Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 12 ta' Settembru 2017 - Strasburgu

16. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President fakkar li r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat PECH li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mad-distribuzzjoni tal-fondi taħt ġestjoni diretta fost l-objettivi tal-Politika Marittima Integrata u l-Politika Komuni tas-Sajd (C(2017)03881 - 2017/2743(DEA)) (B8-0496/2017) tħabbret fil-11 ta' Settembru 2017 (punt 13 tal-Minuti ta' 11.9.2017).

Ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni għal din ir-rakkomandazzjoni fi żmien 24 siegħa kif stabbilit mill-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura.

Konsegwentement, din ir-rakkomandazzjoni titqies approvata u se tkun ippubblikata fit-Testi adottati tas-seduta ta' għada it-13 ta' Settembru 2017.

Avviż legali - Politika tal-privatezza