Indiċi 
Minuti
PDF 258kWORD 80k
It-Tnejn, 3 ta' Lulju 2017 - Strasburgu
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.In memoriam
 3.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 4.Kompożizzjoni tal-Parlament
 5.Verifika tal-kredenzjali
 6.Talba għat-tneħħija tal-immunità
 7.Talba għall-ħarsien tal-immunità
 8.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 9.Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)
 10.Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
 11.Interpretazzjonijiet tar-Regoli ta' Proċedura
 12.Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
 13.Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 14.Dokumenti mressqa
 15.Interpellanzi maġġuri (Artikolu 130b tar-Regoli ta' Proċedura) (tressiq)
 16.Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
 17.Ordni tal-ħidma
 18.Assistenza makrofinanzjarja lill-Moldova ***I (dibattitu)
 19.Standards Ewropej għas-Seklu 21 (dibattitu)
 20.Żieda fl-epidemiji tal-HIV, Tuberkulożi u Epatite C fl-Ewropa (dibattitu)
 21.Ħajja itwal għall-prodotti: benefiċċji għall-konsumaturi u l-kumpaniji (preżentazzjoni qasira)
 22.L-indirizzar tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tad-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità, inkluż il-ġenoċidju (preżentazzjoni qasira)
 23.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 24.Kumpaniji tas-sigurtà privati (preżentazzjoni qasira)
 25.Kundizzjonijiet tax-xogħol u impjieg prekarju (preżentazzjoni qasira)
 26.Lejn qafas pan-Ewropew ta' bonds koperti (preżentazzjoni qasira)
 27.Ir-rwol tat-turiżmu relatat mas-sajd fid-diversifikazzjoni tas-sajd (preżentazzjoni qasira)
 28.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 29.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 30.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.05.


2. In memoriam

Il-President ta ġieħ, f'isem il-Parlament, lill-memorja ta' Simone Veil, l-ewwel President tal-Parlament Ewropew elett b'suffraġju universali dirett.

Il-Parlament osserva minuta silenzju.

Il-President għarraf li ċerimonja kommemorattiva għal Simone Veil se ssir l-għada t-Tlieta 4 ta' Lulju 2017 fl-Emiċiklu f'12.00 u li l-Membri li se jmorru l-funeral, l-Erbgħa 5 ta' Lulju 2017 f'Pariġi, se jiġu meqjusa bħala "assenti ġġustifikati".

Intervent ta' Terry Reintke, dwar l-adozzjoni mill-Bundestag Ġermaniż fit-30 ta' Ġunju 2017 tal-liġi dwar iż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess, Franck Proust f'isem il-Grupp PPE, Nathalie Griesbeck f'isem il-Grupp ALDE, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy f'isem il-Grupp S&D, u Ulrike Lunacek f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-personalità politika ta' Simone Veil, u Patrizia Toia, ukoll dwar dan is-suġġett u biex tfakkar is-sitwazzjoni kritika kkawżata mill-influss ta' immigranti fl-Italja.


3. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.

Anna Elżbieta Fotyga kienet preżenti għas-seduta ta' 15 ta' Ġunju 2017 imma isimha ma jidhirx fil-lista tal-attendenza.


4. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit għarrfu li Ian Duncan inħatar Membru tal-Gvern Brittaniku b'effett mit-23 ta' Ġunju 2017.

L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Maltija għarrfu li Therese Comodini Cachia ġiet eletta Membru fil-Parlament Malti b'effett mill-24 ta' Ġunju 2017.

Victor Negrescu nħatar Ministru Delegat għall-Affarijiet Ewropej fir-Rumanija b'effett mit-30 ta' Ġunju 2017.

Il-Parlament ħa nota li, skont l-Artikolu 7(1) u (2) rispettivament tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri b'suffraġju universali dirett, dawn il-karigi huma inkompatibbli ma' dawk ta' Membru Ewropew u kkonstata l-vakanza tas-siġġijiet tagħhom b'effett mit-23 ta' Ġunju, mill-24 ta' Ġunju u mit-30 ta' Ġunju 2017 rispettivament.

°
° ° °

L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit għarrfu l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' John Flack b'effett mit-28 ta' Ġunju 2017, kif ukoll ta' Rupert Matthews u Wajid Khan b'effett mid-29 ta' Ġunju 2017, u ta' John Howarth b'effett mit-30 ta' Ġunju 2017, minflok Vicky Ford, Andrew Lewer, Afzal Khan u Anneliese Dodds, rispettivament.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, John Flack, Rupert Matthews, Wajid Khan u John Howarth jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.


5. Verifika tal-kredenzjali

Fuq proposta tal-Kumitat JURI, il-Parlament iddeċieda li jiddikjara validi l-mandati ta' Thierry Cornillet u Patricia Lalonde.


6. Talba għat-tneħħija tal-immunità

L-awtoritajiet Griegi kompetenti ressqu talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Manolis Kefalogiannis fl-ambitu ta' proċedura kontrih.

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba ġiet irriferuta lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.


