Indiċi 
Minuti
PDF 230kWORD 74k
It-Tnejn, 2 ta' Ottubru 2017 - StrasburguVerżjoni finali
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Ftuħ tas-seduta
 3.Dikjarazzjoni tal-Presidenza
 4.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 5.Kompożizzjoni tal-Parlament
 6.Talba għat-tneħħija tal-immunità
 7.Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)
 8.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 9.Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
 10.Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 11.Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
 12.Dokumenti mressqa
 13.Ordni tal-ħidma
 14.Miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni ICCAT ***I (dibattitu)
 15.L-emanċipazzjoni ekonomika tan-nisa fis-setturi privati u pubbliċi fl-UE (preżentazzjoni qasira)
 16.L-indirizzar tat-tnaqqis tal-ispazju tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (preżentazzjoni qasira)
 17.Il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità (preżentazzjoni qasira)
 18.Relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-ASEAN (preżentazzjoni qasira)
 19.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 20.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 21.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Is-sessjoni li ġiet interrotta l-Ħamis 14 ta' Settembru 2017 tkompliet.


2. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.05.


3. Dikjarazzjoni tal-Presidenza

Il-President fakkar liż-żewġ vittmi tal-attentat tal-bieraħ fl-istazzjon ta' Saint-Charles f'Marsilja u esprima l-kondoljanzi tal-Parlament lill-familji tal-vittmi.

Huwa semma wkoll l-attentati tal-bieraħ f'Las Vegas u tal-biraħtlula f'Edmonton u esprima l-kondoljanzi tal-Parlament lill-familji tal-persuni milquta.

Il-Parlament osserva minuta silenzju bħala tifkira tal-vittmi.


4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.


5. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Ċeka, tar-Rumanija, tal-Bulgarija u tal-Ungerija ħabbru l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Jiří Payne, Răzvan Popa, Asim Ahmedov Ademov u ta' Lívia Járóka b'effett mill-5, mit-13, mill-14 u mill-15 ta' Settembru 2017, minflok Petr Mach, Victor Negrescu, Mariya Gabriel u Ildikó Gáll-Pelcz, rispettivament.

Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħhom.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Jiří Payne, Răzvan Popa, Asim Ahmedov Ademov et Lívia Járóka jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.


6. Talba għat-tneħħija tal-immunità

L-awtoritajiet Ġermaniżi kompetenti ressqu talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Ingeborg Gräßle fl-ambitu ta' proċedura ta' inkjesta kontriha.

L-awtoritajiet Franċiżi kompetenti ressqu talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Steeve Briois fl-ambitu ta' informazzjoni ġudizzjarja miftuħa quddiem il-Qorti Reġjonali ta' Douai.

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn it-talbiet ġew irriferuti lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.


7. Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-Kumitat ENVI bagħat din ir-rettifika ta' test adottat mill-Parlament Ewropew:

- Rettifika P7_TA(2012)0010(COR01) għar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1) (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fid-19 ta' Jannar 2012 bil-ħsieb tal-adozzjoni għar-Regolament (P7_TA(2012)0010) (05032/2/2011 – C7-0251/2011 – 2009/0076(COD)) - Kumitat ENVI

Skont l-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din ir-rettifika titqies li tkun ġiet approvata, ħlief jekk, sa mhux aktar tard minn 24 siegħa, issir talba minn grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx biex jittieħed vot fuqha.

Ir-rettifika hija disponibbli fuq is-sit Europarl għal kemm iddum din is-sessjoni parzjali.


8. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva mill-Gruppi S&D, ECR, ALDE, Verts/ALE, EFDD u ENF dawn it-talbiet għal ħatriet li ġejjin:

Kumitat BUDG: Răzvan Popa

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE: Răzvan Popa

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Ġappun: Nosheena Mobarik minflok Syed Kamall

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Mashrek: Patricia Lalonde minflok Jean-Marie Cavada

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran: Patricia Lalonde minflok Jean-Marie Cavada

Delegazzjoni għall-Kumitat għall-Kooperazzjoni Parlamentari bejn l-UE u l-Moldova : Bronis Ropė

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Euronest: Benedek Jávor

Sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża: James Carver minflok Bill Etheridge

Kumitat ENVI: Joëlle Mélin minflok Mireille D'Ornano

Kumitat AFCO: Gerolf Annemans minflok Florian Philippot

Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.


9. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President informa li, flimkien mal-President tal-Kunsill, iffirma l-att li ġej adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), il-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta' Garanzija tal-EFSD (00043/2017/LEX - C8-0321/2017 - 2016/0281(COD))


10. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-pożizzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta' April I u II huma disponibbli fuq is-sit Europarl.


11. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)

Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):

- (O-000064/2017) imressqa minn Vilija Blinkevičiūtė, f'isem il- Kumitat FEMM, lill-Kummissjoni: VP/HR - It-tmiem taż-żwieġ tat-tfal (2017/2663(RSP)) (B8-0328/2017);

- (O-000068/2017) imressqa minn Adina-Ioana Vălean, Peter Liese, Gilles Pargneaux, Julie Girling, Gerben-Jan Gerbrandy, Estefanía Torres Martínez, Marco Affronte, Mireille D'Ornano u Piernicola Pedicini, f'isem il- Kumitat ENVI, lill-Kunsill: Il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima 2017 f'Bonn, il-Ġermanja (COP23) (2017/2620(RSP)) (B8-0329/2017);

- (O-000069/2017) imressqa minn Adina-Ioana Vălean, Peter Liese, Gilles Pargneaux, Julie Girling, Gerben-Jan Gerbrandy, Estefanía Torres Martínez, Marco Affronte u Piernicola Pedicini, f'isem il- Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima 2017 f'Bonn, il-Ġermanja (COP23) (2017/2620(RSP)) (B8-0330/2017);

- (O-000060/2017) imressqa minn Tomáš Zdechovský, Roberta Metsola u Michał Boni, f'isem il-Grupp PPE, lill-Kummissjoni: Is-sigurtà fit-toroq tal-Ewropa (2017/2875(RSP)) (B8-0601/2017);

- (O-000070/2017) imressqa minn Jens Nilsson, Ramón Luis Valcárcel Siso, Beatriz Becerra Basterrechea, Marie-Christine Vergiat, Sven Giegold, Elena Gentile, Agnes Jongerius, Brando Benifei, Clara Eugenia Aguilera García, Ernest Urtasun, Evelyn Regner, Pina Picierno, Izaskun Bilbao Barandica, Jan Keller, Jean Lambert, Jean-Paul Denanot, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Nessa Childers, Nicola Danti, Patrizia Toia, Ramón Jáuregui Atondo, Renata Briano, Sergio Gaetano Cofferati, Sergio Gutiérrez Prieto, Guillaume Balas, Nicola Caputo, Simona Bonafè, Damiano Zoffoli, Enrico Gasbarra, Marita Ulvskog, Jytte Guteland, Olle Ludvigsson, Anna Hedh, Eider Gardiazabal Rubial, Elena Valenciano, Sofia Ribeiro, Heinz K. Becker, Georgi Pirinski, Enrique Guerrero Salom u Maria Arena, lill-Kummissjoni: Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Ekonomija Soċjali (2017/2877(RSP)) (B8-0602/2017).


12. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (COM(2017)0481 - C8-0307/2017 - 2017/0219(COD))

F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 304 u 307 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Qorti tal-Awdituri dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

AFCO

opinjoni :

BUDG, JURI, CONT

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill L-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (COM(2017)0482 - C8-0308/2017 - 2017/0220(COD))

irriferut

responsabbli :

AFCO

opinjoni :

PETI, CULT, LIBE

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ pagament mhux bi flus kontanti u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/JHA (COM(2017)0489 - C8-0311/2017 - 2017/0226(COD))

F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 304 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

ITRE, JURI, ECON

- Abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018: pożizzjoni tal-Kunsill tal-4 ta' Settembru 2017 (11815/2017 - C8-0313/2017 - 2017/2044(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

PETI, FEMM, AFCO, DEVE, CULT, AFET, PECH, AGRI, ENVI, EMPL, ITRE, JURI, ECON, CONT, LIBE, INTA, IMCO, TRAN, REGI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil (11040/2017 - C8-0320/2017 - 2017/0139(NLE))

irriferut

responsabbli :

ITRE

2) mill-kumitati parlamentari

- Rapport dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-2015 (2017/2011(INI)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Kostas Chrysogonos (A8-0265/2017)

- Rapport dwar it-tisħiħ tal-pożizzjoni Ekonomika tan-Nisa fis-Setturi Privati u Pubbliċi fl-UE (2017/2008(INI)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Anna Hedh (A8-0271/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 337/75 (COM(2016)0532 - C8-0343/2016 - 2016/0257(COD)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Anne Sander (A8-0273/2017)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK (11342/2016 - C8-0458/2016 - 2016/0217(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Javier Couso Permuy (A8-0279/2017)

- Rapport dwar l-indirizzar tat-tnaqqis tal-ispazju tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (2016/2324(INI)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Teresa Jiménez-Becerril Barrio (A8-0283/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2017)0424 - C8-0239/2017 - 2017/0190(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Alain Cadec (A8-0285/2017)

- * Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li jirrigwardaw is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (10161/2017 - C8-0224/2017 - 2017/0808(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra (A8-0286/2017)

- * Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Greċja (10476/2017 - C8-0230/2017 - 2017/0809(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Claude Moraes (A8-0287/2017)

- * Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fir-Repubblika Ċeka (09893/2017 - C8-0197/2017 - 2017/0806(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Maria Grapini (A8-0288/2017)

- * Rapport dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Portugall (09898/2017 - C8-0213/2017 - 2017/0807(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Jaromír Štětina (A8-0289/2017)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (09941/2017 - C8-0229/2017 - 2013/0255(APP)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Barbara Matera (A8-0290/2017)


13. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji ta' Ottubru I (PE 611.537/PDOJ) tqassam u fir-rigward tiegħu ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

It-Tlieta

- Talba tal-Grupp ENF biex id-dibattitu dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati mar-Renju Unit (punt 59 tal-PDOJ) ma jiġix konkluż bit-tressiq tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.

Interventi ta': Janice Atkinson f'isem il-Grupp ENF, biex tiġġustifika it-talba, u Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, kontra t-talba.

Il-Parlament irrifjuta t-talba.

- Talba tal-Grupp Verts/ALE biex jiddaħħal fl-Aġenda dibattitu dwar "Oġġezzjoni għal att ta' implimentazzjoni: Kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni ta' proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali"

Intervent ta': Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, biex jġġustifika t-talba.

B'VE (213 favur, 140 kontra, 3 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

Id-dibattitu ġie inkluż fl-aġenda tat-Tlieta waranofsinhar.

L-Erbgħa

Il-President ħabbar li rċieva diversi talbiet mill-gruppi politiċi dwar is-sitwazzjoni fil-Katalunja.

Hu ppreċiża li l-Parlament ser jintalab jiddeċiedi, l-ewwel, dwar il-possibbiltà li jiddaħħal dibattitu fl-aġenda ta' din is-sessjoni, it-tieni, dwar id-data tad-dibattitu, u t-tielet, dwar it-titolu tad-dibattitu.

Intervent ta': Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE.

Il-Parlament approva l-inklużjoni ta' dibattitu fl-aġenda.

Il-President ħabbar li l-Gruppi Verts/ALE u GUE/NGL talbu li d-dibattitu jsir it-Tlieta, u l-Grupp S&D talab li jsir l-Erbgħa.

