Indiċi 
Minuti
PDF 234kWORD 75k
It-Tnejn, 13 ta' Marzu 2017 - StrasburguVerżjoni finali
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
 3.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti
 4.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 5.Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)
 6.Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
 7.Mistoqsija orali għal tweġiba orali (tressiq)
 8.Interpellazzjonijiet maġġuri (Artikolu 130b tar-Regoli ta' Proċedura) (tressiq)
 9.Dokumenti mressqa
 10.Ordni tal-ħidma
 11.Il-merkurju ***I (dibattitu)
 12.Involviment fit-tul tal-azzjonisti u d-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva ***I (dibattitu)
 13.L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2014/2015 - Trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi - Rapport dwar fondi tal-UE għall-ugwaljanza bejn is-sessi (dibattitu)
 14.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 15.L-implikazzjonijiet tal-Big Data fuq id-drittijiet fundamentali (preżentazzjoni qasira)
 16.Standards Minimi għall-Protezzjoni tal-Fniek tat-Trobbija (preżentazzjoni qasira)
 17.Sjieda responsabbli u kura tal-ekwidi (preżentazzjoni qasira)
 18.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 19.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 20.Għeluq tas-seduta
 21.Għeluq tas-sessjoni annwali
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.00.


2. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza

Il-President esprima l-kondoljanzi tal-Parlament lill-familji tal-vittmi tan-nirien li fit-8 ta' Marzu 2017 ħakkmu lir-rifuġju għall-minorenni fil-belt ta' San José Pinula, fil-Guatemala.

Il-President fakkar ukoll fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Internazzjonali tan-Nisa fit-8 ta' Marzu, fil-parteċipazzjoni tiegħu fil-laqgħa straordinarja tal-Kumitat FEMM u fil-laqgħa tiegħu ma' Lamiya Aji Bashar u Hauwa Ibrahim, rebbieħa tal-Premju Sakharov.

Il-President esprima l-kundanna qawwija tiegħu fir-rigward tal-Membru li fl-1 ta' Marzu 2017, waqt id-dibattitu dwar id-differenzi fis-salarji bejn l-irġiel u n-nisa, qal kummenti inaċċettabbli kontra n-nisa u kkonferma li se jħabbar sanzjonijiet xierqa meta tingħalaq il-proċedura dixxiplinarja li għaddejja bħalissa.


3. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti

Il-Minuti tas-seduti tad-dati 1 ta' Marzu 2017 u 2 ta' Marzu 2017 ġew approvati.


4. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Fuq talba tal-Gruppi PPE, S&D, ALDE u EFDD il-Parlament irratifika l-ħatriet li ġejjin:

Kumitat AFET: Julia Pitera minflok Jacek Saryusz-Wolski

Kumitat AFCO: Michał Boni minflok Jacek Saryusz-Wolski

Kumitat PETI: Jacek Saryusz-Wolski minflok Julia Pitera

Kumitat ta' Inkjesta inkarigat biex jinvestiga allegazzjonijiet ta' kontravvenzjoni u ta' amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa: Victor Negrescu minflok Cătălin Sorin Ivan

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Iżvizzera u n-Norveġja, għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Islanda u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE): Nils Torvalds m'għadux Membru

Kumitat REGI: Raymond Finch minflok Bill Etheridge.


5. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President iddikjara d-deċiżjonijiet tal-kumitati li jidħlu f'negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 69(c), paragrafu 1 tar-Regoli ta' Proċedura:

- Kumitat LIBE, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (COM(2016)0196 – C8-0134/2016 – 2016/0105(COD)). Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra (A8-0059/2017)

- Kumitat LIBE, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi reġistrata d-dejta dwar id-dħul u l-ħruġ u d-dejta dwar ir-rifjut ta' dħul ta' ċittadini ta' pajjiż terz li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (COM(2016)0194 – C8-0135/2016 – 2016/0106(COD)). Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra (A8-0057/2017)

- Kumitat CULT, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 (COM(2016)0400 – C8-0223/2016 – 2016/0186(COD)). Rapporteur: Santiago Fisas Ayxelà (A8-0061/2017)

- Kumitat EMPL, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (COM(2016)0248 – C8-0181/2016 – 2016/0130(COD)). Rapporteure: Marita Ulvskog (A8-0064/2017)

- Kumitat ECON, Kumitat LIBE, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu u li temenda d-Direttiva 2009/101/KE (COM(2016)0450 – C8-0265/2016 – 2016/0208(COD)). Rapporteurs: Krišjānis Kariņš, Judith Sargentini (A8-0056/2017)

Skont l-Artikolu 69(c), paragrafu 2, Membri jew grupp(i) politiku/ċi li jilħqu tal-inqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada, l-Erbgħa 14 ta' Marzu, li deċiżjoni ta' kumitat li tkun se tidħol f'negozjati titqiegħed għall-votazzjoni.