7. Talba għall-ħarsien tal-immunità

Il-Kumitat JURI, kompetenti f'dan il-qasam, informa lill-President li wara r-revoka minn Stanislav Polčák, tat-talba tiegħu għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet tiegħu, il-proċedura tal-ħarsien tal-immunità hija magħluqa.


8. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva t-talbiet ta' ħatra li ġejjin mill-Gruppi PPE, ECR, Verts/ALE u ENF:

Kumitat ECON: Anne Sander minflok Alain Lamassoure

Kumitat EMPL: Anne Sander ma baqgħetx Membru.

Kumitat AFCO: Alain Lamassoure minflok Constance Le Grip

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Istati Uniti: Daniel Dalton minflok Anneleen Van Bossuyt

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran: Jakop Dalunde minflok Eva Joly

Kumitat BUDG: André Elissen

Kumitat FEMM: André Elissen

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Afganistan: André Elissen

Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.


9. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet ta' diversi Kumitati biex jidħlu f'negozjati interistituzzjonali, bi qbil mal-Artikolu 69c(1) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Kumitat LIBE, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul (COM(2016)0466 – C8-0324/2016 – 2016/0223(COD)). Rapporteur: Tanja Fajon (A8-0245/2017)

- Kumitat LIBE, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg b’ħiliet għolja (COM(2016)0378 – C8-0213/2016 – 2016/0176(COD)). Rapporteur: Claude Moraes (A8-0240/2017)

- Kumitat REGI, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 fir-rigward tat-tipoloġiji territorjali (Tercet) (COM(2016)0788 – C8-0516/2016 – 2016/0393(COD)). Rapporteur: Iskra Mihaylova (A8-0231/2017)

- Kumitat INTA, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (COM(2016)0721 - C8-0456/2016 – 2016/0351(COD)). Rapporteur: Salvatore Cicu (A8-0236/2017)

- Kumitati EMPL u CULT, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas komuni għall-għoti ta' servizzi aħjar għall-ħiliet u l-kwalifiki (Europass), u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE (COM(2016)0625 - C8-0404/2016 – 2016/0304(COD)). Rapporteurs: Svetoslav Hristov Malinov u Thomas Mann (A8-0244/2017)

- Kumitat EMPL, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma' persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta' dejta fuq livell individwali miġbura minn kampjuni (COM(2016)0551 – C8-0345/2016 – 2016/0264(COD)). Rapporteur: Tamás Meszerics (A8-0247/2017).

Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, Membri jew grupp(i) politiku/ċi li jilħqu tal-inqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl tal-għada, it-Tlieta 4 ta' Lulju 2017, li deċiżjoni ta' kumitat li tkun se tidħol f'negozjati titqiegħed għall-votazzjoni.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.


10. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

Bi qbil mal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għarraf lill-President tal-Parlament li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni fil-konfront ta':

- ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat JURI li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2017 li jissostitwixxi l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li joħloq proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea (C(2017)03984 – 2017/2747(DEA)) (B8-0437/2017)

- ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat JURI li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2017 li jissostitwixxi l-Annessi I, II, III u IV għar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (C(2017)03982 – 2017/2748(DEA)) (B8-0438/2017)

Jekk tali rakkomandazzjonijiet ma jkunux is-suġġett ta' oppożizzjoni min-naħa ta' grupp politiku jew ta' almenu erbgħin Membru sa teminu ta' erbgħa u għoxrin siegħa, jitqiesu approvati. Fil-każ kuntrarju, se jkunu sottoposti għal votazzjoni.

Iż-żewġ rakkomandazzjonijiet huma disponibbli fuq is-sit Europarl għall-perjodu ta' din is-sessjoni parzjali.


11. Interpretazzjonijiet tar-Regoli ta' Proċedura

Il-President informa lill-Parlament, skont l-Artikolu 226(3) tar-Regoli ta' Proċedura dwar l-interpretazzjoni li ġejja tal-Artikolu 5(5) tar-Regoli ta' Proċedura, mogħtija mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali li ġie kkonsultat dwar l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni:

"L-aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali hija suġġetta għar-regoli stipulati fil- ftehimiet interistituzzjonali konklużi mill-Parlament rigward it-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali1a u għar-regoli interni għall-implimentazzjoni tagħhom adottati mill-korpi kompetenti tal-Parlament1b.

__________________

1a   Ftehim Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-aċċess tal-Parlament Ewropew għal informazzjoni sensittiva tal-Kunsill fil-qasam tal-politika tas-sigurtà u d-difiża (ĠU C 298, 30.11.2002, p. 1).

   Ftehim Qafas tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47).

   Ftehim Interistituzzjonali tat-12 ta' Marzu 2014 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar it-trasmissjoni lil u t-trattament mill-Parlament Ewropew ta' informazzjoni klassifikata miżmuma mill-Kunsill dwar kwistjonijiet apparti dawk fil-qasam tal-politika estera u ta' sigurtà komuni (ĠU C 95, 1.4.2014, p. 1).

