Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 13 ta' Settembru 2017 - StrasburguVerżjoni finali

9. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit Europarl.


9.1. Ftehim multilaterali dwar it-twaqqif ta' Żona ta' Avjazzjoni Komuni Ewropea (ECAA) *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ir-Repubblika tal-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Serbja, u l-Missjoni ta' Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo dwar l-Istabbiliment ta' Żona ta' Avjazzjoni Komuni Ewropea (ECAA) [15654/2016 - C8-0098/2017- 2006/0036(NLE)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Roberts Zīle (A8-0260/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2017)0332)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


9.2. Sottopożizzjoni tal-akriloilfentanil għal miżuri ta' kontroll * (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tissottoponi N-(1-fenetilpiperidin-4-il)-N-fenilakrilammid (akriloilfentanil) għal miżuri ta' kontroll [08858/2017 - C8-0179/2017 - 2017/0073(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Brice Hortefeux (A8-0284/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2017)0333)


9.3. Relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-Indja (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar ir-relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-Indja [2017/2025(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Cristian Dan Preda (A8-0242/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2017)334)


9.4. Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Italja (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Italja [COM(2017)0540 - C8-0199/2017 - 2017/2101(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Giovanni La Via (A8-0280/2017)

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament u 3/5 tal-voti mitfugħa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2017)335)

Interventi

Qabel il-votazzjoni:

Giovanni La Via (rapporteur) għamel dikjarazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 150(4) tar-Regoli ta' Proċedura.

Wara l-votazzjoni:

Il-President iddikjara li wara talba li saret it-Tnejn fil-bidu tas-sessjoni (punt 2 tal-Minuti ta' 11.9.2017), illum se jiffirma ittra ddestinata lill-President tal-Kummissjoni, Jean-Claude Juncker, biex jitolbu jsib soluzzjoni sabiex tingħata għajnuna finanzjarja lill-parti Nertherlandiża tal-gżira ta' Sint Maarten, li ġiet iddevastata mill-uragan Irma.


9.5. Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2017 li jakkumpanja l-proposta li jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Italja (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2017 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 li jakkumpanja l-proposta li jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Italja [11813/2017 - C8-0304/2017 - 2017/2109(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Jens Geier (A8-0281/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2017)336)


9.6. Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2017/002 FI/Microsoft 2 (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Finlandja – EGF/2017/002 FI/Microsoft 2) [COM(2017)0322 - C8-0193/2017 - 2017/2098(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0278/2017)

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament u 3/5 tal-voti mitfugħa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2017)337)

PRESIDENZA: Alexander Graf LAMBSDORFF
Viċi President


9.7. Skema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet (EU ETS): tkomplija tal-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta' applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jitkomplew il-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta' applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u ssir il-preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 [COM(2017)0054 - C8-0028/2017 - 2017/0017(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Julie Girling (A8-0258/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2017)338)

Intervent ta' Julie Girling (rapporteur), wara l-votazzjoni, biex titlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.


9.8. Inklużjoni tal-emissjonijiet u assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima [COM(2016)0479 - C8-0330/2016- 2016/0230(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Norbert Lins (A8-0262/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2017)339)

Intervent ta' Norbert Lins (rapporteur), wara l-votazzjoni, biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.


9.9. Format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz [COM(2016)0434 - C8-0247/2016- 2016/0198(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Jussi Halla-aho (A8-0065/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

FTEHIM PROVVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2017)340)


9.10. Oġġezzjoni għal att delegat: rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-ikel għal sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikolu 105(3) tar-Regoli ta' Proċedura, minn Julie Girling f'isem il-Grupp ECR, dwar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni, tat-2 ta' Ġunju 2017, li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-ikel għal sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż (C(2017)03664 - 2017/2717(DEA)) (B8-0497/2017)

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Rifjut


9.11. Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106: sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4 (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, minn Bart Staes, Karin Kadenbach, Lynn Boylan, Eleonora Evi, Sirpa Pietikäinen u Valentinas Mazuronis, f'isem il-Kumitat ENVI, dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (D051451-2017/2780(RSP)) (B8-0498/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2017)341)


9.12. Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106: importazzjoni ta' għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, minn Michèle Rivasi Christel Schaldemose, Frédérique Ries, Lynn Boylan, Piernicola Pedicini u Sirpa Pietikäinen, f'isem il-Kumitat ENVI, dwar l-abbozz ta' Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru.../... li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 fir-rigward tal-ikel u l-għalf soġġetti għal kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima (D051561/01 ; 2017/2837(RSP)) (B8-0502/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2017)342)


9.13. Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 3/2017: ir-riżorsi baġitarji tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; tabelli tal-persunal tal-ACER u s-SESAR2 (votazzjoni)

Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 3/2017 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 li jżid ir-riżorsi baġitarji tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ bil-għan li jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ madwar l-Unjoni Ewropea u li jkunu aġġornati t-tabelli tal-persunal tal-aġenzija deċentralizzata ACER u l-Impriża Konġunta SESAR2 [11812/2017 - C8-0303/2017 - 2017/2078(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Jens Geier (A8-0282/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2017)343)


9.14. Esportazzjoni tal-armi: implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK (votazzjoni)

Rapport dwar l-esportazzjoni tal-armi: implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK [2017/2029(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Bodil Valero (A8-0264/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2017)344)


9.15. Relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-Amerika Latina (votazzjoni)

Rapport dwar ir-relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-Amerika Latina [2017/2027(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Javi López (A8-0268/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2017)345)

Interventi

Javi López (rapporteur)


9.16. Korruzzjoni u drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi (votazzjoni)

Rapport dwar il-korruzzjoni u drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi [2017/2028(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Petras Auštrevičius (A8-0246/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 16)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2017)346)

Avviż legali