Indiċi 
Minuti
PDF 253kWORD 78k
It-Tnejn, 13 ta' Novembru 2017 - StrasburguVerżjoni finali
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Ftuħ tas-seduta
 3.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 4.Elezzjoni tal-Viċi Presidenti tal-Parlament Ewropew (Skadenza għat-tressiq tan-nomini)
 5.Kompożizzjoni tal-Parlament
 6.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 7.Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)
 8.Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
 9.Négociations avant la première lecture du Parlement (article 69 quater du règlement)
 10.Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 11.Dokumenti mressqa
 12.Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
 13.Ordni tal-ħidma
 14.Tipoloġiji territorjali ***I (dibattitu)
 15.Ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna ***I (dibattitu)
 16.Insalvaw il-ħajjiet: Insaħħu s-Sikurezza tal-Karozzi fl-UE (dibattitu)
 17.Il-persekuzzjoni tal-Insara fid-dinja (dibattitu)
 18.Il-protezzjoni ta' ħabitats tal-baħar kostali: il-każ ta' Posidonia oceanica (dibattitu)
 19.L-użu ta' strumenti tal-politika ta' koeżjoni mir-reġjuni biex jiġi indirizzat it-tibdil demografiku (dibattitu)
 20.Pjan ta' Azzjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur (preżentazzjoni qasira)
 21.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 22.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 23.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Is-sessjoni li ġiet interrotta il-Ħamis 26 ta' Ottubru 2017 tkompliet.


2. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.05.


3. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.


4. Elezzjoni tal-Viċi Presidenti tal-Parlament Ewropew (Skadenza għat-tressiq tan-nomini)

Il-President informa li l-Parlament ser jipproċedi bl-elezzjoni ta' żewġ Viċi Presidenti li jissostitwixxu lil Ildikó Gáll-Pelcz u lil Alexander Graf Lambsdorff.

L-Iskadenza għat-tressiq tan-nomini ġiet stabbilita għat-Tlieta 14 ta' Novembru 2017 fit-20.30.

Iż-żewġ votazzjonijiet ser iseħħu l-Erbgħa 15 ta' Novembru fin-12.30.


5. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti tan-Netherlands għarrfu li Cora van Nieuwenhuizen inħatret membru tal-Gvern b'seħħ mis-26 ta' Ottubru 2017.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Estonja għarrfu tmiem il-mandat ta' Marju Lauristin b'seħħ mis-6 ta' Novembru 2017 b'segwitu tal-elezzjoni tagħha fil-kunsill muniċipali ta' Tartu (Estonja).

Elisabeth Köstinger ġiet eletta deputata fil-parlament nazzjonali Awstrijak b'seħħ mid-9 ta' Novembru 2017.

Il-Parlament ħa nota li, bi qbil mal-Artikolu 7(1), (2) u (3) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, dawn il-funzjonijiet mhumiex kompatibbli ma' dawk ta' Membru tal-Parlament Ewropew u jistabbilixxi l-postijiet vakanti tagħhom b'seħħ mis-26 ta' Ottubru, mis-6 u mid-9 ta' Novembru 2017, rispettivament, u jinforma lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b’dan.

°
° ° °

Jutta Steinruck ippreżentat ir-riżenja tagħha bħala Membru tal-Parlament Ewropew b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2018.

Bi qbil mal-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament jiddikjara l-post vakanti ta' Jutta Steinruck b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2018, u jinforma lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b’dan.

°
° ° °

L-awtoritajiet kompetenti tal-Estonja u tal-Awstrija għarrfu lill-Parlament Ewropew bl-elezzjoni ta' Ivari Padar u Thomas Waitz b'seħħ mis-6 ta' Novembru 2017 u mill-10 ta' Novembru 2017, biex jieħdu post Marju Lauristin u Ulrike Lunacek, rispettivament.

Il-Parlament ħa nota tal-eleazzjoni tagħhom.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Ivari Padar u Thomas Waitz jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.


6. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva mill-Gruppi Verts/ALE u EFDD it-talbiet ta' ħatra li ġejjin:

Kumitat AFET: Michel Reimon

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Bosnja-Ħerzegovina u l-Kosovo: Thomas Waitz

Kumitat DEVE: Mireille D'Ornano minflok Raymond Finch

Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.


7. Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-Kumitat AGRI bagħat din ir-rettifika ta' test adottat mill-Parlament Ewropew:

Corrigendum P7_TA(2013)0490(COR03) għar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-maniġġar u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549) - (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ġiet adottata fl-ewwel qari fl-20 ta’ Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament imsemmi hawn fuq) (P7_TA(2013)0490) - (COM(2011)0628 – C7-0341/2011 – COM(2012)0551 – C7-0312/2012 – 2011/0288(COD))

Bi qbil mal-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din ir-rettifika titqies approvata sakemm fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwarha.

Ir-rettifika hija disponibbli fuq is-sit Europarl għal kemm iddum din is-sessjoni parzjali.


8. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa, il-15 ta' Novembru 2017 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 rigward l-iskambju ta' informazzjoni dwar, u sistema ta' twissija bikrija u proċedura ta' valutazzjoni tar-riskju għal, sustanzi psikoattivi ġodda (00026/2017/LEX - C8-0398/2017 - 2016/0261(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (00048/2017/LEX - C8-0397/2017 - 2017/0190(COD));

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/65/UE dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (00040/2017/LEX - C8-0392/2017 - 2017/0013(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-miżuri ta’ ġestjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007 (00031/2017/LEX - C8-0390/2017 - 2016/0187(COD));

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sistema ta' spezzjonijiet għall-operazzjoni bla periklu ta' vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta' veloċità għolja għall-passiġġieri f'servizz regolari u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE (00036/2017/LEX - C8-0378/2017 - 2016/0172(COD));

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità u d-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-formalitajiet ta' rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri (00035/2017/LEX - C8-0377/2017 - 2016/0171(COD));

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/45/KE dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (00034/2017/LEX - C8-0376/2017 - 2016/0170(COD));

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI sabiex id-definizzjoni ta' "droga" tinkludi sustanzi psikoattivi ġodda u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI (00051/2017/LEX - C8-0350/2017 - 2013/0304(COD)).


9. Négociations avant la première lecture du Parlement (article 69 quater du règlement)

Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet ta' diversi Kumitati biex jidħlu f'negozjati interistituzzjonali, bi qbil mal-Artikolu 69c(1) tar-Regoli ta' Proċedura:

—   Kumitat LIBE, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (tfassil mill-ġdid) (2016/0133(COD)COM(2016)0270 – C8-0173/2016). Rapporteure: Cecilia Wikström (A8-0345/2017;

—   Kumitat LIBE, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu illegalment (2016/0407(COD)COM(2016)0881 – C8-0532/2016). Rapporteur: Jeroen Lenaers (A8-0348/2017);

—    Kumitat LIBE, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri, li jemenda r-Regolament (UE) 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (2016/0408(COD)COM(2016)0882 – C8-0533/2016). Rapporteur: Carlos Coelho (A8-0347/2017);

—   Kumitat LIBE, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (2016/0409(COD)COM(2016)0883 – C8-0349/2016). Rapporteur: Carlos Coelho (A8-0349/2017).

Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl tal-għada, it-Tlieta 14 ta' Novembru 2017, li deċiżjoni ta' kumitat għal dħul f'negozjati titqiegħed għall-votazzjoni.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.

°
° ° °

Interventi

—   Cristian Dan Preda u Andrea Bocskor, dwar il-liġi l-ġdida dwar l-edukazzjoni li tirrestrinġi t-tagħlim fil-lingwi minoritarji fl-Ukrajna (il-President għarraf li – diġà dakinhar filgħaxija – kien se jikteb lil-President Ukren Petro Porochenko, biex jitolbu kjarifiki dwar is-suġġett tar-rispett tal-minoritajiet lingwistiċi fl-Ukrajna u fuq kollox dawk li jitkellmu l-lingwi Ewropej u informa li hu kien se jirrepeti dawn it-talbiet waqt is-Summit tas-Sħubija tal-Lvant tal-ġimgħa ta' wara);

—   Janusz Lewandowski dwar it-terremot riċenti fuq il-fruntiera bejn l-Iran u l-Iraq (il-President ħabbar li kien diġà bagħat is-solidarjetà u l-kondoljanzi tiegħu lill-Kapijiet tal-Istat taż-żewġ pajjiżi);

—   Lefteris Christoforou, dwar l-embargo tal-għajnuna umanitarja f'Ċipru (il-President ikkonferma li hu kien se jitlob spjegazzjoni mingħand l-ambaxxatur Tork dwar is-sitwazzjoni tal-minoranza Griega fil-parti tat-Tramuntana ta' Ċipru).

Intervent ta': Janusz Korwin-Mikke li, filwaqt li reġa' lura għas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, semma l-każ ta' Mikheil Saakachvili.


10. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-pożizzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta' Mejju II, Lulju u Settembru 2017 huma disponibbli fuq is-sit Europarl.


11. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ online u mill-bogħod ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (KE) Nru2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2017)0637 - C8-0379/2017 - 2015/0288(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

IMCO

opinjoni :

CULT, JURI

2) mill-kumitati parlamentari :

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011 (COM(2016)0786 - C8-0514/2016 - 2016/0389(COD)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Viorica Dăncilă (A8-0300/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-istrumenti ta' dejn mhux garantiti fil-ġerarkija tal-insolvenza (COM(2016)0853 - C8-0479/2016 - 2016/0363(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Gunnar Hökmark (A8-0302/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (COM(2016)0591 - C8-0382/2016 - 2016/0286(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Evžen Tošenovský (A8-0305/2017)

- * Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' prodotti (COM(2016)0757 - C8-0004/2017 - 2016/0370(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Cătălin Sorin Ivan (A8-0307/2017)

- Rapport dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE dwar is-Sħubija tal-Lvant, fit-tħejjija għas-Summit ta' Novembru 2017 (2017/2130(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteurs: Laima Liucija Andrikienė, Knut Fleckenstein (A8-0308/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu tat-tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (COM(2017)0008 - C8-0008/2017 - 2017/0002(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Cornelia Ernst (A8-0313/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera (COM(2016)0285 - C8-0195/2016 - 2016/0149(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Lucy Anderson (A8-0315/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2016)0468 - C8-0325/2016 - 2016/0225(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Malin Björk (A8-0316/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (COM(2016)0128 - C8-0114/2016 - 2016/0070(COD)) - Kumitat EMPL - Rapporteurs: Elisabeth Morin-Chartier, Agnes Jongerius (A8-0319/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) (COM(2013)0535 - C7-0240/2013 - 2013/0256(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Axel Voss (A8-0320/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/59/KE dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri u d-Direttiva 2006/126/KE dwar il-liċenzji tas-sewqan (COM(2017)0047 - C8-0025/2017 - 2017/0015(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Peter Lundgren (A8-0321/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399 u (UE) 2016/1624 (COM(2016)0731 - C8-0466/2016 - 2016/0357A(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Kinga Gál (A8-0322/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794 bl-għan tal-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) (N8-0050/2017 - C8-0306/2017 - 2016/0357B(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Kinga Gál (A8-0323/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta' data personali f'komunikazzjoni elettronika u li jħassar id-Direttiva 2002/58/KE (Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika) (COM(2017)0010 - C8-0009/2017 - 2017/0003(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Marju Lauristin (A8-0324/2017)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra (12409/2016 - C8-0469/2016 - 2016/0166(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Liisa Jaakonsaari (A8-0325/2017)

- Rapport dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur: (2017/2066(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Olle Ludvigsson (A8-0326/2017)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra (15470/2016 - C8-0027/2017 - 2016/0366(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Charles Tannock (A8-0327/2017)

- Rapport dwar ir-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2016 (2017/2126(INI)) - Kumitat PETI - Rapporteur: Marlene Mizzi (A8-0328/2017)

- Rapport dwar l-użu ta' strumenti tal-politika ta' koeżjoni mir-reġjuni biex jiġi indirizzat it-tibdil demografiku (2016/2245(INI)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Iratxe García Pérez (A8-0329/2017)

- Rapport dwar insalvaw il-ħajjiet: insaħħu s-sikurezza tal-karozzi fl-UE (2017/2085(INI)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Dieter-Lebrecht Koch (A8-0330/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (kodifikazzjoni) (COM(2017)0361 - C8-0226/2017 - 2014/0175(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Jiří Maštálka (A8-0331/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/40/UE fir-rigward tal-perjodu għall-adozzjoni ta' atti delegati (COM(2017)0136 - C8-0116/2017 - 2017/0060(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Gesine Meissner (A8-0332/2017)

- Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra (2017/2050(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Charles Tannock (A8-0333/2017)

- Rapport dwar l-Istrateġija UE-Afrika: spinta għall-iżvilupp (2017/2083(INI)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Maurice Ponga (A8-0334/2017)

- Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, ta' Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra (2017/2035(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Liisa Jaakonsaari (A8-0335/2017)

- * Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Karel Pinxten bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (10606/2017 - C8-0328/2017 - 2017/0812(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Indrek Tarand (A8-0336/2017)

- * Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Pietro Russo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (11872/2017 - C8-0329/2017 - 2017/0813(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Indrek Tarand (A8-0337/2017)

- * Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Hannu Takkula bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (12248/2017 - C8-0330/2017 - 2017/0814(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Indrek Tarand (A8-0338/2017)

- Rapport dwar il-ġlieda kontra l-inugwaljanzi bħala xprun biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi (2016/2269(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Javi López (A8-0340/2017)

- * Rapport dwar in-nomina ta' Bettina Jakobsen bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (10762/2017 - C8-0332/2017 - 2017/0816(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Indrek Tarand (A8-0341/2017)

- * Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Baudilio Tomé Muguruza bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (11345/2017 - C8-0331/2017 - 2017/0815(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Indrek Tarand (A8-0342/2017)

- * Rapport dwar il-ħatra proposta ta' João Alexandre Tavares Gonçalves de Figueiredo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (11871/2017 - C8-0333/2017 - 2017/0817(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Indrek Tarand (A8-0343/2017)

- * Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Iliana Ivanova bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (12247/2017 - C8-0334/2017 - 2017/0818(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Indrek Tarand (A8-0344/2017)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Italja – EGF/2017/004 IT/Almaviva) (COM(2017)0496 - C8-0322/2017 - 2017/2200(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Daniele Viotti (A8-0346/2017)


12. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)

Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):

—   (O-000076/2017) mressqa minn Alain Cadec, f'isem il-Kumitat PECH, u Adina-Ioana Vălean, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Il-protezzjoni ta' ħabitats tal-baħar kostali: il-każ ta' Posidonia oceanica (2017/2903(RSP)) (B8-0605/2017);

—   (O-000065/2017) mressqa minn Sirpa Pietikäinen, Simona Bonafè, Mark Demesmaeker, Gerben-Jan Gerbrandy, Luke Ming Flanagan u Benedek Jávor, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kunsill: Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali (EIR) (2017/2705(RSP)) (B8-0606/2017);

—   (O-000066/2017) mressqa minn Sirpa Pietikäinen, Simona Bonafè, Mark Demesmaeker, Gerben-Jan Gerbrandy, Luke Ming Flanagan u Benedek Jávor, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali (EIR) (2017/2705(RSP)) (B8-0607/2017);

—   (O-000067/2017) mressqa minn Herbert Dorfmann, Karin Kadenbach, Mark Demesmaeker, Gerben-Jan Gerbrandy, Lynn Boylan, Benedek Jávor u Mireille D'Ornano, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Pjan ta' Azzjoni għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija (2017/2819(RSP)) (B8-0608/2017);

—   (O-000071/2017) mressqa minn Petra Kammerevert, f'isem il-Kumitat CULT, lill-Kummissjoni: Sena tat-Turiżmu UE-Ċina 2018 (2017/2846(RSP)) (B8-0609/2017);

—   (O-000082/2017) mressqa minn Czesław Adam Siekierski, f'isem il-Kumitat AGRI, lill-Kummissjoni: Embargo Russu - is-settur tal-frott u l-ħaxix tal-Unjoni Ewropea (2017/2950(RSP)) (B8-0610/2017).


13. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji ta' Novembru I 2017 (PE 613.258/PDOJ) tqassam u fir-rigward tiegħu ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn
Talba tal-grupp ENF biex jiġu miżjuda bħala l-ewwel punt ta' wara nofsinhar dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar it-“Terremot fl-Iran u fl-Iraq”.

Intervent ta': Franz Obermayr, f'isem il-Grupp ENF, biex titressaq it-talba.

Il-Parlament irrifjuta t-talba.

Talba tal-grupp ENF biex jiddaħħlu bħala t-tieni punt ta' wara nofsinhar dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-“Dimostrazzjonijiet tat-Tnejn l-iswed fl-Afrika t'Isfel”.

Intervent ta': Janice Atkinson, f'isem il-Grupp ENF, biex titressaq it-talba.

Il-Parlament irrifjuta t-talba.

It-Tlieta

Talba tal-grupp EFDD biex jiġu miżjuda bħala t-tieni punt fl-aġenda għat-Tlieta filgħodu dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar is-“Sitwazzjoni fil-Katalunja”. Konsegwentement id-dibattitu dwar ir-rapport dwar il-“Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi” Rapport Olga Sehnalová - A8-0077/2017 (punt 15 tal-PDOJ) jitressaq għal wara nofsinhar, b'votazzjoni l-Erbgħa.

Interventi ta': James Carver f'isem il-Grupp EFDD, biex titressaq it-talba, u Esteban González Pons f'isem il-Grupp PPE, kontra din it-talba.

