Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 11 ta' Settembru 2017 - Strasburgu

2. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
Rapporti Verbatim

Il-President ikkundanna l-attentati terroristiċi li laqtu dan l-aħħar bosta bliet tal-Ewropa u esprima s-solidarjetà tal-Parlament mal-vittmi tat-terroriżmu u tad-diżastri naturali reċenti.

Il-Parlament osserva minuta silenzju bħala tifkira tal-vittmi.

°
° ° °

Interventi ta':

—   Nicola Danti li tenna l-importanza tal-impenn tal-UE kontra t-tibdil fil-klima (il-President ingħaqad ma' kliemu),

—   Gianni Pittella fl-okkażjoni tal-anniversarju tal-mewt ta' Salvador Allende,

—   Franck Proust dwar l-uragan Irma, il-ġestjoni tad-diżastri naturali u r-rwol tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-President iċċara xi punti),

—   Sajjad Karim dwar id-destin taċ-ċittadini tal-UE residenti fir-Renju Unit u dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-Premju Sakharov,

—   James Carver, li kkummenta l-affermazzjonijiet li għamel Franck Proust (il-President iċċara xi punti), u

—   Teresa Jiménez-Becerril Barrio dwar it-terremot li dan l-aħħar heżżeż il-Messiku (il-President ingħaqad ma' kliemha).

Avviż legali - Politika tal-privatezza