Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 17 ta' Jannar 2018 - Strasburgu

5. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ iddikjarati (D053477/02 - 2018/2524(RPS) - skadenza: 15 April 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tat-Tawmatin (E 957) bħala sustanza li tqawwi t-togħma f’ċerti kategoriji tal-ikel (D053883/03 - 2018/2506(RPS) - skadenza: 10 Marzu 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għall-kopolimeru ttrapjantat tal-alkoħol polivinil u l-glikol tal-polietilene (E 1209) (D053885/02 - 2018/2516(RPS) - skadenza: 8 April 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) fiz-zlazi emulsifikati (D053886/02 - 2018/2521(RPS) - skadenza: 13 Marzu 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda u jikkoreġi l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta’ ċerti sustanzi aromatizzanti (D053906/02 - 2018/2520(RPS) - skadenza: 13 Marzu 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-abamektina, il-birra, il-fluwopiram, il-fluksapiroksad, l-idrażid malejku, it-trab taż-żerriegħa tal-mustarda u t-teflutrin f’ċerti prodotti jew fuqhom (D054258/02 - 2018/2504(RPS) - skadenza: 10 Marzu 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emendi fl-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 9 (D054380/02 - 2017/3018(RPS) - skadenza: 11 Marzu 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
opinjoni: JURI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel (D054602/02 - 2018/2519(RPS) - skadenza: 12 Marzu 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 billi jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet tat-tfixkil tas-sistema endokrinali (D054667/02 - 2018/2500(RPS) - skadenza: 9 April 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: AGRI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Direttiva tal-Kummissjoni li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi, il-punt 13 tal-parti III tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-kromju VI (D054736/01 - 2018/2503(RPS) - skadenza: 9 April 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

Aġġornata l-aħħar: 3 ta' April 2018Avviż legali