B'VSI (65 favur, 241 kontra, 31 astensjoni) il-Parlament irrifjuta t-talba.

Talba tal-grupp Verts/ALE biex jiddaħħlu fl-aġenda għat-Tlieta wara nofsinhar dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar “Il-pilastru soċjali”. Id-dibattitu jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.

Interventi ta': Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, biex titressaq it-talba, Maria João Rodrigues f'isem il-Grupp S&D, kontra din it-talba u biex tipproponi li d-dibattitu jseħħ f'Diċembru u Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, biex jikkonferma l-proposta inizzjali tiegħu.

B'VE (113 favur, 193 kontra, 15-il astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Talba tal-grupp EFDD biex tiġi miżjuda bħala r-raba' punt fl-aġenda għat-Tlieta wara nofsinhar dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar iċ-“Ċaħda ta' aċċess għall-qrati tad-drittijiet tal-bniedem għall-impjegati ta' organizzazzjonijiet internazzjonali”, id-dibattitu jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.

Intervent ta': Gerard Batten f'isem il-Grupp EFDD, biex titressaq it-talba.

B'VSI (52 favur, 220 kontra, 42 astensjonijiet), il-Parlament irrifjuta t-talba.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.


PRESIDENZA: Evelyne GEBHARDT
Viċi President

14. Tipoloġiji territorjali ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 fir-rigward tat-tipoloġiji territorjali (Tercet) [COM(2016)0788 - C8-0516/2016 - 2016/0393(COD)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Iskra Mihaylova (A8-0231/2017)

Iskra Mihaylova ippreżentat ir-rapport.

Intervent ta': Marianne Thyssen (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Andrey Novakov f'isem il-Grupp PPE, Tonino Picula f'isem il-Grupp S&D, Ruža Tomašić f'isem il-Grupp ECR, Ivan Jakovčić f'isem il-Grupp ALDE, Younous Omarjee f'isem il-Grupp GUE/NGL, Rosa D'Amato f'isem il-Grupp EFDD, Olaf Stuger f'isem il-Grupp ENF, Franc Bogovič, li wieġeb ukoll żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Paul Rübig u Tibor Szanyi, Esther Herranz García u Daniel Buda.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias u Eleftherios Synadinos.

Interventi ta': Marianne Thyssen u Iskra Mihaylova.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 5.3 tal-Minuti ta' 14.11.2017.


15. Ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/50/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE [COM(2016)0082 - C8-0061/2016 - 2016/0050(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Gesine Meissner (A8-0338/2016)

Gesine Meissner ippreżentat ir-rapport.

Intervent ta': Violeta Bulc (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Wim van de Camp f'isem il-Grupp PPE, Claudia Țapardel f'isem il-Grupp S&D, Peter van Dalen f'isem il-Grupp ECR, Gabriele Preuß, Mark Demesmaeker, Bogusław Liberadzki u Evelyn Regner.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Maria Grapini u Notis Marias.

PRESIDENZA: David-Maria SASSOLI
Viċi President

Interventi ta': Violeta Bulc u Gesine Meissner.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 5.4 tal-Minuti ta' 14.11.2017.


16. Insalvaw il-ħajjiet: Insaħħu s-Sikurezza tal-Karozzi fl-UE (dibattitu)

Rapport dwar is-suġġett "Insalvaw il-ħajjiet: Insaħħu s-Sikurezza tal-Karozzi fl-UE" [2017/2085(INI)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Dieter-Lebrecht Koch (A8-0330/2017)

Markus Ferber (flok ir-rapporteur) ippreżenta r-rapport.

Intervent ta': Violeta Bulc (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Wim van de Camp f'isem il-Grupp PPE, Olga Sehnalová f'isem il-Grupp S&D, Mark Demesmaeker f'isem il-Grupp ECR, Dominique Riquet f'isem il-Grupp ALDE, Kateřina Konečná f'isem il-Grupp GUE/NGL, Michael Cramer f'isem il-Grupp Verts/ALE, Daniela Aiuto f'isem il-Grupp EFDD, Andor Deli, Lucy Anderson, Izaskun Bilbao Barandica, Jaromír Kohlíček, Deirdre Clune, Janusz Zemke, Carlos Coelho, Maria Grapini u Nicola Caputo.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Maria Spyraki, Notis Marias, Franc Bogovič, Andrey Novakov u Stanislav Polčák.

PRESIDENZA: Ryszard CZARNECKI
Viċi President

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Georgios Epitideios.