Jekk ma titressaq l-ebda talba għal votazzjoni lill-Parlament dwar id-deċiżjoni li jidħlu f'negozjati, dawn in-negozjati jistgħu jibdew f'kull ħin wara li tiskadi din l-iskadenza.


6. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 15 ta' Marzu 2017 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (00053/2016/LEX - C8-0108/2017 - 2015/0281(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 dwar it-tisħiħ tal-verifiki fuq il-fruntieri esterni ma’ bażijiet ta' data rilevanti (00055/2016/LEX - C8-0107/2017 - 2015/0307(COD))

- Regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (00001/2017/LEX - C8-0106/2017 - 2013/0140(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 19/2013 li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa, u l-Kolombja u l-Perù fuq in-naħa l-oħra, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 20/2013 li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (00061/2016/LEX - C8-0101/2017 - 2015/0112(COD)).


7. Mistoqsija orali għal tweġiba orali (tressiq)

Il-mistoqsija orali għal tweġiba orali li ġejja tressqet mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):

- (O-000007/2017) imressqa minn Danuta Maria Hübner, f'isem il-Kumitat AFCO, lill-Kummissjoni: Rieżami tar-regolament dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (2017/2550(RSP)) (B8-0205/2017)


8. Interpellazzjonijiet maġġuri (Artikolu 130b tar-Regoli ta' Proċedura) (tressiq)

L-interpellazzjoni maġġuri b'mistoqsija għal tweġiba bil-miktub u d-dibattitu segwenti tressqu (Artikolu 130b tar-Regoli ta' Proċedura):

- (O-000004/2017/rév.1) imressqa minn Beatrix von Storch, f'isem il-Grupp EFDD, lill-Kummissjoni: Kooperazzjoni bejn traffikanti tal-bnedmin u NGOs involuti fit-tfittxija u s-salvataġġ fil-Mediterran (2017/2582(RSP)) (B8-0206/2017)


9. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2017/000 TA 2017 - Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni) (COM(2017)0101 - C8-0097/2017 - 2017/2033(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

EMPL, REGI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ir-Repubblika tal-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Serbja, u l-Missjoni ta' Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo* dwar l-istabbiliment ta' Żona ta' Avjazzjoni Komuni Ewropea (ECAA) (15654/2016 - C8-0098/2017 - 2006/0036(NLE))

irriferut

responsabbli :

TRAN

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra (13419/2016 - C8-0100/2017 - 2006/0058(NLE))

irriferut

responsabbli :

TRAN

- Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (14942/2016 - C8-0103/2017 - 2016/0283(APP))

irriferut

responsabbli :

BUDG

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta’ atti ġuridiċi li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikoli290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (COM(2016)0799 - C8-0524/2016 - 2016/0400(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

JURI

opinjoni :

DEVE, CULT, PECH, AGRI, ENVI, EMPL, ITRE, ECON, INTA, TRAN, REGI

2) mill-kumitati parlamentari, ir-rapporti

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (COM(2015)0596 - C8-0385/2015 - 2015/0276(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Simona Bonafè (A8-0029/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (COM(2015)0594 - C8-0384/2015 - 2015/0274(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Simona Bonafè (A8-0031/2017)

- Rapport dwar politika integrata tal-Unjoni Ewropea għall-Artiku (JOIN(2016)0021 - 2016/2228(INI)) - Kumitat AFET - Kumitat ENVI - Rapporteur: Urmas Paet - Rapporteur: Sirpa Pietikäinen (A8-0032/2017)

- Rapport dwar fondi tal-UE għall-ugwaljanza bejn is-sessi (2016/2144(INI)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Clare Moody (A8-0033/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (COM(2015)0595 - C8-0382/2015 - 2015/0275(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Simona Bonafè (A8-0034/2017)

