Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 11 ta' Settembru 2017 - StrasburguVerżjoni finali

10. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet ta' diversi Kumitati biex jidħlu f'negozjati interistituzzjonali, bi qbil mal-Artikolu 69c(1) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Kumitat EMPL, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2062/94 (COM(2016)0528 – C8-0344/2016 – 2016/0254(COD)). Rapporteur: Czesław Hoc (A8-0274/2017)

- Kumitat EMPL, abbażi tar-rapport dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 337/75 (COM(2016)0532 – C8-0343/2016 – 2016/0257(COD)). Rapporteure: Anne Sander (A8-0273/2017)

- Kumitat EMPL, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 (COM(2016)0531 – C8-0342/2016 – 2016/0256(COD)). Rapporteur: Enrique Calvet Chambon (A8-0275/2017)

- Kumitat ECON, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta' ingranaġġ, il-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta' investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta' rappurtar u divulgar u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (COM(2016)0850 – C8-0158/2016 – 2016/0360B(COD)). Rapporteur: Peter Simon (A8-0255/2017)

- Kumitat ENVI, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 87/217/KEE tal-Kunsill, id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE u d-Direttiva tal-Kunsill 94/63/KE f'dak li għandu x'jaqsam mar-regoli ta' proċedura fir-rappurtar fil-qasam tal-ambjent u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE (COM(2016)0789 – C8-0526/2016 – 2016/0394(COD)). Rapporteur: Francesc Gambús (A8-0253/2017)

- Kumitat AFET, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbilità u l-paċi (COM(2016)0447 – C8-0264/2016 – 2016/0207(COD)). Rapporteur: Arnaud Danjean (A8-0261/2017)

Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, Membri jew grupp(i) politiku/ċi li jilħqu tal-inqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada, it-Tlieta 12 ta' Settembru 2017, li deċiżjoni ta' kumitat li tkun se tidħol f'negozjati titqiegħed għall-votazzjoni.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.

Avviż legali