1b   Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2002 dwar l-implimentazzjoni ta' Ftehim Interistituzzjonali li tirregola l-aċċess tal-Parlament Ewropew għal informazzjoni sensittiva tal-Kunsill fil-qasam tal-politika tas-sigurtà u d-difiża (ĠU C 298, 30.11.2002, p. 4).

   Deċiżjoni tal-Bureau tal-15 ta' April 2013 rigward it-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali mill-Parlament Ewropew (ĠU C 96, 1.4.2014, p. 1)."

Jekk din l-interpretazzjoni ma tiġix ikkontestata minn grupp politiku jew minn għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu minimu inferjuri, bi qbil mal-Artikolu 226 (4) tar-Regoli ta' Proċedura, fi żmien 24 siegħa wara li tkun tħabbret, għandu jitqies li ġiet adottata. Jekk le, titressaq għall-votazzjoni tal-Parlament.

°
° ° °

Il-President informa lill-Parlament, skont l-Artikolu 226(3) tar-Regoli ta' Proċedura dwar l-interpretazzjoni li ġejja tal-Artikolu 210a tar-Regoli ta' Proċedura, mogħtija mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali li ġie kkonsultat dwar l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni::

"Dan l-Artikolu japplika jekk il-qafas legali applikabbli għat-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali jipprevedi l-possibilita’ ta’ konsultazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali f'laqgħa in camera barra l-faċilitajiet sikuri."

Jekk din l-interpretazzjoni ma tiġix ikkontestata minn grupp politiku jew minn għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu minimu inferjuri, bi qbil mal-Artikolu 226 (4) tar-Regoli ta' Proċedura, fi żmien 24 siegħa wara li tkun tħabbret, għandu jitqies li ġiet adottata. Jekk le, titressaq għall-votazzjoni tal-Parlament.


12. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, din il-ġimgħa se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li pparteċipaw fiha b'mod konġunt diversi Stati Membri (00018/2017/LEX - C8-0222/2017 - 2016/0325(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi għall-provvista ta' assistenza addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali (00021/2017/LEX - C8-0221/2017 - 2016/0384(COD))

- Regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (00019/2017/LEX - C8-0220/2017 - 2015/0149(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 li jistabbilixxi format uniformi għall-viża (00020/2017/LEX - C8-0215/2017 - 2015/0134(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (00032/2017/LEX - C8-0214/2017 - 2012/0193(COD)).


13. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-pożizzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta' Jannar 2017, Frar II 2017 u Marzu I u II 2017 huma disponibbli fuq is-sit Europarl.


14. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2 għall-baġit ġenerali għall-2017: Id-dħul tas-surplus tas-sena finanzjarja 2016 (09437/2017 - C8-0190/2017 - 2017/2061(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-introjtu nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq (“ir-Regolament dwar l-ING”) li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 (COM(2017)0329 - C8-0192/2017 - 2017/0134(COD))

irriferut

responsabbli :

ECON

opinjoni :

BUDG

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Finlandja - EGF/2017/002 FI/Microsoft 2 (COM(2017)0322 - C8-0193/2017 - 2017/2098(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

EMPL, REGI

- Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi tqal tal-merkanzija għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi, fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tassazzjoni fuq il-vetturi (COM(2017)0276 - C8-0196/2017 - 2017/0115(CNS))

irriferut

responsabbli :

TRAN

opinjoni :

ENVI

- Proposta għal deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fir-Repubblika Ċeka (09893/2017 - C8-0197/2017 - 2017/0806(CNS))

irriferut

responsabbli :

LIBE

2) mill-kumitati parlamentari

2.1) rapporti

- Rapport dwar il-kumpaniji tas-sigurtà privati (2016/2238(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Hilde Vautmans (A8-0191/2017)

- Rapport dwar il-funzjonament tal-franchising fis-settur tal-bejgħ bl-imnut (2016/2244(INI)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Dennis de Jong (A8-0199/2017)

- Rapport with recommendations to the Commission on limitation periods for traffic accidents (2015/2087(INL)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Pavel Svoboda (A8-0206/2017)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kosovo dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Kosovo fi programmi tal-Unjoni (13391/2016 - C8-0491/2016 - 2013/0115(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Ulrike Lunacek (A8-0207/2017)

- Rapport li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar standards minimi komuni ta' proċedura ċivili fl-UE (2015/2084(INL)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Emil Radev (A8-0210/2017)

- Rapport dwar l-istandards Ewropej – implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 (2016/2274(INI)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Marlene Mizzi (A8-0213/2017)

- Rapport dwar ħajja itwal għall-prodotti: benefiċċji għall-konsumaturi u l-kumpaniji (2016/2272(INI)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Pascal Durand (A8-0214/2017)

- * Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Memorandum ta' Qbil bejn l-Aġenzija Ewropea għat tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u l-Eurojust (07536/2017 - C8-0136/2017 - 2017/0804(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Claude Moraes (A8-0215/2017)

- Rapport dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill fit-72 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (2017/2041(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Andrey Kovatchev (A8-0216/2017)