- Rapport dwar l-implikazzjonijiet kostituzzjonali, legali u istituzzjonali ta' politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni possibilitajiet offruti mit-Tratatt ta' Lisbona (2015/2343(INI)) - Kumitat AFET - Kumitat AFCO - Rapporteur: Michael Gahler - Rapporteur: Esteban González Pons (A8-0042/2017)

- Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi (COM(2015)0190 - 2016/2012(INI)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Agnieszka Kozłowska-Rajewicz (A8-0043/2017)

- Report dwar l-implikazzjonijiet tal-Big Data fuq id-drittijiet fundamentali: il-privatezza, il-protezzjoni tad-data, in-nondiskriminazzjoni, is-sigurtà u l-infurzar tal-liġi (2016/2225(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Ana Gomes (A8-0044/2017)

- Report on addressing refugee and migrant movements: the role of EU External Action (JOIN(2015)0040 - 2015/2342(INI)) - Kumitat AFET - Kumitat DEVE - Rapporteur: Elena Valenciano - Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra (A8-0045/2017)

- Rapport dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea 2014-2015 (2016/2249(INI)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Ernest Urtasun (A8-0046/2017)

- Rapport dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2016 dwar il-Montenegro (2016/2309(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Charles Tannock (A8-0050/2017)

- * Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija fid-Danimarka ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi (12212/2016 - C8-0476/2016 - 2016/0815(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Maria Grapini (A8-0051/2017)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Kroazja matul l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (13037/2016 - C8-0490/2016 - 2016/0307(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra (A8-0052/2017)

- * Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija fil-Greċja tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA (12211/2016 - C8-0477/2016 - 2016/0816(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Claude Moraes (A8-0053/2017)

- Rapport dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2016 dwar l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (2016/2310(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Ivo Vajgl (A8-0055/2017)

- Rapport dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2018, Taqsima III – Kummissjoni (2016/2323(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Siegfried Mureşan (A8-0060/2017)


10. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Marzu II 2017 (PE 600.410/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):

Il-Ħamis
Bil-qbil tal-gruppi politiċi, il-President ippropona li jissostitwixxi d-dibattitu dwar "Is-Sudan, il-każijiet ta' Hassan Abduraheem u Abdulmonen Abdumawla" (punt 80 tal-Abbozz tal-Aġenda) bid-dibattitu dwar "Żimbabwe, il-każ ta' Pastor Evan Mawarire".

Il-Parlament qabel mal-proposta.

It-Tnejn
Talba tal-Grupp ENF biex tiddaħħal, bħala l-ewwel punt tal-aġenda, dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar "Rivelazzjonijiet tal-Wikileaks dwar l-istrumenti ta' hacking użati mis-CIA".

Interventi ta': Marcus Pretzell f'isem il-Grupp ENF, li ġġustifika t-talba.

Il-Parlament irrifjuta t-talba.

Interventi ta': Kristina Winberg, biex titlob li titneħħa l-votazzjoni dwar Il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi (Rapport Vicky Ford - A8-0251/2016) (punt 35 tal-Abbozz tal-Aġenda) (il-President fakkar li t-talba ma tressqitx fil-ħin), u Beatrix von Storch, dwar it-titolu tal-punt "Interpellazzjonijiet maġġuri" previst fl-aġenda għall-Ħamis waranofsinhar (punt 87 tal-Abbozz tal-Aġenda) (il-President ikkonferma li t-titolu qablet miegħu l-Konferenza tal-Presidenti).

It-Tlieta
Talba tal-Grupp GUE/NGL biex tiddaħħal fl-Aġenda dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar "It-twaqqigħ kontinwu ta' djar u strutturi tal-Palestinjani" bħala t-tielet punt ta' waranofsinhar, wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar "Il-prijoritajiet tal-UE għas-sessjonijiet tal-UNHRC fl-2017" (punt 83 tal-Abbozz tal-Aġenda).

Interventi ta': Neoklis Sylikiotis f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifika t-talba, u Cristian Dan Preda, kontra din it-talba.

B'sejħa tal-ismijiet (174 favur, 177 kontra, 16-il astensjoni), il-Parlament ċaħad it-talba.


