Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 1 ta' Marzu 2017 - BrussellVerżjoni finali

7. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President għarraf li, flimkien mal-President tal-Kunsill, illum ipproċeda għall-iffirmar ta' dawn l-atti li ġejjin adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (Georgia) (00064/2016/LEX - C8-0093/2017 - 2016/0075(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (reviżjoni tal-mekkaniżmu ta’ sospensjoni) (00058/2016/LEX - C8-0092/2017 - 2016/0142(COD)).

Avviż legali