Intervent ta': Gianni Pittella f'isem il-Grupp S&D, biex jikkonferma t-talba tal-grupp tiegħu favur l-Erbgħa.

Il-President innota li l-Grupp Verts/ALE qabel mat-talba tal-Grupp S&D.

Intervent ta': Victor Boştinaru, kontra li d-dibattitu jsir filgħodu.

Il-President ippreċiża li l-Gruppi PPE u ALDE talbu li d-dibattitu jsir l-Erbgħa waranofsinhar.

Il-Parlament approva din t-talba.

Intervent ta': James Carver f'isem il-Grupp EFDD, li talab li d-dibattitu jsir malajr kemm jista' jkun, jiġifieri t-Tlieta (Il-President oġġezzjona peress li l-Parlament diġà stabbilixxa li hu favur l-Erbgħa waranofsinhar).

Il-President ħabbar li l-gruppi politiċi talbu, rispettivament, li d-dibattitu jkun intitolat kif ġej:

"Vjolenzi kbar mill-pulizija kontra ċittadini paċifiċi fil-Katalunja" (Gruppi Verts/ALE u GUE/NGL);

"Kostituzzjoni, stat tad-dritt u drittijiet fundamentali fi Spanja fid-dawl tal-avvenimenti fil-Katalunja" (Gruppi PPE, S&D u ALDE);

"Stat tad-dritt u azzjonijiet vjolenti u ostili tal-Gvern Spanjol kontra l-poplu Katalan" (Grupp EFDD).

Il-Grupp EFDD talab barra minn hekk li d-dibattitu jiġi konkluż bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.

Interventi ta'::

- Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Maria João Rodrigues f'isem il-Grupp S&D, biex jiġġustifikaw it-talbiet tal-grupp rispettiv tagħhom,

- Françoise Grossetête f'isem il-Grupp PPE, u Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, biex jappoġġjaw it-talba tal-Grupp S&D,

- Bruno Gollnisch, favur titolu aktar ġenerali,

- Jonathan Arnott f'isem il-Grupp EFDD, biex jiġġustifika t-talba tal-grupp tiegħu favur it-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni,

- Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, biex jipproponi li t-talba tal-Grupp S&D titressaq l-ewwel għall-votazzjoni,

- Matt Carthy u Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, biex taqbel maż-żieda tal-frażi "drittijiet fundamentali" fit-titolu tad-dibattitu kif issuġġerit mill-Grupp S&D, iżda esprimiet ruħha kontra t-tressiq tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, u

- Esteban González Pons f'isem il-Grupp PPE, biex jitlob li l-Parlament jivvota dwar it-talba tal-Grupp S&D u biex id-dibattitu jsir fil-forma ta' sensiela tal-Presidenti tal-gruppi politiċi.

Il-President innota li hemm qbil ħlief min-naħa tal-Grupp EFDD dwar it-titolu tat-talba tal-Gruppi S&D u PPE.

Il-Parlament approva t-talbiet tal-Gruppi S&D u PPE.

Id-dibattitu se jsir l-Erbgħa fit-15h.

Il-Ħamis

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.


14. Miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni ICCAT ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007 [COM(2016)0401 - C8-0224/2016 - 2016/0187(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Gabriel Mato (A8-0173/2017)

Gabriel Mato ippreżenta r-rapport.

PRESIDENZA: Bogusław LIBERADZKI
Viċi President

Intervent ta': Karmenu Vella (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Renata Briano (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Werner Kuhn f'isem il-Grupp PPE, Ricardo Serrão Santos f'isem il-Grupp S&D, Ruža Tomašić f'isem il-Grupp ECR, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp ALDE, Anja Hazekamp f'isem il-Grupp GUE/NGL, Mike Hookem f'isem il-Grupp EFDD, Sofia Ribeiro, Isabelle Thomas, Czesław Hoc, João Pimenta Lopes, Clara Eugenia Aguilera García, Notis Marias, Nicola Caputo, Doru-Claudian Frunzulică, Michela Giuffrida u David Coburn.

PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME
Viċi President

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Francisco José Millán Mon, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' David Coburn, u Carlos Iturgaiz.

Interventi ta': Karmenu Vella u Gabriel Mato.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 4.3 tal-Minuti ta' 3.10.2017.


15. L-emanċipazzjoni ekonomika tan-nisa fis-setturi privati u pubbliċi fl-UE (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar l-emanċipazzjoni ekonomika tan-nisa fis-setturi privati u pubbliċi fl-UE [2017/2008(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Anna Hedh (A8-0271/2017)

Anna Hedh għamlet il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová, Nicola Caputo, Notis Marias, Tania González Peñas, Jonathan Arnott, Anna Záborská, Maria Grapini, Ruža Tomašić, David Coburn, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Julie Ward, Csaba Sógor, Wajid Khan, Doru-Claudian Frunzulică u Viorica Dăncilă.

Intervent ta': Karmenu Vella (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 4.4 tal-Minuti ta' 3.10.2017.


16. L-indirizzar tat-tnaqqis tal-ispazju tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar l-indirizzar tat-tnaqqis tal-ispazju tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw [2016/2324(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Teresa Jiménez-Becerril Barrio (A8-0283/2017)

Teresa Jiménez-Becerril Barrio għamlet il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Bogdan Brunon Wenta, Maria Grapini, Notis Marias, Jonathan Arnott, Eleftherios Synadinos, Stanislav Polčák, Julie Ward, Maria Heubuch u Nicola Caputo.

Intervent ta': Karmenu Vella (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 4.5 tal-Minuti ta' 3.10.2017.

PRESIDENZA: Evelyne GEBHARDT
Viċi President


17. Il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità [2017/2068(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Elissavet Vozemberg-Vrionidi (A8-0272/2017)

Elissavet Vozemberg-Vrionidi għamlet il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová, Nicola Caputo, Notis Marias, Nathalie Griesbeck, Jan Philipp Albrecht, Jonathan Arnott, Bernard Monot, Eleftherios Synadinos, Csaba Sógor, Julie Ward, Stanislav Polčák, Caterina Chinnici, Georgios Epitideios u Arndt Kohn.

Intervent ta': Julian King (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 4.6 tal-Minuti ta' 3.10.2017.


18. Relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-ASEAN (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar ir-relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-ASEAN [2017/2026(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Reinhard Bütikofer (A8-0243/2017)

Reinhard Bütikofer għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Csaba Sógor, Neena Gill, Eduard Kukan, Notis Marias, Kateřina Konečná, Barbara Lochbihler, Tomáš Zdechovský u Stanislav Polčák.

Intervent ta': Julian King (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 4.7 tal-Minuti ta' 3.10.2017.


19. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:

Pál Csáky, Giorgos Grammatikakis, Angel Dzhambazki, Izaskun Bilbao Barandica, Marina Albiol Guzmán, Marco Zanni, Zoltán Balczó, Michaela Šojdrová, Soledad Cabezón Ruiz, Arne Gericke, Takis Hadjigeorgiou, Mario Borghezio, Stanislav Polčák, John Howarth, Urszula Krupa, Liadh Ní Riada, Tomáš Zdechovský, Andrejs Mamikins, Notis Marias, Marie-Pierre Vieu, Mairead McGuinness, Viorica Dăncilă, Maria Grapini u Emilian Pavel.


20. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 611.537/OJMA).


21. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 20.55.

