Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 26 ta' April 2017 - BrussellVerżjoni finali

8. Proposti għal att tal-Unjoni

Il-President ikkomunika li kien iddikjara bħala ammissibbli l-proposti għal att tal-Unjoni skont l-Artikolu 46(2) tar-Regoli ta' Proċedura :

- Proposta għal att tal-Unjoni mressqa minn Dubravka Šuica, György Hölvényi , Miroslav Mikolášik, Inese Vaidere, Renate Sommer, Michaela Šojdrová, Nicola Caputo, Biljana Borzan, Jana Žitňanská u Ivo Vajgl, dwar id-differenzi fid-dikjarazzjonijiet, il-kompożizzjoni u t-togħma tal-prodotti fis-swieq Ċentrali/tal-Lvant u tal-Punent tal-UE (B8-0301/2017)

Bi qbil mal-Artikolu 46(2) tar-Regoli ta' Proċedura, din il-proposta ġiet mgħoddija lill-kumitati kompetenti, jiġifieri l-Kumitat IMCO, kif ukoll il-Kumitat ENVI, għall-opinjoni.

- Proposta għal att tal-Unjoni mressqa minn Daniel Caspary, Manfred Weber, Tokia Saïfi, Iuliu Winkler, Salvatore Cicu, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Andreas Schwab, Adam Szejnfeld, dwar l-iskrinjar ta' investiment barrani f'setturi strateġiċi (B8-0302/2017)

Bi qbil mal-Artikolu 46(2) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn il-proposti ġew mgħoddija lill-kumitati kompetenti, jiġifieri l-Kumitat INTA.

Avviż legali