- Rapport dwar lejn strateġija tal-UE għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali (JOIN(2016)0029 - 2016/2240(INI)) - Kumitat AFET - Kumitat CULT - Rapporteur: Elmar Brok - Rapporteur: Silvia Costa (A8-0220/2017)

- Rapport dwar ir-rwol tat-turiżmu relatat mas-sajd fid-diversifikazzjoni tas-sajd (2016/2035(INI)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Renata Briano (A8-0221/2017)

- Rapport dwar l-indirizzar tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tad-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità, inkluż il-ġenoċidju (2016/2239(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Cristian Dan Preda (A8-0222/2017)

- Rapport dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u impjieg prekarju (2016/2221(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Neoklis Sylikiotis (A8-0224/2017)

- * Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Mekkaniżmi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim dwar it-Tassazzjoni Doppja fl-Unjoni Ewropea (COM(2016)0686 - C8-0035/2017 - 2016/0338(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Michael Theurer (A8-0225/2017)

- Rapport dwar il-promozzjoni tal-koeżjoni u l-iżvilupp fir-Reġjuni Ultraperiferiċi tal-UE: l-implimentazzjoni tal-Artikolu 349 TFUE (2016/2250(INI)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Younous Omarjee (A8-0226/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat (COM(2016)0198 - C8-0146/2016 - 2016/0107(COD)) - Kumitat ECON - Kumitat JURI - Rapporteur: Hugues Bayet - Rapporteur: Evelyn Regner (A8-0227/2017)

- Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2017 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017: Id-dħul tal-bilanċ favorevoli tas-sena finanzjarja 2016 (09437/2017 - C8-0190/2017 - 2017/2061(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Jens Geier (A8-0229/2017)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra (12502/2016 - C8-0517/2016 - 2016/0298(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Elena Valenciano (A8-0232/2017)

- Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra (2017/2036(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Elena Valenciano (A8-0233/2017)

- Rapport dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2016 dwar it-Turkija (2016/2308(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Kati Piri (A8-0234/2017)

- Rapport dwar qafas pan-Ewropew ta' bonds koperti (2017/2005(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Bernd Lucke (A8-0235/2017)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Emenda ta' Kigali għall-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (07725/2017 - C8-0157/2017 - 2017/0016(NLE)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Kateřina Konečná (A8-0237/2017)

- Rapport dwar azzjoni tal-UE għas-sostenibbiltà (COM(2016)0739 - 2017/2009(INI)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Seb Dance (A8-0239/2017)

- *** Rapport dwar il-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar li tiġi aċċettata f'isem l-Unjoni Ewropea l-Emenda għall-Protokoll tal-1999 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Fuq Distanza Twila sabiex Jitnaqqsu l-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku (07524/2017 - C8-0143/2017 - 2013/0448(NLE)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Adina-Ioana Vălean (A8-0241/2017)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni minn Spanja – EGF/2017/001 ES/Castilla y León mining (COM(2017)0266 - C8-0174/2017 - 2017/2079(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Monika Vana (A8-0248/2017)

- Rapport dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-abbozz ta' baġit 2018 (2017/2043(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Siegfried Mureşan (A8-0249/2017)

2.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari

- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (06182/1/2017 - C8-0150/2017 - 2012/0193(COD)) - Kumitat CONT - Kumitat LIBE - Rapporteur: Ingeborg Gräßle - Rapporteur: Juan Fernando López Aguilar (A8-0230/2017)


15. Interpellanzi maġġuri (Artikolu 130b tar-Regoli ta' Proċedura) (tressiq)

Tressqu l-interpellanzi maġġuri għal tweġiba bil-miktub b’dibattitu li ġejjin (Artikolu 130(b) tar-Regoli ta' Proċedura):

— (O-000029/2017) mressqa minn Monika Smolková, Olga Sehnalová, Pavel Poc, Eric Andrieu, Hilde Vautmans, Brian Hayes, Lynn Boylan, Petras Auštrevičius, Karoline Graswander-Hainz, Alfred Sant, Petri Sarvamaa, Momchil Nekov, Bogusław Liberadzki, Marian Harkin, Stanislav Polčák, Boris Zala, Pirkko Ruohonen-Lerner, Matt Carthy, Martina Anderson, Liadh Ní Riada, Branislav Škripek, Bronis Ropė, Anna Záborská, Miroslav Mikolášik, Nessa Childers, Biljana Borzan, Jiří Pospíšil, Luke Ming Flanagan, Dubravka Šuica, Maria Arena, Vladimír Maňka, Ulrike Müller, Kateřina Konečná, Bart Staes, Pál Csáky, József Nagy, Annie Schreijer-Pierik, Norica Nicolai, Davor Škrlec, Martin Häusling, Sirpa Pietikäinen u Ivan Štefanec, lill-Kummissjoni: Segwitu tal-iskandlu tal-importazzjonijiet ta' laħam Brażiljan (2017/2735(RSP)) (B8-0317/2017)

— (O-000044/2017) mressqa minn Beatrix von Storch f'isem il-Grupp EFDD, lill-Kummissjoni: Armata tal-UE (2017/2760(RSP)) (B8-0322/2017).


16. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)

Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):

— (O-000045/2017) imressqa minn Françoise Grossetête, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Urszula Krupa, Frédérique Ries, Kateřina Konečná, Martin Häusling, Piernicola Pedicini u Mireille D'Ornano, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Iż-żieda fl-epidemiji tal-HIV, it-TB u l-HCV fl-Ewropa (B8-0321/2017);

— (O-000057/2017) imressqa minn Bernd Lange, Daniel Caspary u David Martin, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2017 dwar il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u Singapor (B8-0323/2017);

— (O-000058/2017) imressqa minn Sirpa Pietikäinen, Renata Briano, Mark Demesmaeker, Catherine Bearder, Anja Hazekamp, Keith Taylor u Eleonora Evi, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Il-kaċċa għall-balieni fin-Norveġja (2017/2712 (RSP)) (B8-0324/2017).


17. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Lulju 2017 (PE 607.301/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149(a) tar-Regoli ta' Proċedura):

Il-President ikkomunika li kienet se ssir ċerimonja ta' tifkira ta' Simone Veil fl-emiċiklu f'12 tal-jum tal-għada u ppropona li jiddaħħal il-punt “Turija ta' qima lil Simone Veil" fl-aġenda tat-Tlieta, qabel il-ħin għall-votazzjonijiet. Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker u l-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk, huwa kien se jipparteċipa għall-funeral ta' Simone Veil f'Pariġi, u minħabba f'hekk ippropona li t-titolu tal-ewwel punt tal-aġenda tal-Erbgħa jiġi mmodifikat kif ġejt: "Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni dwar it-Tħejjija għas-Summit tal-G20 tas-7 u t-8 ta' Lulju 2017".

Il-Parlament qabel mal-proposta .

It-Tnejn

Talba tal-Grupp ENF sabiex jitniżżlu bħala l-ewwel punt tal-aġenda tas-sessjoni tat-Tnejn id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "Frontex: kriżi allarmanti tal-migrazzjoni barra x-xtut Mediterranji ta' Spanja".

Intervent ta': Nicolas Bay, f'isem il-Grupp ENF, biex jippreżenta t-talba.

Il-Parlament irrifjuta t-talba.

It-Tlieta et L-Erbgħa

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

Il-Ħamis

Talba tal-Grupp GUE/NGL sabiex titniżżel bħala t-tieni punt tal-aġenda tal-Ħamis, wara d-dibattitu konġunt "It-Trattat ta' Marrakexx: access għal xogħlijiet u materjal ieħor protett għall-persuni b'diżabilità fil-vista" (punti 42 u 41 tal-PDOJ), dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-mistoqsija orali "Il-kaċċa għall-balieni fin-Norveġja". Id-dibattitu jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li jitressqu għall-votazzjoni waqt is-sessjoni plenarja ta' Settembru.

Intervent ta': Anja Hazekamp f'isem il-Grupp GUE/NGL, biex tippreżenta t-talba, Paul Rübig biex jitlob li d-dibattitu ma jingħalaqx bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni u Anja Hazekamp kontra t-talba.

B'votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet (166 favur, 142 kontra, u 16-il astensjoni) il-Parlament approva t-talba tal-grupp GUE/NGL.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.


PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU
Viċi President

18. Assistenza makrofinanzjarja lill-Moldova ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova [COM(2017)0014 - C8-0016/2017 - 2017/0007(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Sorin Moisă (A8-0185/2017)

Sorin Moisă ippreżenta r-rapport.

Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Petras Auštrevičius (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET), Siegfried Mureşan (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG), li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bernd Lucke, Daniel Caspary f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Doru-Claudian Frunzulică, Knut Fleckenstein f'isem il-Grupp S&D, Hannu Takkula f'isem il-Grupp ALDE, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jonathan Arnott f'isem il-Grupp EFDD, Edouard Ferrand f'isem il-Grupp ENF, Eleftherios Synadinos Membru mhux affiljat, Cristian Dan Preda, Andi Cristea, Notis Marias, Norica Nicolai, Igor Šoltes, Barbara Kappel, Nicola Caputo, Jean-Luc Schaffhauser u Kazimierz Michał Ujazdowski.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Theodor Dumitru Stolojan, Maria Grapini u Krisztina Morvai.

Interventi ta': Valdis Dombrovskis u Sorin Moisă.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.9 tal-Minuti ta' 4.7.2017.


19. Standards Ewropej għas-Seklu 21 (dibattitu)

Rapport dwar Standards Ewropej għas-Seklu 21 [2016/2274(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Marlene Mizzi (A8-0213/2017)

Marlene Mizzi ppreżentat ir-rapport.

Intervent ta': Hans-Olaf Henkel (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE).

