Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 16 ta' Marzu 2017 - Strasburgu

10. Pożizzjonijiet tal-Kunsill fl-ewwel qari

Il-President ħabbar, skont l-Artikolu 64(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li rċieva mingħand il-Kunsill il-pożizzjonijiet li ġejjin, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottahom, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:

- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r- Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (10728/4/2016 - C8-0104/2017 – 2012/0266(COD) - 06592/1/2017 - COM(2017)0129)

irriferut lill-kumitat responsabbli : ENVI

- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (10729/4/2016 - C8-0105/2017 – 2012/0267(COD) - 06593/1/2017 - COM(2017)0127)

irriferut lill-kumitat responsabbli : ENVI

Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjonijiet tiegħu jiddekorri għalhekk minn għada, 17 ta' Marzu 2017.

Avviż legali - Politika tal-privatezza