Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 13 ta' Diċembru 2016 - StrasburguVerżjoni finali

PRESIDENZA: Antonio TAJANI
Viċi President

5. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.


5.1. Ftehim Qafas bejn l-UE u r-Repubblika tal-Alġerija rigward il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Alġerija fi programmi tal-Unjoni *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija rigward il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija fil-programmi tal-Unjoni [16152/2014 - C8-0152/2015- 2014/0195(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Pier Antonio Panzeri (A8-0367/2016)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt )

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni (P8_TA(2016)0482)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll.


5.2. Atlantiku tal-Grigal: stokkijiet tal-baħar fond u sajd fl-ilmijiet internazzjonali ***II (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 [11625/1/2016 - C8-0427/2016 - 2012/0179(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Isabelle Thomas (A8-0369/2016)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa għar-rifjut tal-pożizzjoni tal-Kunsill)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

Dikjarat approvat (P8_TA(2016)0483?)


5.3. Reviżjoni Ġenerali tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament (votazzjoni)

rapport dwar ir-reviżjoni ġenerali tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament [2016/2114(REG)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Richard Corbett (A8-0344/2016)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa għat-test tar-Regoli ta' Proċedura, maġġoranza sempliċi meħtieġa għall-interpretazzjonijiet u l-proposta tad-deċiżjoni)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

Emendi adottati: Ara l-Anness "Riżultati tal-votazzjonijiet" , punt 3

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Approvazzjoni b'emendi (P8_TA(2016)0484)

Id-dispożizzjonijiet il-ġodda se jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tal-perjodu ta' sessjoni ta' wara dak li fih jiġu adottati, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 212(1) u (2), l-Artikolu 199 u l-Artikolu 200 tar-Regoli ta' Proċedura.

Interventi

João Ferreira f'isem il-Grupp GUE/NGL, qabel il-votazzjoni, li talab li l-votazzjoni tiġi posposta u Max Andersson, dwar id-deċiżjoni tal-President li jiddikjara l-Emenda 320 bħala inammissibbli (Il-President spjega r-raġunament wara din id-deċiżjoni).

B'VE (197 favur, 453 kontra, 39 astensjoni), il-Parlament ċaħad it-talba għal aġġornament.

György Schöpflin ressaq emenda orali għall-emenda 181, li ġiet aċċettata.


5.4. Sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2015 (votazzjoni)

Rapport dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2015 [2016/2009(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: József Nagy (A8-0345/2016)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2016)0485)


5.5. Politika koerenti tal-UE għall-industriji kulturali u kreattivi (votazzjoni)

Rapport dwar politika koerenti tal-UE għall-industriji kulturali u kreattivi [2016/2072(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteurs: Christian Ehler u Luigi Morgano (A8-0357/2016)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2016)0486)


5.6. Id-Drittijiet tan-Nisa fl-Istati tas-Sħubija tal-Lvant (votazzjoni)

Rapport dwar id-drittijiet tan-nisa fl-Istati tas-Sħubija tal-Lvant [2016/2060(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Mariya Gabriel (A8-0365/2016)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2016)0487)

PRESIDENZA: David-Maria SASSOLI
Viċi President

Avviż legali