Interventi ta': Violeta Bulc u Dieter-Lebrecht Koch (rapporteur).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 5.2 tal-Minuti ta' 14.11.2017.


17. Il-persekuzzjoni tal-Insara fid-dinja (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Il-persekuzzjoni tal-Insara fid-dinja (2017/2957(RSP))

Karmenu Vella (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Interventi ta': Cristian Dan Preda f'isem il-Grupp PPE, Josef Weidenholzer f'isem il-Grupp S&D, Ruža Tomašić f'isem il-Grupp ECR, María Teresa Giménez Barbat f'isem il-Grupp ALDE, Javier Couso Permuy f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bodil Valero f'isem il-Grupp Verts/ALE, Margot Parker f'isem il-Grupp EFDD, Christelle Lechevalier f'isem il-Grupp ENF, Diane Dodds Membru mhux affiljata, li wieġbet ukoll żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' David Coburn u Arne Gericke, György Hölvényi, Francisco Assis, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Lampros Fountoulis, Anna Elżbieta Fotyga, Hannu Takkula, Franz Obermayr, Bruno Gollnisch, Andrzej Grzyb, Bas Belder, Jean-Luc Schaffhauser, Georgios Epitideios, Michèle Alliot-Marie, Branislav Škripek, Marie-Christine Arnautu, Tunne Kelam, Mirosław Piotrowski, Michaela Šojdrová, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Karol Karski, Arne Gericke, Jan Olbrycht, Notis Marias u Steven Woolfe.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Lefteris Christoforou, Nicola Caputo, Marek Jurek, Takis Hadjigeorgiou, Anna Záborská, Costas Mavrides u Eleftherios Synadinos.

PRESIDENZA: Bogusław LIBERADZKI
Viċi President

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Pavel Svoboda, Silvia Costa, Marijana Petir u Mairead McGuinness.

Intervent ta': Karmenu Vella.

Id-dibattitu ngħalaq.


18. Il-protezzjoni ta' ħabitats tal-baħar kostali: il-każ ta' Posidonia oceanica (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000076/2017) mressqa minn Alain Cadec, f'isem il-Kumitat PECH, u Adina-Ioana Vălean, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Il-protezzjoni ta' ħabitats tal-baħar kostali: il-każ ta' Posidonia oceanica (2017/2903(RSP)) (B8-0605/2017)

Gabriel Mato u Claudiu Ciprian Tănăsescu daħlu aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

Karmenu Vella (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija.

Interventi ta': José Inácio Faria f'isem il-Grupp PPE, Ricardo Serrão Santos f'isem il-Grupp S&D, João Ferreira f'isem il-Grupp GUE/NGL, Mireille D'Ornano f'isem il-Grupp EFDD, Sylvie Goddyn f'isem il-Grupp ENF, Jarosław Wałęsa, Renata Briano, Maria Lidia Senra Rodríguez, Rosa D'Amato, Dubravka Šuica, Nicola Caputo u Stefan Eck.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias.

Intervent ta': Karmenu Vella.

Id-dibattitu ngħalaq.


19. L-użu ta' strumenti tal-politika ta' koeżjoni mir-reġjuni biex jiġi indirizzat it-tibdil demografiku (dibattitu)

Rapport dwar l-użu ta' strumenti tal-politika ta' koeżjoni mir-reġjuni biex jiġi indirizzat it-tibdil demografiku [2016/2245(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Iratxe García Pérez (A8-0329/2017)

Iratxe García Pérez ippreżentat ir-rapport.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Csaba Sógor, Julie Ward, Notis Marias, Takis Hadjigeorgiou, Rosa D'Amato, Georgios Epitideios, Anna Záborská, Nicola Caputo, Stanislav Polčák, Andrey Novakov, Sergio Gutiérrez Prieto u Janusz Korwin-Mikke.

Interventi ta': Corina Crețu (Membru tal-Kummissjoni) u Iratxe García Pérez dwar l-intervent ta' Janusz Korwin-Mikke (il-President ħa nota ta' dan).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 5.6 tal-Minuti ta' 14.11.2017.


20. Pjan ta' Azzjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar Pjan ta' Azzjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur [2017/2066(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Olle Ludvigsson (A8-0326/2017)

Olle Ludvigsson għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Notis Marias, Takis Hadjigeorgiou, Romana Tomc u Marisa Matias.

Intervent ta': Corina Crețu (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 5.7 tal-Minuti ta' 14.11.2017.


21. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:

Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Mihai Ţurcanu, John Howarth, Andrejs Mamikins, Mark Demesmaeker, Ramon Tremosa i Balcells, Josu Juaristi Abaunz, Bodil Valero, Gilles Lebreton, Janusz Korwin-Mikke, Romana Tomc, Emilian Pavel, Marek Jurek, Izaskun Bilbao Barandica, Paloma López Bermejo, Josep-Maria Terricabras, Michaela Šojdrová, Alex Mayer, Angel Dzhambazki, Jasenko Selimovic, Marisa Matias, Jordi Solé, Tomáš Zdechovský, Rory Palmer, Arne Gericke, Takis Hadjigeorgiou, Deirdre Clune, Julie Ward u Stanislav Polčák.


22. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 613.258/OJMA).


23. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 23.28.

Klaus Welle

Sylvie Guillaume

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adaktusson, Ademov, Adinolfi, Agea, Agnew, Aguilera García, Aiuto, Aker, Albrecht, Ali, Alliot-Marie, Anderson Lucy, Andersson, Andrieu, Andrikienė, Annemans, Arena, Arimont, Arnautu, Arthuis, Ashworth, Assis, Atkinson, Auken, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, van Baalen, Bach, Balas, Balčytis, Balczó, Balz, Bashir, Batten, Bay, Bayet, Bearder, Becerra Basterrechea, Becker, Beghin, Belder, Belet, Bendtsen, Benito Ziluaga, Beňová, Berès, Bergeron, Bilbao Barandica, Bilde, Bizzotto, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Boni, Borghezio, Borrelli, Borzan, Boştinaru, Bours, Boutonnet, Bové, Boylan, Brannen, Bresso, Briano, Briois, Brok, Buchner, Buda, Bullmann, Bullock, Cabezón Ruiz, Cadec, Calvet Chambon, van de Camp, Campbell Bannerman, Caputo, Carthy, Carver, Casa, Castaldo, del Castillo Vera, Cavada, Cesa, Charanzová, Chauprade, Childers, Chinnici, Chountis, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Cicu, Ciocca, Cirio, Clune, Coburn, Coelho, Collin-Langen, Collins, Comi, Corazza Bildt, Corbett, Cornillet, Corrao, Costa, Couso Permuy, Cozzolino, Cramer, Cristea, Csáky, Czarnecki, Czesak, van Dalen, Dalli, Dalunde, D'Amato, Dance, Dăncilă, Danti, De Castro, Delahaye, Deli, Delli, Delvaux, Demesmaeker, Denanot, Deprez, Deß, Deva, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Dlabajová, Dodds, Dohrmann, Dorfmann, D'Ornano, Durand, Dzhambazki, Eck, Ehler, Elissen, Engel, Epitideios, Erdős, Ertug, Estaràs Ferragut, Evans, Evi, Farage, Faria, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrand, Ferreira, Finch, Fisas Ayxelà, Flack, Flanagan, Fleckenstein, Florenz, Fontana, Forenza, Fotyga, Fountoulis, Fox, Freund, Frunzulică, Gahler, Gál, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gebhardt, Geier, Gerbrandy, Gericke, Geringer de Oedenberg, Gierek, Gieseke, Gill Neena, Gill Nathan, Giménez Barbat, Giuffrida, Goddyn, Goerens, Gollnisch, Gomes, González Peñas, González Pons, Gosiewska, de Grandes Pascual, Grapini, Gräßle, Graswander-Hainz, Griesbeck, Griffin, Grigule-Pēterse, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Gutiérrez Prieto, Gyürk, Hadjigeorgiou, Halla-aho, Hannan, Harkin, Häusling, Hautala, Henkel, Herranz García, Hetman, Heubuch, Hoc, Hohlmeier, Hökmark, Hölvényi, Honeyball, Hookem, Hortefeux, Howarth, Hübner, Hudghton, Huitema, Hyusmenova, in 't Veld, Iturgaiz, Ivan, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jakovčić, Jalkh, James, Jamet, Járóka, Jáuregui Atondo, Jávor, Jazłowiecka, Ježek, Jiménez-Becerril Barrio, Joly, de Jong, Jongerius, Joulaud, Juaristi Abaunz, Jurek, Kadenbach, Kalinowski, Kallas, Kalniete, Kammerevert, Kappel, Karas, Karski, Kaufmann, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Keller Ska, Kelly, Khan, Kirton-Darling, Kłosowski, Koch, Kofod, Kohlíček, Kölmel, Konečná, Korwin-Mikke, Kósa, Köster, Kouloglou, Kouroumbashev, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krupa, Kudrycka, Kukan, Kuźmiuk, Kyenge, Kyrkos, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lamassoure, Lambert, Lange, Langen, La