PRESIDENZA: David-Maria SASSOLI
Viċi President

Intervent ta': Elżbieta Bieńkowska (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Pavel Telička (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), Ildikó Gáll-Pelcz f'isem il-Grupp PPE, Christel Schaldemose f'isem il-Grupp S&D, Ruža Tomašić f'isem il-Grupp ECR, Kaja Kallas f'isem il-Grupp ALDE, Margot Parker f'isem il-Grupp EFDD, Mylène Troszczynski f'isem il-Grupp ENF, Andreas Schwab, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Maria Grapini, Antonio López-Istúriz White, Nicola Danti, Maria Spyraki, Olga Sehnalová, Theodor Dumitru Stolojan u Jiří Pospíšil.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo, Notis Marias u Davor Škrlec.

Interventi ta': Elżbieta Bieńkowska u Marlene Mizzi.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.4 tal-Minuti ta' 4.7.2017.


20. Żieda fl-epidemiji tal-HIV, Tuberkulożi u Epatite C fl-Ewropa (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000045/2017) imressqa minn Françoise Grossetête, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Urszula Krupa, Frédérique Ries, Kateřina Konečná, Martin Häusling, Piernicola Pedicini u Mireille D'Ornano, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Iż-żieda fl-epidemiji tal-HIV, it-TB u l-HCV fl-Ewropa (2017/2576(RSP)) (B8-0321/2017)

Kateřina Konečná daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija.

PRESIDENZA: Ildikó GÁLL-PELCZ
Viċi President

Interventi ta': Françoise Grossetête f'isem il-Grupp PPE, Claudiu Ciprian Tănăsescu f'isem il-Grupp S&D, Urszula Krupa f'isem il-Grupp ECR, Gesine Meissner f'isem il-Grupp ALDE, Margrete Auken, Julia Reid f'isem il-Grupp EFDD, Mireille D'Ornano f'isem il-Grupp ENF, Karin Kadenbach, Notis Marias, Merja Kyllönen, Piernicola Pedicini, Lampros Fountoulis, Annie Schreijer-Pierik, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Liisa Jaakonsaari, Christel Schaldemose, Ruža Tomašić, Nikolaos Chountis, Cristian-Silviu Buşoi, Daciana Octavia Sârbu, João Ferreira, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Miriam Dalli u Paloma López Bermejo.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Seán Kelly, Nicola Caputo, Eleftherios Synadinos, Maria Grapini u Krisztina Morvai.

Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura:

—   Françoise Grossetête, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Urszula Krupa, Frédérique Ries, Kateřina Konečná, Martin Häusling, Piernicola Pedicini u Mireille D’Ornano, f'isem il-Kumitat ENVI, dwar ir-risposta tal-UE għall-HIV/AIDS, it-Tuberkulożi u l-Epatite C (2017/2576(RSP)) (B8-0436/2017).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.8 tal-Minuti ta' 5.7.2017.


21. Ħajja itwal għall-prodotti: benefiċċji għall-konsumaturi u l-kumpaniji (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar ħajja itwal għall-prodotti: benefiċċji għall-konsumaturi u l-kumpaniji [2016/2272(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Pascal Durand (A8-0214/2017)

Pascal Durand għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová, Olga Sehnalová, Notis Marias, Maria Lidia Senra Rodríguez, Marco Zullo, Csaba Sógor, Biljana Borzan, Krzysztof Hetman, Liisa Jaakonsaari u João Ferreira.

Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 6.13 tal-Minuti ta' 4.7.2017.


22. L-indirizzar tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tad-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità, inkluż il-ġenoċidju (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar l-indirizzar tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tad-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità, inkluż il-ġenoċidju [2016/2239(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Cristian Dan Preda (A8-0222/2017)

Cristian Dan Preda għamel il-preżentazzjoni.

PRESIDENZA: Bogusław LIBERADZKI
Viċi President

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Jiří Pospíšil, Julie Ward, Notis Marias, João Pimenta Lopes, Barbara Lochbihler, Georgios Epitideios, Michaela Šojdrová, Csaba Sógor u Stanislav Polčák.

Intervent ta': Federica Mogherini (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 6.14 tal-Minuti ta' 4.7.2017.


23. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva t-talba ta' ħatra li ġejja mill-Grupp PPE:

Kumitat EMPL: Constance Le Grip

Din il-ħatra se titqies ratifikata jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.


24. Kumpaniji tas-sigurtà privati (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar il-kumpaniji tas-sigurtà privati [2016/2238(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Hilde Vautmans (A8-0191/2017)

Hilde Vautmans għamlet il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Caterina Chinnici, Notis Marias, Eleftherios Synadinos u Maria Grapini.

Intervent ta': Federica Mogherini (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 6.15 tal-Minuti ta' 4.7.2017.


25. Kundizzjonijiet tax-xogħol u impjieg prekarju (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-impjieg prekarju [2016/2221(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Neoklis Sylikiotis (A8-0224/2017)

Neoklis Sylikiotis għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová, Julie Ward, Ruža Tomašić, Tania González Peñas u Georgios Epitideios.

Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 6.16 tal-Minuti ta' 4.7.2017.


