Polonja (punt 103 tal-PDOJ).

Interventi ta': James Carver f'isem il-Grupp EFDD, li ġġustifika t-talba, Marek Jurek, favur it-talba, Janusz Lewandowski, li jqis li d-data tad-dibattitu mhijiex magħżula sew għaliex tikkorrispondi għall-ħamsa u tletin anniversarju tal-impożizzjoni tal-liġi marzjali fil-Polonja u ppropona li l-kwistjoni tiġi trattata fil-Kumitat LIBE (fil-preżenza tal-ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Timmermans) qabel ma terġa' tiġi trattata fil-plenarja, Terry Reintke, kontra t-talba tal-Grupp EFDD, u Bogusław Liberadzki, li ppropona li d-dibattitu jseħħ f'Jannar jew inkella l-Erbgħa 14 ta' Diċembru 2016.

B'VE (80 favur, 200 kontra, 103 astensjoni), il-Parlament irrifjuta l-proposta tal-Grupp EFDD.

B'VE (149 favur, 200 kontra, 31 astensjoni), il-Parlament irrifjuta l-proposta ta' Janusz Lewandowski.

B'VE (193 favur, 171 kontra, 21 astensjoni), il-Parlament approva t-talba ta' Bogusław Liberadzki.

L-Erbgħa

- Talba tal-Grupp GUE/NGL biex tiddaħħal fl-aġenda dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-UE u t-Turkija u l-istabbiliment mill-ġdid tat-trasferimenti ta' Dublin, bħala t-tieni punt ta' waranofsinhar.

Interventi ta': Barbara Spinelli f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba, u Ska Keller, favur it-talba.

B'VE (204 favur, 149 kontra, 6 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

- Talba tal-Grupp EFDD biex tiddaħħal fl-aġenda dikjarazzjoni tal- Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar l-Attakk kontra katedral Koptu fil-Kajr - libertà tar-reliġjon u tat-twemmin.

Interventi ta': James Carver f'isem il-Grupp EFDD, li ġġustifika t-talba, Philippe Lamberts, favur it-talba, u Pier Antonio Panzeri, kontra t-talba.

B'VE (173 favur, 150 kontra, 24 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

Il-Ħamis

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Intervent ta': Takis Hadjigeorgiou.

Avviż legali