Klaus Welle

Ioan Mircea Paşcu

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adaktusson, Ademov, Adinolfi, Affronte, Agnew, Aguilera García, Aiuto, Aker, Albiol Guzmán, Albrecht, Ali, Alliot-Marie, Anderson Lucy, Andersson, Andrieu, Andrikienė, Annemans, Arena, Arnautu, Arnott, Arthuis, Ashworth, Assis, Atkinson, Auken, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, van Baalen, Bach, Balczó, Balz, Barekov, Batten, Bay, Bayet, Bearder, Becerra Basterrechea, Becker, Belder, Belet, Bendtsen, Benito Ziluaga, Beňová, Berès, Bilbao Barandica, Bizzotto, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Bonafè, Boni, Borghezio, Borrelli, Boştinaru, Boutonnet, Bové, Brannen, Bresso, Briano, Briois, Brok, Buchner, Buda, Bullock, Buşoi, Bütikofer, Buzek, Cabezón Ruiz, Cadec, Calvet Chambon, van de Camp, Caputo, Carthy, Carver, Casa, Caspary, Castaldo, del Castillo Vera, Cavada, Charanzová, Chauprade, Childers, Chinnici, Chountis, Christensen, Christoforou, Cicu, Clune, Coburn, Coelho, Cofferati, Collin-Langen, Corazza Bildt, Corbett, Cornillet, Corrao, Costa, Couso Permuy, Cozzolino, Cramer, Cristea, Csáky, Czarnecki, Czesak, van Dalen, Dalli, Dalunde, D'Amato, Dance, Dăncilă, Danjean, Danti, Dantin, (The Earl of) Dartmouth, De Castro, Delahaye, Deli, Delli, De Monte, Denanot, Deprez, Deß, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Dlabajová, Dodds, Dorfmann, D'Ornano, Durand, Dzhambazki, Eck, Eickhout, Elissen, Engel, Epitideios, Erdős, Estaràs Ferragut, Etheridge, Evans, Evi, Fajon, Faria, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrand, Ferrara, Ferreira, Finch, Fisas Ayxelà, Fitto, Fjellner, Flanagan, Fleckenstein, Florenz, Forenza, Fotyga, Fountoulis, Freund, Frunzulică, Gahler, Gál, Gambús, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Geier, Gentile, Gerbrandy, Gericke, Geringer de Oedenberg, Giegold, Gierek, Gieseke, Gill Neena, Gill Nathan, Giménez Barbat, Girling, Giuffrida, Goddyn, Goerens, Gollnisch, González Peñas, González Pons, Gosiewska, Grammatikakis, de Grandes Pascual, Grapini, Gräßle, Graswander-Hainz, Griesbeck, Griffin, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Gutiérrez Prieto, Hadjigeorgiou, Halla-aho, Harkin, Harms, Häusling, Hautala, Hayes, Hazekamp, Hedh, Henkel, Herranz García, Hetman, Heubuch, Hoc, Hoffmann, Hökmark, Hölvényi, Honeyball, Hookem, Hortefeux, Howarth, Hübner, Hudghton, Huitema, Hyusmenova, in 't Veld, Iturgaiz, Ivan, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jakovčić, Jalkh, James, Jamet, Jáuregui Atondo, Jazłowiecka, Ježek, Jiménez-Becerril Barrio, Joly, de Jong, Jongerius, Joulaud, Jurek, Juvin, Kadenbach, Kalinowski, Kallas, Kalniete, Kammerevert, Kappel, Karas, Kari, Kariņš, Karlsson, Karski, Kaufmann, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Keller Ska, Kelly, Khan, Kirton-Darling, Kłosowski, Koch, Kofod, Kohlíček, Kohn, Kölmel, Konečná, Kósa, Köster, Kouloglou, Kouroumbashev, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Krupa, Kudrycka, Kuhn, Kukan, Kumpula-Natri, Kuneva, Kuźmiuk, Kyenge, Kyllönen, Kyrkos, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lamassoure, Lambert, Lange, Langen, Lauristin, Lavrilleux, Lechevalier, Legutko, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Lewandowski, Liberadzki, Liese, Lietz, Lins, Lochbihler, Loiseau, Løkkegaard, Lope