Interventi ta': Sander Loones, biex jitlob għal dibattitu dwar is-sitwazzjoni fit-Turkija (Il-President indika li t-talba ma tressqitx fil-ħin), Tomáš Zdechovský, dwar l-intervent tal-kelliem preċedenti, u Stefan Eck, dwar l-ammissibilità tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni alternattiva, imressqa mill-Grupp PPE dwar l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-fniek tat-trobbija (Rapport Stefan Eck - A8-0011/2017) (il-President ikkonferma li t-test kien ammissibbli).

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.


11. Il-merkurju ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-merkurju, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1102/2008 [COM(2016)0039 - C8-0021/2016 - 2016/0023(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Stefan Eck (A8-0313/2016)

Stefan Eck ippreżenta r-rapport.

PRESIDENZA: David-Maria SASSOLI
Viċi President

Intervent ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Michel Dantin f'isem il-Grupp PPE, Massimo Paolucci f'isem il-Grupp S&D, Julie Girling f'isem il-Grupp ECR, Anneli Jäätteenmäki f'isem il-Grupp ALDE, Merja Kyllönen f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bas Eickhout f'isem il-Grupp Verts/ALE, Piernicola Pedicini f'isem il-Grupp EFDD, Mireille D'Ornano f'isem il-Grupp ENF, Peter Liese, Pavel Poc, Bolesław G. Piecha, Gesine Meissner, João Ferreira, Julia Reid, Pilar Ayuso, Susanne Melior, Norbert Lins, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Christel Schaldemose u Jiří Pospíšil.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Eleftherios Synadinos, Igor Šoltes, Ivan Jakovčić, Doru-Claudian Frunzulică, Notis Marias u Nicola Caputo.

Interventi ta': Věra Jourová u Stefan Eck.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.2 tal-Minuti ta' 14.3.2017.


12. Involviment fit-tul tal-azzjonisti u d-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta' involviment fit-tul tal-azzjonisti u d-Direttiva 2013/34/UE rigward ċerti elementi tad-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva [COM(2014)0213 - C7-0147/2014 - 2014/0121(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Sergio Gaetano Cofferati (A8-0158/2015)

Sergio Gaetano Cofferati ippreżenta r-rapport.

Intervent ta': Olle Ludvigsson (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ECON).

PRESIDENZA: Pavel TELIČKA
Viċi President

Intervent ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Tadeusz Zwiefka f'isem il-Grupp PPE, Sylvia-Yvonne Kaufmann f'isem il-Grupp S&D, Hans-Olaf Henkel f'isem il-Grupp ECR, Jiří Maštálka f'isem il-Grupp GUE/NGL, Pascal Durand f'isem il-Grupp Verts/ALE, Laura Ferrara f'isem il-Grupp EFDD, Axel Voss, Anneliese Dodds, Molly Scott Cato, Pavel Svoboda, Paul Tang, Andreas Schwab, Elly Schlein u Evelyn Regner.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo, Notis Marias, Miguel Viegas, Igor Šoltes, Maria Grapini u Doru-Claudian Frunzulică.

Interventi ta': Věra Jourová u Sergio Gaetano Cofferati.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.3 tal-Minuti ta' 14.3.2017.


13. L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2014/2015 - Trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi - Rapport dwar fondi tal-UE għall-ugwaljanza bejn is-sessi (dibattitu)

Rapport dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea 2014-2015 [2016/2249(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Ernest Urtasun (A8-0046/2017)

Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi [2016/2012(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Agnieszka Kozłowska-Rajewicz (A8-0043/2017)

Rapport dwar fondi tal-UE għall-ugwaljanza bejn is-sessi [2016/2144(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Clare Moody (A8-0033/2017)

Ernest Urtasun, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz u Clare Moody ippreżentaw ir-rapport.

Intervent ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Jiří Maštálka (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI) u Eider Gardiazabal Rubial (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG).