26. Lejn qafas pan-Ewropew ta' bonds koperti (preżentazzjoni qasira)

Rapport "Lejn qafas pan-Ewropew ta' bonds koperti" [2017/2005(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Bernd Lucke (A8-0235/2017)

Bernd Lucke għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Nicola Caputo u Notis Marias.

Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 6.5 tal-Minuti ta' 4.7.2017.


27. Ir-rwol tat-turiżmu relatat mas-sajd fid-diversifikazzjoni tas-sajd (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar ir-rwol tat-turiżmu relatat mas-sajd fid-diversifikazzjoni tas-sajd [2016/2035(INI)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Renata Briano (A8-0221/2017)

Renata Briano għamlet il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Ricardo Serrão Santos, Izaskun Bilbao Barandica, Maria Lidia Senra Rodríguez, David Coburn, Ivan Jakovčić u João Ferreira.

Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 6.6 tal-Minuti ta' 4.7.2017.


28. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:

Csaba Sógor, Miroslav Mikolášik, Maria Grapini, Julie Ward, Ruža Tomašić, Ivan Jakovčić, João Pimenta Lopes, Josep-Maria Terricabras, Gilles Lebreton, Sotirios Zarianopoulos, Stanislav Polčák, Momchil Nekov, Notis Marias, Marek Jurek, Jozo Radoš, Paloma López Bermejo, Jordi Solé, Michaela Šojdrová, Tonino Picula, Jasenko Selimovic, Maria Lidia Senra Rodríguez, Jiří Pospíšil, Nicola Caputo u Claudiu Ciprian Tănăsescu.


29. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 607.301/OJMA).


30. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 23.00.

