Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 14 ta' Ġunju 2017 - StrasburguVerżjoni finali

PRESIDENZA: Dimitrios PAPADIMOULIS
Viċi President

Intervent ta': Beatrix von Storch.

8. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit Europarl.


8.1. It-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima [COM(2016)0482 - C8-0331/2016 - 2016/0231(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Gerben-Jan Gerbrandy (A8-0208/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2017)0256)

Intervent ta' Adina-Ioana Vălean (President tal-Kumitat ENVI), wara l-votazzjoni, biex titlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.


8.2. Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Rolandas Paksas (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Rolandas Paksas [2016/2070(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Angel Dzhambazki (A8-0219/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2017)0257)


8.3. Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Mylène Troszczynski (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Mylène Troszczynski [2017/2019(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Tadeusz Zwiefka (A8-0218/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2017)0258)


8.4. Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-Marie Le Pen (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-Marie Le Pen [2017/2020(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Evelyn Regner (A8-0217/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2017)0259)


8.5. Oġġezzjoni għal att delegat: pagament ekoloġiku (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni imressqa skont l-Artikolu 105(3), tar-Regoli ta' Proċedura, minn Czesław Adam Siekierski, f'isem il-Kumitat AGRI, dwar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-15 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 fejn jidħlu l-miżuri tal-kontroll relatati mal-kultivazzjoni tal-qanneb, ċerti dispożizzjonijiet dwar il-pagament ekoloġiku, il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ fil-kontroll ta' persuna ġuridika, il-kalkolu tal-ammont għal kull unità fil-qafas tal-appoġġ akkoppjat volontarju, il-frazzjonijiet ta' intitolamenti għal pagament u ċerti rekwiżiti ta' notifika relatati mal-Iskema ta' Pagament Uniku Skont l-Erja u mal-Appoġġ Akkoppjat Volontarju, u li jemenda l-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2017/2571(DEA)) (B8-0395/2017)

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament meħtieġa għall-adozzjoni tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Rifjut


8.6. Il-ħtieġa ta' strateġija tal-UE biex jitwaqqfu u jiġu evitati d-differenzi bejn il-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel (votazzjoni)

Rapport dwar il-ħtieġa ta' strateġija tal-UE biex jitwaqqfu u jiġu evitati d-differenzi bejn il-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel [2016/2061(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Constance Le Grip (A8-0197/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2017)0260)


8.7. Rapport 2016 dwar is-Serbja (votazzjoni)

Rapport dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2016 dwar is-Serbja [2016/2311(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: David McAllister (A8-0063/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2017)0261)


8.8. Rapport 2016 dwar il-Kosovo (votazzjoni)

Rapport dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2016 dwar il-Kosovo [2016/2314(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Ulrike Lunacek (A8-0062/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2017)0262)


8.9. Rapport 2016 dwar l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (votazzjoni)

Rapport dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2016 dwar l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja [2016/2310(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Ivo Vajgl (A8-0055/2017)

Id-dibattitu sar fid-data 5 ta' April 2017 (punt 21 tal-Minuti ta' 5.4.2017).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2017)0263)


8.10. Sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (votazzjoni)

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B8-0397/2017, B8-0398/2017, B8-0399/2017, B8-0400/2017, B8-0401/2017 u B8-0402/2017 (2017/2703(RSP))

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA RC-B8-0397/2017

(flok B8-0397/2017, B8-0398/2017, B8-0399/2017, B8-0400/2017, B8-0401/2017 u B8-0402/2017):

imressqa mill-Membri li ġejjin:

—   Michael Gahler, Bogdan Brunon Wenta, Mariya Gabriel, Paul Rübig, Cristian Dan Preda, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, György Hölvényi, Maurice Ponga, Joachim Zeller, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Željana Zovko, Brian Hayes, Ádám Kósa, Anna Záborská, Adam Szejnfeld, Dariusz Rosati, Francesc Gambús, Julia Pitera, Andrzej Grzyb, Jarosław Wałęsa, Ivo Belet, Tomáš Zdechovský, Rosa Estaràs Ferragut, Claude Rolin, Andrey Kovatchev u José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, f'isem il-Grupp PPE,

—   Elena Valenciano, Soraya Post, Cécile Kashetu Kyenge u Maria Arena, f'isem il-Grupp S&D,

—   Charles Tannock, Arne Gericke, Notis Marias, Anna Elżbieta Fotyga u Ruža Tomašić, f'isem il-Grupp ECR,

—   Hilde Vautmans, Nedzhmi Ali, Dita Charanzová, Patricia Lalonde, Gérard Deprez, María Teresa Giménez Barbat, Marian Harkin, Ivan Jakovčić, Ilhan Kyuchyuk, Javier Nart, Urmas Paet, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Jozo Radoš, Marietje Schaake, Jasenko Selimovic, Hannu Takkula, Ramon Tremosa i Balcells, Ivo Vajgl, Johannes Cornelis van Baalen, Paavo Väyrynen, Cecilia Wikström u Valentinas Mazuronis, f'isem il-Grupp ALDE,

—   Marie-Christine Vergiat, f'isem il-Grupp GUE/NGL,

—   Maria Heubuch, f'isem il-Grupp Verts/ALE,

—   Fabio Massimo Castaldo, Ignazio Corrao, Isabella Adinolfi, Laura Agea, Piernicola Pedicini u Laura Ferrara.

Adozzjoni (P8_TA(2017)0264)


8.11. Is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-Patt dwar is-Sostenibbiltà fil-Bangladesh (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali B8-0217/2017, skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura, minn Bernd Lange u Sajjad Karim, f'isem il-Kumitat INTA, dwar is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-Patt dwar is-Sostenibbiltà fil-Bangladesh (2017/2636(RSP)) (B8-0396/2017)

Id-dibattitu sar fid-data 17 ta' Mejju 2017 (punt 21 tal-Minuti ta' 17.5.2017).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2017)0265)

Avviż legali