Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 23 ta' Ottubru 2017 - Strasburgu

9. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 25 ta' Ottubru 2017 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Il-President ħabbar li d-dokument 00022/2017/LEX se jiġi ffirmat bis-sistema l-ġdida tal-firma elettronika.

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 (00022/2017/LEX - C8-0357/2017 - 2016/0030(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 99/2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-17, billi jestendih sal-2020 (00029/2017/LEX - C8-0356/2017 - 2016/0265(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 2888/2000 u (KE) Nru 685/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1101/89 (00044/2017/LEX - C8-0355/2017 - 2016/0368(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 fir-rigward tal-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali (00028/2017/LEX - C8-0354/2017 - 2016/0287(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi (00030/2017/LEX - C8-0353/2017 - 2016/0198(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (00037/2017/LEX - C8-0352/2017 - 2016/0221(COD))

Avviż legali