PRESIDENZA: Dimitrios PAPADIMOULIS
Viċi President

Interventi ta': Luke Ming Flanagan (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CONT), Michaela Šojdrová f'isem il-Grupp PPE, Iratxe García Pérez f'isem il-Grupp S&D, Jadwiga Wiśniewska f'isem il-Grupp ECR, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Stanislav Polčák, Beatriz Becerra Basterrechea f'isem il-Grupp ALDE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Diane James, Stefan Eck f'isem il-Grupp GUE/NGL, Monika Vana f'isem il-Grupp Verts/ALE, Daniela Aiuto f'isem il-Grupp EFDD, Mylène Troszczynski f'isem il-Grupp ENF, Diane James Membru mhux affiljata, Constance Le Grip, Vilija Blinkevičiūtė, Julie Girling, Angelika Mlinar, João Pimenta Lopes, Jordi Solé, Margot Parker, Lampros Fountoulis, Anna Záborská, Pina Picierno, Jana Žitňanská, Ángela Vallina, Florent Marcellesi, Beatrix von Storch, Jérôme Lavrilleux, Evelyn Regner, Branislav Škripek, Tania González Peñas, Linnéa Engström, Dubravka Šuica, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Davor Škrlec, Marc Tarabella, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Marek Jurek, Urszula Krupa, Lefteris Christoforou, Biljana Borzan, Helga Stevens, Emilian Pavel u Notis Marias.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Julie Ward, Ruža Tomašić, Davor Škrlec, Csaba Sógor, Maria Grapini u Marek Jurek.

Interventi ta': Věra Jourová u Ernest Urtasun.

PRESIDENZA: Rainer WIELAND
Viċi President

Interventi ta': Agnieszka Kozłowska-Rajewicz u Clare Moody.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.9, punt 6.10 u punt 6.11 tal-Minuti ta' 14.3.2017.


14. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva mill-Grupp S&D it-talba għal ħatra li ġejja:

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Albanija: Arndt Kohn minflok Jutta Steinruck.

Din il-ħatra se titqies ratifikata jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.


15. L-implikazzjonijiet tal-Big Data fuq id-drittijiet fundamentali (preżentazzjoni qasira)

L-implikazzjonijiet tal-Big Data fuq id-drittijiet fundamentali: il-privatezza, il-protezzjoni tad-data, in-nondiskriminazzjoni, is-sigurtà u l-infurzar tal-liġi [2016/2225(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Ana Gomes (A8-0044/2017)

Ana Gomes għamlet il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Anna Záborská, Nicola Caputo, Notis Marias, Jan Philipp Albrecht, Jean-Luc Schaffhauser, Georgios Epitideios, Csaba Sógor u Victor Negrescu

Intervent ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 6.12 tal-Minuti ta' 14.3.2017.


16. Standards Minimi għall-Protezzjoni tal-Fniek tat-Trobbija (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar l-Istandards Minimi għall-Protezzjoni tal-Fniek tat-Trobbija [2016/2077(INI)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Stefan Eck (A8-0011/2017)

Stefan Eck għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Jiří Pospíšil, Nicola Caputo, Notis Marias, Florent Marcellesi, Georgios Epitideios, Anna Záborská u Stanislav Polčák.

Intervent ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 6.13 tal-Minuti ta' 14.3.2017.


17. Sjieda responsabbli u kura tal-ekwidi (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar is-sjieda responsabbli u kura tal-ekwidi [2016/2078(INI)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Julie Girling (A8-0014/2017)

Julie Girling għamlet il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Nicola Caputo u Notis Marias.

Intervent ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 6.1 tal-Minuti ta' 14.3.2017.


18. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:

György Hölvényi, Emilian Pavel, Zdzisław Krasnodębski, Yana Toom, Kostas Chrysogonos, Florent Marcellesi, Tiziana Beghin, Ivan Štefanec, Maria Grapini, Urszula Krupa, Ivan Jakovčić, Matt Carthy, Josep-Maria Terricabras, Stanislav Polčák, Javi López, Notis Marias, Jasenko Selimovic, Martina Anderson, Jordi Solé, Andor Deli, Claudiu Ciprian Tănăsescu, João Ferreira, Csaba Sógor, Nicola Caputo, Tomáš Zdechovský, Victor Negrescu, Anna Záborská, Julie Ward, Deirdre Clune u Iuliu Winkler.


19. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 600.410/OJMA).


20. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 22.45.


21. Għeluq tas-sessjoni annwali

Is-sessjoni ta' 2016-2017 tal-Parlament Ewropew ingħalqet.

Bi qbil mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, il-Parlament kellu jiltaqa' l-għada t-Tlieta 14 ta' Marzu 2017 fid-09.00.

