Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 4 ta' April 2017 - Strasburgu

4. Avviż mill-Presidenza
CRE

Il-President fakkar li fl-14 ta' Marzu 2017, il-President tal-Parlament iddeċieda li jimponi sanzjoni fuq Janusz Korwin-Mikke minħabba r-rimarki inaċċettabbli li għamel dwar is-suġġett tan-nisa waqt is-sessjoni tal-1 ta' Marzu 2017 (punt 5 tal-Minuti ta' 1.3.2017 u punt 5 tal-Minuti ta' 14.3.2017).

Fis-27 ta' Marzu 2017, Janusz Korwin-Mikke appella din id-deċiżjoni.

Fil-laqgħa tiegħu tal-bieraħ, it-Tnejn 3 ta' April 2017, il-Bureau eżamina dan l-appell u kkonferma d-deċiżjoni tal-President.

Il-President fakkar li s-sanzjoni tikkonsisti, l-ewwel nett, fit-telf tad-dritt għall-kumpens ta' sussistenza għal perjodu ta' 30 jum, it-tieni, u mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot fis-seduti plenarji, fis-sospensjoni tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet kollha tal-Parlament u tal-korpi tiegħu, għal perjodu ta' għaxart ijiem konsekuttivi li fihom il-Parlament jew xi wieħed mill-korpi, mill-kumitati jew mid-delegazzjonijiet tiegħu jiltaqgħu, b'seħħ mill-14 ta' Marzu 2017, u t-tielet, fi projbizzjon li jirrappreżenta lill-Parlement f'delegazzjonijiet interparlamentari, f'konferenzi interparlamentari jew fi kwalunkwe korp interistituzzjonali ieħor għal perjodu ta' sena, b'seħħ mill-14 ta' Marzu 2017.

Avviż legali