Klaus Welle

Bogusław Liberadzki

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adaktusson, Adinolfi, Affronte, Agea, Agnew, Aguilera García, Aiuto, Aker, Albrecht, Ali, Alliot-Marie, Anderson Lucy, Anderson Martina, Andersson, Andrieu, Andrikienė, Androulakis, Annemans, Arnautu, Arnott, Ashworth, Atkinson, Auken, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, van Baalen, Bach, Balas, Balčytis, Balczó, Balz, Barekov, Batten, Bay, Bearder, Becerra Basterrechea, Belder, Bendtsen, Benifei, Benito Ziluaga, Bettini, Bilbao Barandica, Bilde, Bizzotto, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Bonafè, Boni, Borghezio, Borrelli, Borzan, Boştinaru, Boutonnet, Bové, Bresso, Briano, Briois, Brok, Buchner, Buda, Bullmann, Buşoi, Bütikofer, Buzek, Cabezón Ruiz, Cadec, Calvet Chambon, Campbell Bannerman, Caputo, Carthy, Carver, Casa, Caspary, Castaldo, del Castillo Vera, Cavada, Charanzová, Chauprade, Childers, Chinnici, Chountis, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Cicu, Ciocca, Cirio, Coburn, Coelho, Collin-Langen, Collins, Comi, Corbett, Cornillet, Corrao, Costa, Cozzolino, Cramer, Cristea, Csáky, Czarnecki, Czesak, van Dalen, Dalli, Dalton, D'Amato, Dance, Danti, De Castro, Delahaye, Deli, Delli, De Masi, Demesmaeker, De Monte, Denanot, Deprez, Deß, Deutsch, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Dlabajová, Dodds, Dohrmann, Dorfmann, D'Ornano, Durand, Dzhambazki, Eck, Ehler, Elissen, Engel, Engström, Epitideios, Erdős, Ertug, Estaràs Ferragut, Etheridge, Evans, Evi, Fajon, Federley, Fernandes, Fernández, Ferrand, Ferrara, Ferreira, Finch, Fisas Ayxelà, Fjellner, Flack, Flanagan, Beňová, Fleckenstein, Florenz, Fontana, Forenza, Foster, Fotyga, Fountoulis, Fox, Freund, Frunzulică, Gabriel, Gahler, Gál, Gáll-Pelcz, Gambús, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Geier, Gentile, Gericke, Geringer de Oedenberg, Giegold, Gierek, Gieseke, Gill Neena, Gill Nathan, Girling, Giuffrida, Goddyn, Goerens, Gollnisch, Gomes, González Peñas, González Pons, Gosiewska, Grammatikakis, de Grandes Pascual, Grapini, Gräßle, Graswander-Hainz, Griesbeck, Griffin, Grigule-Pēterse, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Guoga, Guteland, Gutiérrez Prieto, Gyürk, Halla-aho, Händel, Hannan, Harkin, Harms, Häusling, Hautala, Hayes, Hazekamp, Hedh, Henkel, Herranz García, Hetman, Heubuch, Hoc, Hohlmeier, Hökmark, Hölvényi, Honeyball, Hookem, Hortefeux, Hübner, Hudghton, Huitema, Hyusmenova, in 't Veld, Iturgaiz, Ivan, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jakovčić, Jalkh, James, Jáuregui Atondo, Jávor, Jazłowiecka, Ježek, Jiménez-Becerril Barrio, Jongerius, Joulaud, Juaristi Abaunz, Jurek, Kadenbach, Kaili, Kalinowski, Kallas, Kammerevert, Kappel, Karas, Kari, Kariņš, Karlsson, Karski, Kaufmann, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Kelly, Khan, Kłosowski, Koch, Kofod, Kohlíček, Kohn, Kölmel, Konečná, Korwin-Mikke, Kósa, Köster, Köstinger, Kouloglou, Kouroumbashev, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Krupa, Kudrycka, Kuhn, Kukan, Kumpula-Natri, Kuneva, Kuźmiuk, Kyllönen, Kyrkos, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lalonde, Lamassoure, Lambert, Langen, Lauristin, Lavrilleux, Lebreton, Legutko, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Lewandowski, Liberadzki, Liese, Lietz, Lins, Lochbihler, Loiseau, Løkkegaard, Loones, Lope Fontagné, López Bermejo, López-Istúriz White, Lösing, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lunacek, Łybacka, McAllister, McAvan, McGuinness, Mach, McIntyre, Macovei, Maletić, Malinov, Maltese, Mamikins, Maňka, Mann, Manscour, Marcellesi, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin David, Martin Dominique, Martin Edouard, Martusciello, Marusik, Maštálka, Matias, Mato, Matthews, Maullu, Maurel, Mavrides, Mayer Georg, Mayer Alex, Mazuronis, Meissner, Mélin, Melior, Melo, Meszerics, Metsola, Michels, Mihaylova, Mikolášik, van Miltenburg, Mineur, Mizzi, Mlinar, Moi, Moisă, Molnár, Monot, Montel, Moraes, Morgano, Morin-Chartier, Morvai, Müller, Mureşan, Muselier, Negrescu, Nekov, Neuser, Nica, Nicholson, Nicolai, Niedermayer, Niedermüller, van Nieuwenhuizen, Nilsson, Ní Riada, Noichl, Novakov, Nuttall, Obermayr, O'Flynn, Olbrycht, Omarjee, Ożóg, Pabriks, Paet, Pagazaurtundúa Ruiz, Paksas, Panzeri, Papadakis Demetris, Papadakis Konstantinos, Papadimoulis, Parker, Paşcu, Pavel, Pedicini, Petersen, Petir, Picierno, Picula, Piecha, Pieper, Pietikäinen, Pimenta Lopes, Piotrowski, Piri, Pirinski, Pitera, Pittella, Plura, Poc, Pogliese, Polčák, Ponga, Poręba, Pospíšil, Post, Preda, Preuß, Proust, Quisthoudt-Rowohl, Radev, Radoš, Rangel, Rebega, Reding, Regner, Reid, Reimon, Reintke, Revault d'Allonnes Bonnefoy, Ribeiro, Riquet, Rivasi, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodrigues Maria João, Rodríguez-Piñero Fernández, Rodust, Rohde, Rolin, Ropė, Rosati, Rozière, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Saïfi, Salafranca Sánchez-Neyra, Salini, Salvini, Sánchez Caldentey, Sander, Sant, dos Santos, Sârbu, Sargentini, Sarvamaa, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Schaffhauser, Schaldemose, Schlein, Schmidt, Scholz, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulze, Schuster, Schwab, Scott Cato, Sehnalová, Selimovic, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Seymour, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Sippel, Škripek, Škrlec, Smith, Smolková, Sógor, Šojdrová, Solé, Šoltes, Sommer, Sonneborn, Spinelli, Spyraki, Staes, Stanishev, Starbatty, Štefanec, Steinruck, Štětina, Stevens, Stihler, Stolojan, von Storch, Stuger, Šuica, Sulík, Šulin, Svoboda, Swinburne, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Takkula, Tamburrano, Tănăsescu, Tannock, Țapardel, Tarabella, Tarand, Taylor, Telička, Terricabras, Theocharous, Theurer, Thomas, Thun und Hohenstein, Toia, Tőkés, Tolić, Tomaševski, Tomašić, Tomc, Toom, Torres Martínez, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Trüpel, Ţurcanu, Ujazdowski, Ujhelyi, Ulvskog, Ungureanu, Urbán Crespo, Urutchev, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Vălean, Valero, Valli, Vana, Van Bossuyt, Van Brempt, Vandenkendelaere, Van Orden, Vaughan, Vautmans, Väyrynen, Vergiat, Verheyen, Viegas, Vilimsky, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Voss, Vozemberg-Vrionidi, Wałęsa, Ward, Weber Renate, Weidenholzer, von Weizsäcker, Wenta, Werner, Wieland, Wierinck, Willmott, Winberg, Winkler Hermann, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Wölken, Woolfe, Záborská, Zagorakis, Zahradil, Zala, Zanonato, Zarianopoulos, Ždanoka, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zijlstra, Zīle, Zimmer, Złotowski, Zoffoli, Żółtek, Zorrinho, Zovko, Zullo, Zver, Zwiefka

Skużati:

Becker, Bours, Cofferati, Crowley, Eickhout, Faria, Kirton-Darling, La Via, Le Pen, Matera, Maydell, Mosca, Mussolini, Punset, Žitňanská

Avviż legali - Politika tal-privatezza