Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 13 ta' Settembru 2017 - StrasburguVerżjoni finali

8. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (approvazzjoni) (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li rċieva talba għal votazzjoni min-naħa tal-gruppi GUE/NGL u Verts/ALE kif ukoll minn diversi Membri dwar id-deċiżjoni tal-Kumitat AFET li jidħol f'negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-Minuti ta' nhar it-Tnejn 11 ta' Settembru 2017 (punt 10 tal-Minuti ta' 11.9.2017).

Il-votazzjoni se ssir għada.

Il-President ħabbar li ma rċeviex talba għal votazzjoni min-naħa ta' għadd ta' Membri jew minn grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju rigward id-deċiżjonijiet l-oħrajn ta' dħul f'negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-Minuti ta' nhar it-Tnejn 11 ta' Settembru 2017 (punt 10 tal-Minuti ta' 11.9.2017).

Il-Kumitati EMPL, ECON u ENVI għalhekk setgħu jibdew in-negozjati qabel l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura.

Avviż legali