Klaus Welle

Bogusław Liberadzki

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adaktusson, Adinolfi, Affronte, Agea, Agnew, Aguilera García, Aiuto, Aker, Albrecht, Anderson Lucy, Anderson Martina, Andersson, Andrieu, Andrikienė, Androulakis, Annemans, Arena, Arimont, Arnautu, Arthuis, Ashworth, Assis, Atkinson, Auken, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, van Baalen, Bach, Balčytis, Balczó, Balz, Barekov, Bashir, Bay, Bayet, Bearder, Becerra Basterrechea, Becker, Beghin, Belder, Belet, Bendtsen, Benifei, Berès, Bergeron, Bettini, Bilde, Bizzotto, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Bonafè, Boni, Borghezio, Borrelli, Borzan, Boştinaru, Bours, Boutonnet, Bové, Boylan, Briano, Briois, Brok, Buchner, Buda, Bullmann, Bütikofer, Buzek, Cabezón Ruiz, Cadec, Calvet Chambon, van de Camp, Caputo, Carthy, Casa, Caspary, Castaldo, del Castillo Vera, Cavada, Cesa, Charanzová, Chauprade, Childers, Chinnici, Chountis, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Cicu, Ciocca, Cirio, Clune, Coburn, Coelho, Cofferati, Collin-Langen, Comodini Cachia, Corazza Bildt, Corbett, Corrao, Costa, Couso Permuy, Cozzolino, Cramer, Cristea, Csáky, Czarnecki, Czesak, van Dalen, Dalli, Dalton, Dalunde, D'Amato, Dance, Dăncilă, Danti, Dantin, (The Earl of) Dartmouth, De Castro, Delahaye, Deli, Delli, Delvaux, De Masi, Demesmaeker, De Monte, Denanot, Deprez, de Sarnez, Deß, Deva, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Dlabajová, Dodds, Dodds, Dohrmann, Dorfmann, D'Ornano, Duncan, Durand, Dzhambazki, Eck, Eickhout, Engel, Engström, Epitideios, Erdős, Ernst, Ertug, Estaràs Ferragut, Etheridge, Evans, Evi, Fajon, Farage, Faria, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrand, Ferrara, Ferreira, Finch, Fisas Ayxelà, Fitto, Flanagan, Beňová, Fleckenstein, Florenz, Fontana, Ford, Forenza, Foster, Fotyga, Fountoulis, Fox, Freund, Frunzulică, Gabriel, Gahler, Gál, Gambús, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gebhardt, Geier, Gentile, Gerbrandy, Gericke, Geringer de Oedenberg, Giegold, Gierek, Gieseke, Gill Neena, Gill Nathan, Girling, Giuffrida, Goddyn, Goerens, Gollnisch, Gomes, González Peñas, González Pons, Gosiewska, Goulard, de Graaff, Grammatikakis, de Grandes Pascual, Grapini, Gräßle, Graswander-Hainz, Griesbeck, Griffin, Grigule-Pēterse, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Guoga, Gutiérrez Prieto, Gyürk, Hadjigeorgiou, Halla-aho, Harkin, Harms, Häusling, Hautala, Hayes, Hazekamp, Hedh, Helmer, Henkel, Herranz García, Heubuch, Hoc, Hoffmann, Hohlmeier, Hökmark, Hölvényi, Honeyball, Hookem, Hortefeux, Hübner, Hudghton, Huitema, in 't Veld, Iturgaiz, Ivan, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jakovčić, Jalkh, James, Jáuregui Atondo, Jávor, Jazłowiecka, Ježek, Jiménez-Becerril Barrio, Jongerius, Joulaud, Juaristi Abaunz, Jurek, Juvin, Kadenbach, Kaili, Kalinowski, Kallas, Kalniete, Kammerevert, Kappel, Karas, Kari, Kariņš, Karlsson, Karski, Kaufmann, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Keller Ska, Kelly, Kłosowski, Koch, Kofod, Kohlíček, Kohn, Kölmel, Konečná, Korwin-Mikke, Kósa, Köster, Köstinger, Kouloglou, Kouroumbashev, Kovács, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Krupa, Kudrycka, Kuhn, Kukan, Kumpula-Natri, Kuźmiuk, Kyenge, Kyllönen, Kyrkos, Kyrtsos, Lamassoure, Lambert, Lambsdorff, Lange, de Lange, Langen, Lauristin, La Via, Lavrilleux, Lebreton, Le Grip, Legutko, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Lewandowski, Lewer, Liberadzki, Liese, Lietz, Lins, Lochbihler, Loiseau, Løkkegaard, Loones, Lope