Via, Lavrilleux, Lebreton, Lechevalier, Legutko, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Lewandowski, Liberadzki, Lins, Lochbihler, Loiseau, Løkkegaard, Lope Fontagné, López, López Aguilar, López Bermejo, López-Istúriz White, Lösing, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lundgren, Łybacka, McAllister, McAvan, McGuinness, McIntyre, Macovei, Maletić, Malinov, Maltese, Mamikins, Maňka, Mann, Manscour, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin David, Martin Dominique, Martin Edouard, Martusciello, Marusik, Maštálka, Matias, Mato, Matthews, Maullu, Maurel, Mavrides, Mayer Georg, Mayer Alex, Mazuronis, Meissner, Mélin, Melior, Melo, Messerschmidt, Meszerics, Metsola, Michel, Michels, Mihaylova, Millán Mon, van Miltenburg, Mineur, Mizzi, Mlinar, Mobarik, Moi, Moisă, Molnár, Monot, Monteiro de Aguiar, Montel, Moraes, Morano, Morgano, Morin-Chartier, Mureşan, Nagy, Nart, Nekov, Neuser, Nica, Nicholson, Nicolai, Niedermüller, Nilsson, Ní Riada, Noichl, Novakov, Nuttall, Obermayr, O'Flynn, Olbrycht, Omarjee, Ożóg, Pabriks, Padar, Paet, Pagazaurtundúa Ruiz, Paksas, Palmer, Panzeri, Papadakis Demetris, Papadimoulis, Parker, Paşcu, Pavel, Payne, Pedicini, Peillon, Peterle, Petersen, Petir, Picula, Piecha, Pieper, Pietikäinen, Pimenta Lopes, Piotrowski, Pirinski, Pitera, Plura, Poc, Poche, Pogliese, Polčák, Ponga, Popa, Poręba, Post, Preda, Pretzell, Preuß, Procter, Quisthoudt-Rowohl, Radev, Radoš, Rangel, Rebega, Reda, Regner, Reid, Reimon, Reintke, Revault d'Allonnes Bonnefoy, Ribeiro, Ries, Riquet, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodrigues Maria João, Rodríguez-Piñero Fernández, Rodust, Rohde, Rolin, Ropė, Rosati, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Sakorafa, Salafranca Sánchez-Neyra, Salini, Salvini, Sánchez Caldentey, Sander, Sant, dos Santos, Sârbu, Sargentini, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Schaake, Schaffhauser, Schaldemose, Schlein, Schmidt, Scholz, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulze, Schuster, Schwab, Scott Cato, Selimovic, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Seymour, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Simon Siôn, Sippel, Škripek, Škrlec, Smith, Smolková, Sógor, Šojdrová, Solé, Šoltes, Sommer, Sonneborn, Spinelli, Spyraki, Staes, Stanishev, Starbatty, Štefanec, Steinruck, Štětina, Stevens, Stihler, Stolojan, Stuger, Šuica, Sulík, Šulin, Svoboda, Swinburne, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Takkula, Tănăsescu, Tang, Tannock, Țapardel, Tarabella, Tarand, Taylor, Telička, Terricabras, Theocharous, Thomas, Thun und Hohenstein, Tőkés, Tolić, Tomaševski, Tomašić, Tomc, Toom, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Trüpel, Ţurcanu, Turmes, Ujazdowski, Ujhelyi, Ulvskog, Ungureanu, Urtasun, Urutchev, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Vălean, Valenciano, Valero, Valli, Vallina, Vana, Van Bossuyt, Vandenkendelaere, Van Orden, Vaughan, Vautmans, Väyrynen, Vergiat, Verheyen, Viegas, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Voss, Vozemberg-Vrionidi, Waitz, Wałęsa, Ward, Weber Renate, Weidenholzer, von Weizsäcker, Wenta, Werner, Wierinck, Wikström, Winberg, Winkler Hermann, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Wölken, Woolfe, Zagorakis, Zahradil, Zala, Zanni, Zanonato, Zarianopoulos, Ždanoka, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zijlstra, Zimmer, Žitňanská, Złotowski, Zoffoli, Zorrinho, Zovko, Zullo, Zver, Zwiefka

Skużati:

Crowley, Händel, Le Pen, Maydell, Mosca, Punset, Rivasi, Tamburrano, Wieland, Żółtek

Avviż legali