Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 4 ta' April 2017 - StrasburguVerżjoni finali

13. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President fakkar li r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ECON li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) billi jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji dwar il preżentazzjoni, il-kontenut, ir-rieżami u r-reviżjoni tad-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija u l-kundizzjonijiet biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit li jiġu pprovduti dawn id-dokumenti tħabbret fis-seduta plenarja tat-Tnejn 3 ta' April 2017 (punt 10 tal-Minuti ta' 3.4.2017).

Ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni għal din ir-rakkomandazzjoni fi żmien 24 siegħa kif stabbilit mill-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura.

Konsegwentement, din ir-rakkomandazzjoni titqies approvata u se tkun ippubblikata fit-Testi adottati tas-seduta ta' nhar l-Erbgħa 5 ta' April 2017.

Avviż legali