Fontagné, López, López Aguilar, López-Istúriz White, Lösing, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lunacek, Lundgren, Łybacka, McAllister, McAvan, McClarkin, McGuinness, Mach, Macovei, Maletić, Malinov, Maltese, Mamikins, Mănescu, Maňka, Mann, Marcellesi, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin David, Martin Dominique, Martin Edouard, Martusciello, Marusik, Maštálka, Matias, Mato, Maurel, Mavrides, Mayer Georg, Mayer Alex, Mazuronis, Meissner, Melior, Melo, Metsola, Michel, Michels, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mizzi, Mlinar, Moi, Moisă, Molnár, Monot, Monteiro de Aguiar, Montel, Moody, Moraes, Morgano, Morin-Chartier, Müller, Mureşan, Muselier, Mussolini, Nagy, Negrescu, Nekov, Neuser, Nica, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, van Nieuwenhuizen, van Nistelrooij, Noichl, Novakov, Nuttall, Obermayr, O'Flynn, Olbrycht, Omarjee, Ożóg, Pabriks, Paet, Pagazaurtundúa Ruiz, Paksas, Panzeri, Paolucci, Papadakis Demetris, Papadakis Konstantinos, Papadimoulis, Parker, Paşcu, Pavel, Pedicini, Peillon, Peterle, Petersen, Petir, Picierno, Picula, Piecha, Pieper, Pietikäinen, Pimenta Lopes, Piotrowski, Piri, Pirinski, Pitera, Plura, Poc, Poche, Pogliese, Polčák, Ponga, Poręba, Pospíšil, Post, Preda, Pretzell, Preuß, Procter, Proust, Punset, Radoš, Rangel, Rebega, Reda, Reding, Regner, Reid, Reimon, Reintke, Reul, Revault d'Allonnes Bonnefoy, Ribeiro, Ries, Riquet, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodrigues Maria João, Rodríguez-Piñero Fernández, Rodust, Rolin, Ropė, Rosati, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Saïfi, Salafranca Sánchez-Neyra, Salini, Salvini, Sánchez Caldentey, Sander, Sant, dos Santos, Sârbu, Sargentini, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Schaake, Schaffhauser, Schaldemose, Schlein, Schmidt, Scholz, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulze, Schuster, Schwab, Scott Cato, Sehnalová, Selimovic, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Seymour, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Sippel, Škripek, Škrlec, Smith, Smolková, Sógor, Šojdrová, Solé, Šoltes, Sonneborn, Spinelli, Spyraki, Staes, Starbatty, Štefanec, Steinruck, Štětina, Stevens, Stihler, Stolojan, von Storch, Stuger, Šuica, Sulík, Šulin, Svoboda, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Takkula, Tamburrano, Tănăsescu, Tang, Tannock, Țapardel, Tarabella, Tarand, Taylor, Telička, Terricabras, Theocharous, Thomas, Thun und Hohenstein, Toia, Tolić, Tomašić, Tomc, Toom, Torres Martínez, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Trüpel, Ţurcanu, Ujazdowski, Ulvskog, Ungureanu, Urtasun, Urutchev, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Vălean, Valero, Valli, Vallina, Vana, Van Bossuyt, Van Brempt, Vandenkendelaere, Van Orden, Vaughan, Vautmans, Väyrynen, Vergiat, Verheyen, Viegas, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Voss, Vozemberg-Vrionidi, Wałęsa, Ward, Weidenholzer, von Weizsäcker, Wenta, Werner, Westphal, Wieland, Wierinck, Willmott, Winberg, Winkler Hermann, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Wölken, Woolfe, Záborská, Zagorakis, Zahradil, Zala, Zanni, Zanonato, Zarianopoulos, Ždanoka, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zijlstra, Zīle, Zimmer, Žitňanská, Złotowski, Zoffoli, Żółtek, Zorrinho, Zovko, Zullo, Zver, Zwiefka

Skużati:

Bilbao Barandica, Comi, Crowley, Dati, Drăghici, Händel, Kirton-Darling, Le Pen, Matera, Messerschmidt, Mosca

Avviż legali