Fontagné, López Aguilar, López-Istúriz White, Lösing, Ludvigsson, Łukacijewska, Lundgren, Łybacka, McAllister, McAvan, McGuinness, Macovei, Malinov, Mamikins, Maňka, Mann, Manscour, Marcellesi, Marias, Marinescu, Martin David, Martin Dominique, Martin Edouard, Martusciello, Marusik, Maštálka, Matera, Matias, Mato, Maurel, Mavrides, Mayer Georg, Mayer Alex, Mazuronis, Meissner, Mélin, Melior, Melo, Michels, Mihaylova, Mikolášik, Millán Mon, Mineur, Mizzi, Mlinar, Moisă, Molnár, Monot, Montel, Moraes, Morano, Morgano, Morin-Chartier, Müller, Mureşan, Nagy, Nart, Nekov, Neuser, Nica, Nicholson, Nicolai, Niedermayer, Niedermüller, van Nieuwenhuizen, Nilsson, Ní Riada, Noichl, Novakov, Nuttall, Obermayr, O'Flynn, Olbrycht, Omarjee, Ożóg, Pabriks, Paet, Pagazaurtundúa Ruiz, Panzeri, Paolucci, Papadakis Demetris, Papadimoulis, Parker, Paşcu, Pavel, Payne, Pedicini, Peillon, Petersen, Petir, Picierno, Picula, Piecha, Pieper, Pietikäinen, Pimenta Lopes, Piotrowski, Pirinski, Pitera, Plura, Poc, Poche, Pogliese, Polčák, Ponga, Popa, Pospíšil, Post, Preda, Pretzell, Preuß, Proust, Punset, Radev, Radtke, Rebega, Reda, Reding, Regner, Reid, Reimon, Reintke, Revault d'Allonnes Bonnefoy, Ribeiro, Ries, Riquet, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodrigues Maria João, Rodríguez-Piñero Fernández, Rodust, Rohde, Rolin, Ropė, Rosati, Rozière, Ruas, Ruohonen-Lerner, Saïfi, Sakorafa, Salafranca Sánchez-Neyra, Salini, Sánchez Caldentey, Sander, Sant, dos Santos, Sârbu, Sargentini, Sassoli, Saudargas, Schaake, Schaffhauser, Schaldemose, Schlein, Schmidt, Scholz, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulze, Schuster, Schwab, Scott Cato, Sehnalová, Selimovic, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Simon Siôn, Sippel, Škripek, Smolková, Sógor, Šojdrová, Šoltes, Sommer, Spinelli, Staes, Stanishev, Starbatty, Štefanec, Štětina, Stihler, Stolojan, Stuger, Sulík, Šulin, Svoboda, Swinburne, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Takkula, Tamburrano, Tănăsescu, Țapardel, Tarabella, Tarand, Taylor, Telička, Theocharous, Theurer, Thomas, Thun und Hohenstein, Toia, Tolić, Tomaševski, Tomašić, Torres Martínez, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Troszczynski, Trüpel, Ţurcanu, Turmes, Ujazdowski, Ulvskog, Ungureanu, Urutchev, Uspaskich, Vajgl, Valcárcel Siso, Vălean, Valenciano, Valero, Valli, Vallina, Vana, Van Bossuyt, Van Brempt, Vandenkendelaere, Vaughan, Vautmans, Väyrynen, Vergiat, Verheyen, Viegas, Vieu, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Voigt, Voss, Vozemberg-Vrionidi, Ward, Weber Renate, Weidenholzer, von Weizsäcker, Wenta, Werner, Westphal, Wieland, Wierinck, Wikström, Winberg, Winkler Hermann, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Wölken, Woolfe, Záborská, Zahradil, Zala, Zanni, Zanonato, Zarianopoulos, Ždanoka, Zdechovský, Zdrojewski, Zemke, Zijlstra, Zīle, Zimmer, Žitňanská, Złotowski, Zoffoli, Zorrinho, Zullo, Zver, Zwiefka

Skużati:

Comi, Crowley, Händel, Le Pen, Maydell, Quisthoudt-Rowohl, Seymour

Avviż legali